Language of document : ECLI:EU:T:2005:367

SENTENZA TAL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA (il-Ħames Awla)

25 ta' Ottubru 2005(*)

"Kompetizzjoni – Akkordji – Multi – Linji gwida għall-kalkolu ta' l-ammont tal-multi – Komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni"

Fil-kawża T‑38/02

Groupe Danone, stabbilità f'Parġi (Franza), irrappreżentata minn A. Winckler u M. Waha, Avukati,

rikorrenti

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, irrappreżentata minn A. Bouquet u W. Wils, bħala aġenti, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

konvenuta

li għandhom bħala suġġett talba għall-annullament tad-deċiżjoni 2003/569/KE tal-Kummissjoni, tal-5 ta' Diċembru 2001, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Kawża IV/37.614/F3 PO vs Interbrew u Alken-Maes) (ĠU 2003, L 200, p. 1), u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-Artikolu 2 ta' l-imsemmija deċiżjoni,

IL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA
TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ (il-Ħames Awla),

komposta minn M. Vilaras, President ta' l-Awla, E. Martins Ribeiro u K. Jürimäe, Imħallfin,

Reġistratur: J. Plingers, Amministratur,

wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-8 ta' Diċembru 2004,

tagħti l-preżenti

Sentenza

 Kuntest ġuridiku

1       Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 17, tas-6 ta' Frar 1962, l-ewwel Regolament li jimplementa l-Artikoli [81] u [82] tat-Trattat (ĠU 1962, 17, p. 204) jipprovdi fl-Artikolu tiegħu 15(2):

"Il-Kummissjoni tista perme[zz] ta' deċiżjoni timponi fuq l-impriżi jew assoċjazzjonijiet ta' [i]mpriżi multi minn 1000 sa 1 000 000 unit ta' rendikont, jew somma li taqbeż dan iżda li ma taqbiżx 10 % tat-turnover fis-sena ta' negozju preċedenti ta' kull impriża li tkun qed tipparteċipa fil-ksur fejn, jew intenzjonalment jew b' negliġenza:

(a) dawn jiksru l-Artikolu [81] (1) jew l-Artikolu [82] tat-Trattat: jew

(b) dawn jikkommettu ksur ta' obligazzjoni imposta n segwitu ta' l-Artikolu 8(1) [tar-Regolament].

Fl-iffissar ta' l-ammont tal-multa, għandhom jiġu kkunsidrati kemm il-gravita kif ukoll id-dewmien tal-ksur."

2       Il-linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposta fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 u ta' l-Artikolu 65(5) tat-Trattat KEFA (ĠU 1998 C 9, p. 3, iktar 'il quddiem il-"linji gwida") li jistabbilixxu metodoloġija applikabbli għall-kalkolu ta' l-ammont ta' l-imsemmija multi, "li hija bbażata fuq l-iffissar ta' ammont bażiku li fuqu jiġu applikati ż-żidiet sabiex jiġu kkunsidrati l-aggravanti jew it-tnaqqis sabiex jiġu kkunsidrati ċ-ċirkustanzi attenwanti" [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. Skond l-istess linji gwida, "dan l-ammont bażiku huwa ffissat in funzjoni tal-gravità kif ukoll id-dewmien tal-ksur, l-uniċi kriterji msemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17".

3       Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-fatt li ma jiġux imposti multi jew tnaqqis ta' l-ammont tagħhom fil-kawżi li jirrigwardaw akkordji (ĠU 1996, C 207, p. 4, iktar 'il quddiem il-"komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni") "tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li fihom impriżi li jikkooperaw mal-Kummissjoni matul investigazzjoni tagħha fuq akkordju jistgħu jiġu eżentati mill-multa jew jibbenefikaw minn riduzzjoni tal-multa li altrimenti kien ikollhom iħallsu".

4       Il-punt D tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni tipprovdi hekk:

"D. Riduzzjoni sinifikattiva ta' l-ammont tal-multa

1.      Meta impriża tikkopera mingħajr ma' l-kundizzjonijiet esposti fil-[punti] B u C jiġu kollha sodisfatti, hija tibbenefika minn riduzzjoni bejn 10 sa 50% ta' l-ammont li kien jiġi mpost fuqha fin-nuqqas ta' kooperazzjoni.

2.      Dan jista', b'mod partikolari, ikun il-każ jekk:

–       qabel ma tiġi mibgħuta komunikazzjoni ta' l-ilmenti, impriża tressaq lill-Kummissjoni l-informazzjoni, id-dokumenti jew provi oħra li jikkontribwixxu sabiex jikkonfermaw l-eżistenza tal-ksur kommess,

–       wara li tkun rċeviet il-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, l-impriża tinforma lill-Kummissjoni li hija ma tikkontestax il-mertu tal-fatti li fuqhom il-Kummissjoni tibbaża l-akkużi tagħha."

 Il-fatti li wasslu għall-kawża

5       Meta seħħew il-fatti, Interbrew NV (iktar 'il quddiem "Interbrew") u Brouwerijen Alken-Maes NV (iktar 'il quddiem "Alken-Maes") kienu rispettivament l-ewwel u t-tieni l-ikbar produttori fis-suq Belġjan tal-birra. Alken-Maes kienet sussidjarja tal-grupp Danone SA (iktar 'il quddiem ir-"rikorrenti"), li kienet topera wkoll fis-suq Franċiż tal-birra permezz ta' sussidjarja oħra, Brasseries Kronenbourg SA (iktar 'il quddiem "Kronenbourg"). Fl-2000, ir-rikorrenti waqfet mill-attivitajiet tagħha fil-qasam tal-birra.

6       Fl-1999, il-Kummissjoni bdiet, bil-proċediment numru IV/37.614/F3, investigazzjoni rigward ksur eventwali tar-regoli komunitarji tal-kompetizzjoni fis-settur tal-birra Belġjana.

7       Fid-29 ta' Settembru 2000, fil-kuntest ta' l-imsemmija investigazzjoni, il-Kummissjoni fetħet proċediment u adottat komunikazzjoni ta' l-ilmenti kontra r-rikorrenti kif ukoll l-impriżi Interbrew, Alken-Maes, NV Brouwerij Haacht (iktar 'il quddiem "Haacht") u NV Brouwerij Martens (iktar 'il quddiem "Martens"). Il-każ miftuħ kontra r-rikorrenti u l-komunikazzjoni ta' l-ilmenti li ġiet innotifikata lilha kienet issemmi biss l-allegata parteċipazzjoni tagħha fl-akkordju msejjaħ "Interbrew/Alken-Maes" li jikkonċerna s-suq Belġjan tal-birra.

8       Fil-5 ta' Diċembru 2001, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni 2003/569/KE dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każijiet IV/37.614/F3 PO vs Interbrew u Alken-Maes) (ĠU 2003, L 200, p. 1), li tikkonċerna r-rikorrenti kif ukoll lill-impriżi Interbrew, Alken-Maes, Haacht u Martens (iktar 'il quddiem id-"deċiżjoni kkontestata").

