Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fis-7 ta’ Novembru 2023 – M. K. vs Ministerstvo zemědělství
(Kawża C-657/23, Ministerstvo zemědělství)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: M. K.
Konvenut: Ministerstvo zemědělství
Domanda preliminari
L-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt tal-Istat Membru li jeżiġi l-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti mingħand il-benefiċjarju jintemm mal-iskadenza tat-terminu ta’ 18-il xahar previst f’din id-dispożizzjoni?
____________
1 ĠU 2013, L 347, p. 549, rettifiki fil-ĠU 2016, L 130, p. 6 u fil-ĠU 2017, L 327, p. 83.