9       Id-deċiżjoni kkontestata tikkonstata żewġt iksur distinti tar-regoli tal-kompetizzjoni, jiġifieri, minn parti waħda, grupp kumpless ta' akkordji u/jew prattiċi miftiehma fil-qasam tal-birra mibjugħa fil-Belġu (iktar 'il quddiem l-"akkordju Interbrew vs Alken-Maes") u, mill-parti l-oħra, ta' prattiċi miftiehma fil-qasam tal-birra mibjugħa taħt it-trade mark tad-distributur. Id-deċiżjoni kkontestata tikkonstata li r-rikorrenti, Interbrew u Alken-Maes, ipparteċipaw fl-ewwel ksur, filwaqt li Interbrew, Alken-Maes, Haacht u Martens ipparteċipaw fit-tieni.

10     Minkejja li r-rikorrenti kienet, fl-epoka tal-fatti, il-kumpannija prinċipali ta' Alken-Maes, id-deċiżjoni kkontestata ma tikkonstatax ħlief ksur fil-kap tagħha. Fil-fatt, fid-dawl tar-rwol attiv tagħha fl-akkordju Interbrew/Alken-Maes, ir-rikorrenti inżammet responsabbli kemm tal-parteċipazzjoni tagħha stess u kemm tal-parteċipazzjoni ta' Alken-Maes fl-imsemmi akkordju. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni kkunsidrat li ma kienx hemm lok li tiġi attribwita lir-rikorrenti r-responsabbiltà tal-parteċipazzjoni tas-sussidjarja tagħha fil-prattika miftiehma fil-qasam tal-birra mibjugħa taħt it-trade mark ta' distributur, sakemm hija stess ma kinitx ġiet implikata f'dan l-akkordju.

11     L-allegat ksur tar-rikorrenti jikkonsisti fil-parteċipazzjoni tagħha, direttament kif ukoll bl-involviment tas-sussidjarja tagħha Alken-Maes, fi grupp kumpless ta' akkordji u/jew ta' prattiċi miftiehma li jirrigwardaw patt ġenerali ta' non-aggressjoni, il-prezzijiet u l-promozzjonijiet fil-kummerċ bl-imnut, il-qsim tal-klijentela fis-settur "lukandi, ristoranti, kafeteriji" (iktar 'il quddiem l-"horeca"), inkluż il-klijenti msejħa "nazzjonali", il-limitazzjoni ta' l-investimenti u tar-reklamar fuq is-suq tal-horeca, struttura ġdida ta' tariffi applikabbli fis-settur horeca, u fil-kummerċ bl-imnut u l-iskambju ta' informazzjoni fuq il-bejgħ fis-settur horeca u fil-kummerċ bl-imnut.

12     Id-deċiżjoni kkontestata tikkonstata li l-ksur ċitat iktar 'il fuq kien mifrux fuq perijodu li jibda mit-28 ta' Jannar 1993 sat-28 ta' Jannar 1998.

13     Billi kkunsidrat li grupp ta' provi ppermettulha li tikkonkludi li l-ksur intemm, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma kienx neċessarju li tobbliga l-impriżi kkonċernati jtemmu l-ksur skond l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 17.

14     Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni dehrilha li kellha tiġi imposta fuq Interbrew u r-rikorrenti, skond l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17, multa għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-akkordju Interbrew/Alken-Maes.

15     F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni sostniet, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-parteċipanti kollha fl-akkordju Interbrew/Alken-Maes kienu wettqu ksur b'mod deliberat.

16     Għall-iskopijiet ta' l-ammont tal-multi li kellhom jiġu imposti, il-Kummissjoni segwiet, fid-deċiżjoni kkontestata, il-metodoloġija stabbilità fil-linji gwida kif ukoll il-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni.

17     Id-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata jipprovdi kif ġej:

"Artikolu 1

[Interbrew], [Alken-Maes] u [r-rikorrenti] kisru l-Artikolu 81(1), [KE], billi pparteċipaw fi grupp kumpless ta' akkordji u/jew prattiċi miftiehma, li jirrigwardaw patt ġenerali ta' non-aggressjoni, il-prezzijiet u l-promozzjonijiet fil-kummerċ bl-imnut, il-qsim tal-klijentela fis-settur horeca (inkluża l-horeca 'klassika' u l-klijenti nazzjonali), il-limitazzjoni ta' l-investimenti u tar-reklamar fuq is-suq tal-horeca, struttura ġdida ta' tariffi applikabbli fis-settur horeca, u fil-kummerċ bl-imnut u l-iskambju ta' informazzjoni fuq il-bejgħ fis-settur horeca u l-kummerċ bl-imnut, u dan matul il-perijodu mit-28 ta' Jannar 1993 sat-28 ta' Jannar 1998.

Artikolu 2

Il-multi segwenti huma imposti fuq [Interbrew] u fuq ir-rikorrenti, minħabba ksur ikkonstatat fl-ewwel Artikolu:

a)      għal [Interbrew]: multa ta' EUR 45,675 miljuni;

b)      [għar-rikorrenti]: multa ta' EUR 44,043 miljuni.

[…] "

 Proċedura u talbiet tal-partijiet

18     B'att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim'Istanza fit-22 ta' Frar 2002, ir-rikorrenti ressqet il-preżenti rikors.

19     Fuq rapport ta' l-Imħallef Relatur, il-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) iddeċidiet li tibda l-proċedura orali. Il-Qorti tal-Prim'Istanza ordnat, skond l-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura, li l-partijiet jipproduċu ċerti dokumenti u jirrispondu għall-mistoqsijiet bil-miktub. Il-partijiet ressqu din l-informazzjoni fiż-żmien stipulat.

20     B'ittra tat-30 ta' Novembru 2004, ir-rikorrenti talbet lill-Qorti tal-Prim'Istanza, fl-ewwel lok, tinkludi fl-inkartament id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2004, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/C.37750/B2 – Brasseries Kronenbourg, Brasseries Heineken), innotifikata taħt in-numru C (2004) 3597 finali (iktar 'il quddiem id-"deċiżjoni Kronenbourg vs Heineken"), u, fit-tieni lok, skond il-miżuri ta' organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64(4) tar-Regoli tal-Proċedura, tordna lill-Kummissjoni tesprimi ruħha, qabel jew waqt is-seduta, fuq ir-riżultati ta' l-investigazzjoni tagħha dwar abbużi eventwali ta' Interbrew minn pożizzjoni dominanti fis-suq Belġjan tal-birra.

21     B'deċiżjoni tat-3 ta' Diċembru 2004, il-Qorti tal-Prim'Istanza, min-naħa, żiedet l-ittra fuq imsemmija ma' l-inkartament u informat lill-Kummissjoni li hija kienet mistiedna, waqt l-udjenza, tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha fuq it-talba tar-rikorrenti għall-inklużjoni tad-deċiżjoni Kronenbourg vs Heineken ma' l-inkartament. Min-naħa l-oħra, hija ċaħdet it-talba għal miżura ta' organizzazzjoni tal-proċedura bil-għan li l-Kummissjoni tesprimi ruħha fuq ir-riżultati ta' l-investigazzjoni tagħha dwar abbuż eventwali ta' pożizzjoni dominanti ta' Interbrew fis-suq Belġjan tal-birra.

22     Il-partijiet ġew mismugħa fit-talbiet tagħhom u fir-risposti tagħhom għall-mistoqsijiet orali tal-Qorti tal-Prim'Istanza waqt l-udjenza pubblika tat-8 ta' Diċembru 2004. Il-Kummissjoni ddikjarat, waqt l-udjenza, li hija ma topponix it-talba tar-rikorrenti li tiġi miżjuda, ma' l-inkartament, id-deċiżjoni Kronenbourg vs Heineken, u li seħħet b'deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza.

23     Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza jogħġobha:

–       tannulla d-deċiżjoni kkontestata skond l-Artikolu 230 KE u, sussidjarjament, tnaqqas il-multa imposta fl-Artikolu 2 ta' l-imsemmija deċiżjoni skond l-Artikolu 229 KE;

–       tikkundanna l-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

24     Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza jogħġobha:

–       tiċħad ir-rikors;

–       tikkundanna r-rikorrenti tbati l-ispejjeż.

 Id-dritt

25     In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq tmien motivi. Żewġ motivi, mressqa taħt titolu prinċipali, jikkonċernaw l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata u huma bbażati fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba (l-ewwel motiv) kif ukoll tal-ksur ta' l-obbligu ta' motivazzjoni (it-tieni motiv). Sitt motivi oħra, imressqa taħt titolu sussidjarju, jinvolvu t-tnaqqis ta' l-ammont tal-multa imposta. Huma bbażati fuq evalwazzjoni żbaljata tal-gravità tal-ksur għall-iskopijiet ta' l-iffissar ta' l-ammont bażiku tal-multa bi ksur tal-prinċipji ta' proporzjonalità, trattament indaqs u nonbis in idem (it-tielet motiv), evalwazzjoni żbaljata tad-dewmien tal-ksur (ir-raba' motiv), in-natura infondata taċ-ċirkustanza aggravanti kkunsidrata fid-dawl tal-pressjoni eżerċitata fuq Interbrew (il-ħames motiv), il-kunsiderazzjoni infondata taċ-ċirkustanza aggravanti ta' reċidività fil-konfront tar-rikorrenti (is-sitt motiv), in-nuqqas ta' kunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi attenwanti applikabbli (is-seba' motiv) u evalwazzjoni żbaljata tal-miżura tal-kooperazzjoni tar-rikorrenti bi ksur tal-prinċipju ta' trattament indaqs u tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni (it-tmien motiv), rispettivament.

A –  Fuq it-talbiet għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata

1.     Fuq il-motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba

26     Il-motiv huwa organizzat fi tliet partijiet. Fl-ewwel waħda, ir-rikorrenti ssostni li hija ma ġietx mqegħda f'pożizzjoni li teżamina l-kuntest li fih ġie stabbilit dokument użat mill-Kummissjoni bħala prova. Fit-tieni parti, hija tosserva li l-Kummissjoni ma ppermettitilhiex li tkun taf, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkuntestata, bil-provi kkunsidrati fil-kalkolu tal-multa. Fl-aħħar nett, fit-tielet parti, ir-rikorrenti ssostni li n-natura mhux dokumentata ta' laqgħat bejn il-Kummissjoni u Interbrew kif ukoll ir-rifjut tal-Kummissjoni li tikkomunikalha r-risposta fil-komunikazzjoni ta' l-ilmenti jikkostitwixxi mhux biss ksur tad-drittijiet tad-difiża, imma wkoll ksur tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba.

a)     Fuq l-ewwel parti, ibbażata fuq il-fatt li r-rikorrenti ma ġietx mqegħda f'pożizzjoni li teżamina l-kuntest li fih ġie stabbilit dokument użat bħala prova mill-Kummissjoni.

 L-argumenti tal-partijiet

27     Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata, minħabba li hija ma ġietx mqegħda f'pożizzjoni li tikkumenta u tikkontesta l-estratt ta' dokument inizjalment mogħti lill-Kummissjoni bħala kopja mill-impriża Heineken NV (iktar 'il-quddiem "Heineken") fil-kuntest ta' investigazzjoni konnessa ma' l-Olanda (iktar 'il quddiem id-"dokument Heineken"). Il-Kummissjoni tagħmel riferiment għal dan id-dokument, fil-punt 55 tad-deċiżjoni kkontestata, sabiex issostni l-konklużjoni li skond ir-rikorrenti eżerċitat pressjoni fuq Interbrew billi hedditha b'konsegwenzi fuq is-suq Franciż sabiex iġġiegħla twessgħa l-kamp ta' l-akkordju. Il-provi l-oħra kkunsidrati in sostenn ta' din il-konklużjoni, li huma msemmija fil-punt 54 tad-deċiżjoni kkontestata, jillimitaw ruħhom għad-dikjarazzjonijiet unilaterali ta' Interbrew.

28     Ir-rikorrenti tirrikonoxxi li d-dokument Heineken huwa ċċitat fil-komunikazzjoni ta' l-ilmenti u li hija ġiet informata bih waqt l-aċċess għall-inkartament. Madankollu, il-Kummissjoni ma indikatx, fid-deċiżjoni kkontestata, il-post u ċ-ċirkustanzi li fihom inkiseb id-dokument Heineken, li tatu forza probatorja mingħajr formalitajiet oħra, u ma tatx lir-rikorrenti l-possibbiltà li teżamina l-kuntest li fih ġie stabbilit.

29     B'hekk, ir-rikorrenti ma kellhiex aċċess, sakemm huma ma jagħmlux parti mill-inkartament, għall-ittri jew noti interni li ppreċedew dan id-dokument jew li ġew warajh. L-ebda karta marbuta ma' dan id-dokument li setat ġiet miġbura waqt l-investigazzjoni fl-Olanda ma ġiet miżjuda ma' l-inkartament, minkejja t-talba magħmula mir-rikorrenti f'dan is-sens. L-osservazzjonijiet eventwali ta' Heineken u ta' Interbrew dwar il-portata ta' l-imsemmi dokument ukoll ma ġewx inklużi ma' l-inkartament. Barra minn hekk, il-korrispondenza bejn il-Kummissjoni u Heineken dwar il-kunfidenzjalità tad-dokument Heineken, li ġiet imressqa mill-Kummissjoni, ma tipprovdi l-ebda informazzjoni addizzjonali, lanqas ma turi li l-Kummissjoni hija nnifisha ddisponiet mill-provi neċessarji għall-interpretazzjoni ta' dan id-dokument.

30     Ir-rikorrenti tagħmel, f'dan ir-rigward, żewġ ilmenti alternattivi. Kemm jekk dawn il-provi ta' interpretazzjoni eżistew u ma ġewx miżjuda ma' l-inkartament, u l-aċċess mogħti lil dan ta' l-aħħar kien irregolari, bi ksur tad-drittijiet tad-difiża, u kemm jekk dawn il-provi ma eżistewx, u kien għall-Kummissjoni, skond id-dmir tagħha li tinvestiga wkoll f'isem id-difiża, li tivverifika l-veraċità ta' l-informazzjoni li tinsab fid-dokument Heineken, billi tfittex li ssir taf il-kuntest li fih ġie stabbilit.

31     Ir-rikorrenti ssostni li, f'kull ipoteżi, il-konoxxenza tagħha ta' l-identità ta' l-awtur u tal-kuntest ta' l-elaborazzjoni tad-dokument Heineken kienet twassal il-proċedura amministrattiva għal riżultat differenti, għaliex hija kienet tkun tista' eventwalment turi n-nuqqas ta' awtentiċità jew ta' veraċità ta' l-imsemmi dokument. F'tali każ, id-dikjarazzjonijiet individwali ta' Interbrew ma setgħux kienu biżżejjed sabiex jippruvaw l-allegata pressjoni eżerċitata fuq din ta' l-aħħar. Għaldaqstant, kien hemm ksur tad-drittijiet tad-difiża, konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Marzu 2000, Climenteries CBR et vs Il-Kummissjoni, imsejħa "Ciment", T-25/95, T-26/95, T-30/95 sa T-32/95, T-34/95 sa T-39/95, T-42/95 sa T-46/95, T-48/95, T-50/95 sa T-65/95, T-68/95 sa T-71/95, T-87/95, T-88/95, T-103/95 sa T-104/95, Ġabra p. II 491, punt 247).

32     Il-Kummissjoni tosserva li r-rikorrenti kellha aċċess għad-dokument Heineken, li minnu setgħet issir taf il-"kuntest" kollu, u li barra minn hekk hija qatt ma qajmet ksur tad-drittijiet tad-difiża waqt il-proċedura amministrattiva. F'kull każ, id-dokument Heineken mhuwiex l-uniku element konklużiv tat-theddida li saret mir-rikorrenti fir-rigward ta' Interbrew.

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

33     Skond ġurisprudenza stabbilita, l-aċċess għall-inkartament fil-kawżi ta' kompetizzjoni għandu b'mod partikolari bħala għan li jippermetti lid-destinatarji ta' komunikazzjoni ta' l-ilmenti li jsiru jafu bil-provi li jinsabu fl-inkartament tal-Kummissjoni, sabiex ikunu jistgħu jesprimu ruħhom b'mod effikaċi, fuq il-bażi ta' dawn il-provi, fuq il-konklużjonijiet li wasslet għalihom il-Kummissjoni fil-komunikazzjoni ta' l-ilmenti (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Settembru 2003, Atlantic Container Line et vs Il-Kummissjoni, T-191/98 u T-212/98 sa T-214/98, Ġabra p. II 3275, punt 334, u l-ġurisprudenza ċċitata). L-aċċess għall-inkartament jirriżulta minn garanziji proċedurali li jimmiraw sabiex jipproteġu d-drittijiet tad-difiża u jassiguraw, b'mod partikolari, l-eżerċizzju effettiv tad-dritt tas-smiegħ (ara s-sentenza Atlantic Container Line et vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punt 334, u l-ġurisprudenza ċċitata).

34     Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tagħmel aċċessibbli lill-impriżi implikati fi proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(1) KE d-dokumenti kollha favurihom u kontrihom li hija ġabret waqt l-investigazzjoni, salv is-sigrieti dwar attivitajiet ekonomiċi ta' impriżi oħra, dokumenti interni ta' l-istituzzjoni u informazzjoni oħra kunfidenzjali (ara s-sentenza Atlantic Container Line et vs Il-Kummissjoni, punt 33 iktar 'il fuq, punt 335, u l-ġurisprudenza ċċitata).

35     Jekk jirriżulta li l-Kummissjoni kienet ibbażat ruħha, fid-deċiżjoni kkontestata, fuq dokumenti ta' akkuża li ma jidhrux fl-inkartament ta' l-istruttorja u ma kienux ġew ikkomunikati lir-rikorrenti, l-imsemmija dokumenti bħala mezzi ta' prova għandhom jiġu mneħħija (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta' Ottubru 1983, AEG vs Il-Kummissjoni, 107/82, Ġabra p. 3151, punti 24 sa 30; sentenzi Ciment, punt 31 iktar 'il fuq, punt 382, u Atlantic Container Line et vs Il-Kummissjoni, punt 33 iktar 'il fuq, punt 338).

36     Rigward dokumenti li setgħu ikollhom elementi ta' prova ta' difiża, għandu jiġi rrilevat li, billi l-imsemmija dokumenti jinsabu fl-inkartament ta' l-istruttorja tal-Kummissjoni, il-konstatazzjoni eventwali ta' ksur tad-drittijiet tad-difiża hija distinta mill-mod li bih l-impriża kkonċernata ġabet ruħha matul il-proċedura amministrattiva kif ukoll mill-mistoqsija dwar jekk din l-impriża kinitx obbligata titlob lill-Kummissjoni tagħtiha aċċess għall-inkartament tagħha jew tressqilha dokumenti partikolari (sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' Ġunju 1995, Solvay vs Il-Kummissjoni, T-30/91, Ġabra p. II-1775, punt 96, u Atlantic Container Line et vs Il-Kummissjoni, punt 33 iktar 'il fuq, punt 340).

37     Min-naħa l-oħra, rigward dokumenti li setgħu ikollhom provi kontriha u li ma jinsabux fl-inkartament ta' l-istruttorja tal-Kummissjoni, ir-rikorrenti hija obbligata tippreżenta talba speċifika ta' aċċess għal dawn id-dokumenti lill-istituzzjoni, peress li l-omissjoni ta' aġir b'dan il-mod waqt il-proċedura amministrattiva għandha effett ta' preskrizzjoni fuq dan il-punt fir-rigward tar-rikors għal annullament li jiġi ppreżentat eventwalment kontra d-deċiżjoni definittiva (sentenzi Ciment, punt 31 iktar 'il fuq, punt 383, u Atlantic Container Line et vs Il-Kummissjoni, punt 33 iktar 'il fuq, punt 340).

38     Huwa fid-dawl ta' dawn il-prinċipji li għandha tiġi eżaminata l-fondatezza ta' l-ilmenti mressqa mir-rikorrenti.

39     Preliminarjament, hemm lok li jiġi rrilevat li mkien ma huwa kkuntestat li d-dokument Heineken ġie inizjalment fil-pussess tal-Kummissjoni waqt spezzjoni effettwata minn din ta' l-aħħar, skond l-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 17, fl-uffiċċji ta' Heineken fl-Olanda fit-22 u 23 ta' Marzu 2000, fil-kuntest ta' kawża distinta minn din il-kawża. Il-Kummissjoni sussegwentement talbet lill-Heineken, fl-14 ta' April 2000, fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva dwar din il-kawża u b'talba għal informazzjoni, skond l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17, tgħaddi kopja oħra tad-dokument, li ġiet miżjuda ma' l-inkartament.

40     Għandu jiġi rrilevat ukoll li r-rikorrenti tirrikonoxxi li d-dokument Heineken huwa ċċitat fil-komunikazzjoni ta' l-ilmenti u li hija saret taf bih meta kellha aċċess għall-inkartament waqt il-proċedura amministrattiva. Fir-rigward ta' dan id-dokument speċifiku, ir-rikorrenti setgħet għaldaqstant teżerċita effettivament id-dritt tagħha li tiġi mismugħa.

41     Madankollu, ir-rikorrenti ssostni li hija ma kellhiex aċċess għall-ittri eventwali jew noti interni, li setgħu ppreċedew l-abbozz tad-dokument Heineken jew li ġew warajh u li setgħu kellhom provi kontriha.

42     Fir-rigward ta' l-ilment tar-rikorrenti bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni astjeniet ruħha milli tinformaha b'dawn l-ittri jew noti interni fil-pussess tagħha, m'għandux jiġi milqugħ. Fil-fatt, għandu jiġi mfakkar li, konformement mal-ġurisprudenza, ir-rikorrenti m'għandhiex tinvoka ksur tad-drittijiet tad-difiża ħlief jekk hija ppreżentat lill-Kummissjoni, waqt il-proċedura amministrattiva, talba speċifika għall-aċċess ta' dokumenti in kwistjoni (ara l-punt 37 iktar 'il fuq).

43     Issa, ir-rikorrenti qatt ma fformulat tali talba. Fil-fatt, min-naħa, fir-risposta tagħha għall-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, ir-rikorrenti sempliċement tiddikjara fir-rigward tad-dokument Heineken li "il-valur konklużiv ta' dan id-dokument jidher dubjuż [u li] l-ebda prova fil-[komunikazzjoni ta' l-ilmenti] jew fuq id-dokument ma jippermetti [lir-rikorrenti] li jiġi identifikat l-awtur tagħha jew li jiġi eżaminat il-kuntest tagħha". Din l-affermazzjoni m'għandhiex tiġi kkunsidrata bħala talba speċifika għall-aċċess ta' l-ittri jew noti interni in kwistjoni. Barra minn hekk, interrogata fuq dan il-punt, waqt l-udjenza, mill-Qorti tal-Prim'Istanza, ir-rikorrenti kkonfermat li t-talba ta' acċess għall-inkartament li hija kienet għamlet waqt il-proċedura amministrattiva kienet ta' natura ġenerali. Min-naħa l-oħra, fl-ittri tagħha ta' l-24 u 28 ta' Jannar 2002, ir-rikorrenti fformulat biss, f'termini ġenerali u bla ebda referenza speċifika għad-dokumenti in kwistjoni, it-tieni talba ta' aċċess għall-inkartament, li, f'kull każ, saret wara l-għeluq tal-proċedura amministrattiva.

44     Fir-rigward ta' l-ilment tar-rikorrenti bbażat fuq il-fatt li, fl-eventwalità fejn il-Kummissjoni ma kinitx fil-pussess ta' ebda ittra jew nota interna li ppreċediet l-abbozz tad-dokument Heineken jew li ġiet warajh, l-astensjoni tagħha milli tassigura l-eżattezza tal-kontenut ta' l-imsemmi dokument kien ksur ta' l-obbligu tagħha ta' imparzjalità li, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li dan l-ilment ma jikkonċernax il-problematika tad-drittijiet tad-difiża. Fil-fatt, ir-rikorrenti titlob li jiġi ddeterminat jekk il-Kummissjoni ppruvatx b'mod suffiċjenti dak li kienet intenzjonata tipprova, b'mod partikolari, permezz tad-dokument Heineken u jekk, sakemm l-imsemmi dokument kien neċessarju għad-determinazzjoni ta' din il-prova, l-eżattezza tal-provi tal-kummenti li jirrapporta hijiex suffiċjentement stabbilità. Għaldaqstant, ir-rikorrenti tpoġġi fid-dubju n-natura probatorja tad-dokument Heineken, kwistjoni li mhijiex rilevanti fl-eżami ta' dan il-motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' Ġunju 1995, ICI vs Il-Kummissjoni, T-37/91, Ġabra p. II-1901, punt 72), u li huwa analizzat iktar 'il quddiem fil-punti 260, 261, 271 sa 273 u 284 sa 290.

45     L-ewwel parti tal-motiv għandu għaldaqstant jiġi miċħud.

b)     Fuq it-tieni parti, ibbażata fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma kinitx ippermettiet lir-rikorrenti tkun taf, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, l-elementi kkunsidrati fil-kalkolu tal-multa

 L-argumenti tal-partijiet

46     Ir-rikorrenti tqajjem ksur tad-drittijiet tad-difiża li jirriżulta mill-fatt li, fl-ebda mument, il-Kummissjoni ma tatha l-possibbiltà li tkun taf jew li tikkummenta dwar il-provi li hija użat fl-iffissar ta' l-ammont tal-multa. Il-Kummissjoni kienet illimitat ruħha, fil-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, li tagħmel sommarju fi ftit linji tal-metodoloġija ppreċiżata fil-linji gwida u xejn fl-imsemmija komunikazzjoni ma kien jippermetti lir-rikorrenti tipprevedi t-trattament partikolarment zvantaġġat li l-Kummissjoni rriżervatilha u t-trattament mhux indaqs meta mqabbla ma' Interbrew.

47     Xejn, b'mod partikulari, fil-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, ma kien jindikalha li l-Kummissjoni kienet beħsieba tqajjem ir-reċidività fir-rigward tagħha, waqt li din iċ-ċirkustanza aggravanti ma kinitx ġiet ammessa ħlief b'mod żbaljat fil-prattika deċiżjonali tagħha. B'hekk, waqt is-sena 2001, il-Kummissjoni kienet ikkundannat diversi drabi l-impriżi reċidivi mingħajr madankollu ma tqajjem din iċ-ċirkustanza aggravanti fir-rigward tagħhom waqt l-iffissar tal-multa. Hekk sar ma' l-impriża F. Hoffmann-La Roche AG (iktar 'il quddiem "Hoffmann-La Roche") fid-deċiżjoni 2003/2/KE tal-Kummissjoni, tal-21 ta' Novembru 2001, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u ta' l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/37.512 – Vitamini) (ĠU 2003, L 6, p. 1, iktar 'il quddiem id-"deċiżjoni Vitamini"), u d-deċiżjoni 2002/742/KE tal-Kummissjoni, tal-5 ta' Diċembru 2001, dwar proċedura skond l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u ta' l-Artikolu 53 tal-ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/36.604 – Aċidu taċ-ċitru) (ĠU 2002, L 239, p. 18, iktar 'il quddiem id-"deċiżjoni ta' l-Aċidu taċ-ċitru") kif ukoll ta' l-impriża Stora Kopparbergs Bergslags AB (iktar 'il quddiem "Stora"), minkejja li destinatarja tad-deċiżjoni taħt isem ieħor, fil-kawża li tat lok għad-deċiżjoni 2004/337/KE tal-Kummissjoni, ta' l-20 ta' Diċembru 2001, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u ta' l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/36.212 – Karta saħħara) (ĠU 2004, L 115, p. 1, iktar 'il quddiem id-"deċiżjoni Karta saħħara"), jew anki ta' l-impriża Volkswagen AG (iktar 'il quddiem "Volkswagen"), fid-deċiżjoni 2001/711/KE tal-Kummissjoni, tad-29 ta' Ġunju 2001, fi proċedura pprovduta fl-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/F-2/36.693 – Volkswagen) (ĠU L 262, p. 14, iktar 'il quddiem id-"deċiżjoni Volkswagen II"). Għaldaqstant, din id-differenza fit-trattament mhijiex iġġustifikata.

48     L-omissjoni ta' din l-indikazzjoni hija iktar ta' ħsara b'tali mod li, bħal fil-kawża li waslet għad-deċiżjoni 2002/405/KE tal-Kummissjoni, ta' l-20 ta' Ġunju 2001, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 82 tat-Trattat KE (COMP/E-2/36.041/PO – Michelin) (ĠU 2002, L 143, p. 1, iktar 'il quddiem id-"deċiżjoni Michelin II"), li fiha l-Kummissjoni kkunsidrat ukoll, bħala ċirkustanza aggravanti, ir-reċidività, l-impriża in kwistjoni kienet tqegħdet f'pożizzjoni li ssostni l-argumenti tagħha fuq dan il-punt qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni. (deċiżjoni Michelin II, punti 361 sa 363).

49     Il-Kummissjoni ssostni li hija tiddisponi minn setgħa ta' evalwazzjoni fl-iffissar ta' l-ammont ta' multa u li hija semmiet fil-komunikazzjoni ta' l-ilmenti l-elementi kollha li hija kienet beħsieba tikkunsidra għal dan l-iskop, inklużi dawk mitluba skond l-eżiġenza ta' motivazzjoni. Barra minn hekk, hija ma kinitx obbligata li tindika l-intenzjoni tagħha li tikkunsidra ċ-ċirkustanza aggravanti ta' reċidività. F'kull każ, ir-rikorrenti ma setgħatx tinjora li l-linji gwida jsemmu b'mod espliċitu r-reċidività bħala ċirkustanza aggravanti, u lanqas li hija kienet diġà f'żewġ okkażjonijiet is-suġġett ta' konstatazzjoni ta' ksur.

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

50     Skond ġurisprudenza stabbilità, ġaladarba l-Kummissjoni tindika speċifikament, fil-komunikazzjoni tagħha ta' l-ilmenti, li hija ser teżamina jekk għandhomx jiġu imposti multi fuq l-impriżi kkonċernati u li hija tindika wkoll iċ-ċirkustanzi prinċipali ta' fatt u ta' dritt li jistgħu jwasslu għall-impożizzjoni ta' multa, bħall-gravità u d-dewmien tal-ksur allegat u l-fatt li dan ta' l-aħħar ġie kommess intenzjonalment jew b'negligenza, hija tissodisfa l-obbligu tagħha li tirrispetta d-dritt ta' l-impriżi li jkunu mismugħa. B'dan il-mod, hija tagħtihom l-elementi necessari sabiex jiddefendu ruħhom mhux biss kontra konstatazzjoni tal-ksur, iżda wkoll kontra l-fatt li jsibu ruħhom affaċċjati b'multa (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta' Ġunju 1983, Musique diffusion française et vs Il-Kummissjoni, 100/80 sa 103/80, Ġabra p. 1825, punt 21, u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' Marzu 2002, ABB Asea Brown Boveri vs Il-Kummissjoni, T‑31/9959, Ġabra p. II-1881, punt 78).

51     Fir-rigward ta' l-iffissar ta' l-ammont tal-multi, id-drittijiet tad-difiża ta' l-impriżi kkonċernati huma garantiti quddiem il-Kummissjoni permezz tal-possibbiltà li jippreżentaw osservazzjonijiet fuq id-dewmien, il-gravità u l-prevedibbiltà tan-natura antikompetittiva tal-ksur. Barra minn hekk, l-impriżi jgawdu minn garanzija supplementari, fir-rigward ta' l-iffissar ta' l-ammont tal-multa, safejn il-Qorti tal-Prim'Istanza tiddeċiedi b'kompetentza sħiħa u tista' b'mod partikolari tneħħi jew tnaqqas il-multa, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 17 (sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Ottubru 1994, Tetra Pak vs Il-Kummissjoni, T-83/91, Ġabra p. II-755, punt 235, u, f'dan is-sens, is-sentenza ABB Asea Brown Boveri vs Il-Kummissjoni, punt 50 iktar 'il fuq, punt 79).

52     F'dan il-każ, hemm lok li jiġi kkonstatat, fl-ewwel lok, li l-Kummissjoni indikat, fil-punt 213 tal-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, wara li kkunsidrat l-allegati fatti, l-intenzjoni tagħha li timponi multi fuq l-impriżi destinatarji, inklużi r-rikorrenti. Il-Kummissjoni żiedet, fil-punt 214 tal-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, li, sabiex tiffissa l-ammont tal-multi li kellhom jiġu imposti, hija kellha tikkunsidra ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ u b'mod partikolari l-gravità u d-dewmien tal-ksur. Barra minn hekk, il-Kummissjoni indikat, fil-punt 216 ta' din il-komunikazzjoni, li, fost il-fatti esposti fil-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, hija ser tikkunsidra, b'mod partikolari, il-fatt li l-akkordji kkonċernati kienu jikkostitwixxu ksur deliberat ta' l-Artikolu 81(1) KE.

53     Il-Kummissjoni wkoll indikat, fl-istess punt 216, li l-ftehim tal-qsim tas-swieq u ta' l-iffissar tal-prezzijiet, hekk kif deskritti fil-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, ikkostitwixxu, min-natura tagħhom stess, it-tip ta' ksur l-iktar gravi ta' l-Artikolu 81(1) KE. Hija ppreċiżat, fil-punt 215 tal-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, li hija tikkunsidra, għall-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur, in-natura tiegħu, l-effett tiegħu fuq is-suq, meta dan il-ksur jista' jiġi mkejjel, kif ukoll il-firxa tas-suq ġeografiku in kwistjoni. Barra minn hekk, hija semmiet, fil-punt 216 ta' l-imsemmija komunikazzjoni, li hija tistabbilixxi r-rwol ta' kull impriża li ħadet sehem fil-ksur, billi tikkunsidra, barra minn provi oħra, ir-rwol ta' kull waħda fl-akkordji sigrieti kkonċernati u d-dewmien ta' kull waħda minn dawn il-parteċipanti fil-ksur.

54     Il-Kummissjoni ppreċiżat ukoll, fil-punt 217 tal-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, li l-ammont tal-multa li huwa impost fuq kull impriża jirrifletti l-eventwali ċirkustanzi aggravanti jew attenwanti u li hija tapplika, jekk ikun hemm lok, il-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni indikat, fil-punt 218, li hija kellha l-intenzjoni li tistabbilixxi l-ammont tal-multi fuq grad suffiċjenti sabiex tiggarantixxi l-effett deterrenti.

55     Jirriżulta minn dak li ntqal qabel li l-Kummissjoni, konformement mal-ġurisprudenza fuq imsemmija, indikat speċifikament, fil-komunikazzjoni tagħha ta' l-ilmenti (punti 213 sa 218), l-intenzjoni tagħha li timponi multi fuq impriżi destinatarji u ċ-ċirkustanzi ta' fatt u ta' dritt li hija kienet ser tikkunsidra għall-kalkolu ta' l-ammont tal-multa li kellha tiġi imposta fuq ir-rikorrenti, b'tali mod li, f'dan ir-rigward, id-dritt tagħha li tiġi mismugħa kien ġie rrispettat.

56     Fit-tieni lok, rigward b'mod iktar partikolari ċ-ċirkustanza aggravanti ta' reċidività misjuba kontra r-rikorrenti, hemm lok li jiġi rrilevat, minn naħa, li l-linji gwida jikkwotaw bħala eżempju ta' ċirkustanza aggravanti r-reċidività ta' l-istess impriża għal ksur ta' l-istess tip u, min-naħa l-oħra, li l-Kummissjoni indikat fil-komunikazzjoni ta' l-ilmenti li hija tieħu in kunsiderazzjoni r-rwol individwali ta' kull impriża fl-akkordji sigrieti miftiehma u li l-ammont tal-multa jirrifletti ċ-ċirkustanzi eventwali aggravanti jew attenwanti. Għaldaqstant, ir-rikorrenti ma setgħetx tinjora li l-Kummissjoni tikkunsidra din iċ-ċirkustanza aggravanti jekk hija waslet għall-konklużjoni li l-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tagħha kienu sodisfatti.

57     Fit-tielet lok, rigward iktar speċifikament l-argument li skondhu r-rikorrenti kienet is-suġġett ta' trattament diskriminatorju meta mqabbla ma' impriżi oħra reċidivi li biha din iċ-ċirkustanza aggravanti ma ġietx ikkunsidrata, għandu jiġi enfasizzat li l-fatt biss li l-Kummissjoni kkunsidrat, fil-prattika deċiżjonali preċedenti, li ċerti elementi ma kienux jikkostitwixxu ċirkustanza aggravanti għall-iskopijiet ta' l-iffissar ta' l-ammont tal-multa ma jimplikax li hija obbligata tagħmel l-istess evalwazzjoni f'deċiżjoni ulterjuri (ara b'mod partikolari, b'analoġija, is-sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 1991, Hercules Chemicals vs Il-Kummissjoni, T-7/89, Ġabra p.II-1711, punt 357; ta' l-14 ta' Mejju 1998, Mayr-Melnhof vs Il-Kummissjoni, T-347/94, Ġabra p. II-1751, punt 368, u ta' l-20 ta' Marzu 2002, LR AF 1998 vs Il-Kummissjoni, T-23/99, Ġabra p. II-1705, punti 234 u 337). Min-naħa l-oħra, hekk kif jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punt 56 iktar 'il fuq, il-possibbiltà mogħtija, fil-kuntest ta' kawża oħra, lill-impriża li tesprimi ruħha fuq l-intenzjoni li tikkonstata r-reċidività fir-rigward tagħha ma jimplikax li l-Kummissjoni għandha l-obbligu li tipproċedi b'dan il-mod fil-każijiet kollha u lanqas li, fin-nuqqas ta' din il-possibbiltà, ir-rikorrenti mhija mwaqqfa milli teżerċita bi sħiħ id-dritt tagħha li tiġi mismugħa.

58     F'dawn iċ-ċirkustanzi, it-tieni parti tal-motiv għandu jiġi miċħud.

c)     Fuq it-tielet parti, ibbażat fuq in-natura mhux dokumentata ta' laqgħat mwettqa bejn il-Kummissjoni u Interbrew kif ukoll fuq ir-rifjut tal-Kummissjoni li tinforma lir-rikorrenti bir-risposta ta' Interbrew għall-komunikazzjoni ta' l-ilmenti

 L-argumenti tal-partijiet

59     Ir-rikorrenti ssostni, min-naħa, li la l-komunikazzjoni ta' l-ilmenti u lanqas id-deċiżjoni kkontestata ma għandhom elementi preċiżi li jippermettulha tevalwa l-kontenut u l-portata tal-laqgħat mwettqa bejn l-aġenti tal-Kummissjoni u r-rappreżentanti ta' Interbrew imsemmija fil-punt 34 tad-deċiżjoni kkontestata. L-ebda proċess verbali ta' dawn il-laqgħat, li, f'dan il-każ, ma ġewx mressqa għall-attenzjoni tar-rikorrenti qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, ma ġiet annessa ma' l-inkartament tal-Kummissjoni. Min-naħa l-oħra, bir-rifjut lilha, b'ittra tas-7 ta' Frar 2002, ta' l-aċċess għar-risposta ta' Interbrew għall-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, il-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tagħha kif ukoll il-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba.

60     Ir-rikorrenti tqis, fl-ewwel lok, li ma ġietx mqegħda f'pożizzjoni li tivverifika u, jekk ikun il-każ, li tikkontesta d-dikjarazzjonijiet eventwali ta' Interbrew matul il-laqgħat fuq imsemmija, li madankollu kellhom influwenza determinanti fuq l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-fatti in kwistjoni u tal-kooperazzjoni ta' l-impriżi li huma s-suġġett ta' l-investigazzjoni.

61     Fuq dan il-punt, ir-rikorrenti ssostni b'mod partikolari li l-Kummissjoni tat prova ta' attitudni ġeneralment amikevoli fil-konfront ta' Interbrew, li tikkuntrasta mar-severità murija fir-rigward tagħha. B'hekk, in-nuqqas ta' invokazzjoni, waqt il-proċedura, tal-pożizzjoni dominanti ta' Interbrew, li kienet madankollu fl-oriġini ta' l-investigazzjoni, tista' tiġi spjegata fid-dawl tal-kontenut tal-laqgħat informali in kwistjoni. Barra minn hekk, l-aċċenn, fid-deċiżjoni kkontestata, ta' konverżazzjoni telefonika bejn M. L. B. (Alken-Maes) u M. A. B. (Interbrew) fid-9 ta' Diċembru 1996 ma kinitx ġiet inkluża fl-inkartament. Hekk ukoll għall-kontenut irraportat waqt laqgħa interna lill-Interbrew fil-5 ta' Mejju 1994, li fiha l-Kap Eżekuttiv (iktar 'il quddiem il-"KE") ta' Interbrew (M. M.), jiġifieri d-diriġent suprem tagħha, kixef xenarju, allegatament f'konformità mat-talba tar-rikorrenti, li skondhu Interbrew kellha tittrasferixxi 500 000 ettolitri ta' birra lill-Alken-Maes.

62     Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li, hija ma kellhiex aċċess għar-risposta ta' Interbrew għall-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, billi dan l-aċċess kien ġie rrifjutat mill-Kummissjoni. Fil-fatt, ir-rikorrenti talbet espressament lill-Kummissjoni, b'ittri ta' l-24 u 28 ta' Jannar 2002, aċċess ieħor għall-inkartament, b'mod partikolari l-aċċess għar-risposta ta' Interbrew għall-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, li l-Kummissjoni rrifjutat b'ittra tas-7 ta' Frar 2002.

63     Il-Kummissjoni ssostni li r-rikorrenti kienet taf bl-eżistenza ta' laqgħat informali u li hija qatt ma talbet, waqt il-proċedura amministrattiva, l-aċċess għall-ispjegazzjonijiet eventwali mogħtija waqt dawn il-laqgħat, li huma ineżistenti u li, f'kull każ, kienu nieqsa minn kull utilità. Il-fatti kollha kontenuti fid-deċiżjoni kkontestata huma bbażati fuq dokumenti ta' l-inkartament, li għalihom ir-rikorrenti qatt ma kkontestat li kellha aċċess. Fir-rigward tat-talba ta' aċċess għad-dokumenti fformulati skond ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku lid-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43), din ġiet irtirata.

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

64     Fl-ewwel lok, f'dak li jirrigwarda l-laqgħat informali mal-partijiet, għandu jiġi rrilevat li la r-rikorrenti u lanqas il-Kummissjoni ma jikkontestaw fid-dokumenti tagħhom il-fatt li tali laqgħat ma tawx lok għal forma bil-miktub tar-rendikonti mogħtija. Għaldaqstant, din il-parti ta' l-ewwel motiv dwar il-laqgħat terġa' issostni li r-rispett mill-Kummissjoni tad-dritt ta' aċċess għall-inkartament, fil-kawżi ta' kompetizzjoni, jobbligaha tistabbilixxi u tirrendi aċċessibbli lill-partijiet dawn ir-rendikonti li ġew mogħtija.

65     F'dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li l-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 33 u 34 iktar 'il fuq tistabbilixxi li d-dritt ta' aċċess għall-inkartament fil-kawżi ta' kompetizzjoni għandu bħala skop li jippermetti lid-destinatarji ta' komunikazzjoni ta' l-ilmenti li jkunu informati bil-provi li jinsabu fl-inkartament tal-Kummissjoni, sabiex id-dritt tas-smiegħ jkun jista' jiġi eżerċitat b'mod effikaċi. Il-Kummissjoni għandha għaldaqstant l-obbligu li tirrendi aċċessibbli għall-impriżi kkonċernati d-dokumenti kollha favur u kontra li hija ġabret waqt l-investigazzjoni, bl-eċċezzjoni ta' sigrieti dwar attivitajiet ekonomiċi ta' impriżi oħra, dokumenti interni tal-Kummissjoni u informazzjoni oħra kunfidenzjali.

66     Barra minn hekk, jirriżulta mill-ġurisprudenza li ma jeżisti, min-naħa l-oħra, l-ebda obbligu ġenerali, għall-Kummissjoni, li tistabbilixxi rendikonti tad-diskussjonijiet li hija kellha mal-partijiet l-oħra, fil-kuntest ta' l-applikazzjoni tar-regoli ta' kompetizzjoni tat-Trattat, matul laqgħat magħmula na' dawn ta' l-aħħar (ara, f'dan is-sens, is-sentenza Atlantic Container Line et vs Il-Kummissjoni, punt 33 iktar 'il fuq, punt 351).

67     In-nuqqas ta' tali obbligu mhuwiex madankollu ta' natura li jeħilsu l-Kummissjoni mill-obbligi li għandha fir-rigward ta' aċċess għall-inkartament. Fil-fatt, m'għandux jiġi ammess li r-rikors għall-prattika ta' relazzjoni verbali ma' terzi tippreġudizzja d-drittijiet tad-difiża. Għaldaqstant, jekk il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni tagħmel użu, fid-deċiżjoni tagħha, minn prova akkarigu trażmessa b'mod verbali minn parti oħra, hija għandha tirrendiha aċċessibbli għall-impriża kkonċernata, sabiex din ta' l-aħħar tista' tesprimi ruħha b'mod utli fuq il-konklużjonijiet li l-Kummissjoni wasslet għalihom fuq il-bażi ta' din il-prova. Jekk ikun il-każ, hija għandha tipprovdi għal dan l-iskop dokument bil-miktub sabiex jiġi inkluż fl-inkartament tagħha (ara, f'dan is-sens, is-sentenza Atlantic Container Line et vs Il-Kummissjoni, punt 33 iktar 'il fuq, punt 352).

68     F'dan il-każ, hemm lok li jiġi kkonstatat li, bl-eċċezzjoni ta' żewġ allegazzjonijiet konkreti, l-argumentazzjoni tar-rikorrenti tikkonsisti fid-dikjarazzjoni b'mod ġenerali, l-ewwel nett, li l-laqgħat informali setgħu kellhom influwenza importanti fuq l-evalwazzjoni tal-fatti u tal-kooperazzjoni ta' l-impriżi li huma s-suġġett ta' l-investigazzjoni, wara, li l-Kummissjoni kellha fir-rigward ta' Interbrew, waqt il-proċedura, attitudni ġeneralment amikevoli li tikkuntrasta mas-severità li biha d-deċiżjoni kkontestata tikkunsidraha u, fl-aħħar nett, li, jekk l-informazzjoni kkomunikata waqt il-laqgħat formali kienet utli lil Interbrew, din l-informazzjoni ma setgħetx ma taffettwax il-pożizzjoni tagħha.

69     Din l-argumentazzjoni ġenerali, li ma tippreċiżax jekk il-provi akkarigu kkunsidrati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata humiex ibbażati fuq provi miġbura waqt il-laqgħat informali, mhijiex ta' natura li tistabbilixxi r-realtà ta' ksur tad-drittijiet tad-difiża, liema għandha tiġi eżaminata in funzjoni ta' ċirkustanzi speċifiċi ta' kull każ in eżami (ara, f'dan is-sens, is-senetnza Solvay vs Il-Kummissjoni, punt 36 iktar 'il quddiem, punt 60). Fil-fatt, hekk kif ġie espost fil-punt 33 iktar 'il fuq, id-dritt ta' aċċess għall-inkartament fil-kawżi ta' kompetizzjoni huwa biss irrikonoxxut sabiex jippermetti lill-impriżi kkonċernati li jesprimu ruħhom b'mod effikaċi fuq il-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fil-komunikazzjoni ta' l-ilmenti tagħha. Issa, billi r-rikorrenti ma indikatx, bla ħsara għal żewġ allegazzjonijiet konkreti eżaminati iktar 'il quddiem, l-ebda ilment fil-konfront tal-komunikazzjoni ta' l-ilmenti wara fid-deċiżjoni kkontestata li hija bbażata fuq provi mressqa verbalment waqt laqgħat informali għal-liema hija ma kellhiex aċċess, hija m'għandhiex tisfida lill-Kummissjoni bi ksur tad-drittijiet tad-difiża fuq dan il-punt (ara, f'dan is-sens, is-sentenza Atlantic Container Line et vs Il-Kummissjoni, punt 33 iktar 'il fuq, punti 353 u 354).

70     Fir-rigward taż-żewġ allegazzjonijiet konkreti fuq imsemmija, li jgħidu li r-referenzi għall-konverżazzjoni telefonika tad-9 ta' Diċembru 1996 u għall-kontenut tal-laqgħa interna tal-5 ta' Mejju 1994 li huma msemmija fid-deċiżjoni kkontestata ma jistgħux isibu s-sors tagħhom fil-kontenut tal-laqgħat informali, hemm lok li jiġi eżaminat jekk il-fatti in kwistjoni jibbażawx rwieħhom fuq provi preċiżi li jinsabu fl-inkartament.

71     Rigward, l-ewwel nett, il-konverżazzjoni telefonika tad-9 ta' Diċembru 1996, imsemmija fil-punt 91 tad-deċiżjoni kkontestata, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-punt 93 tal-komunikazzjoni ta' l-ilmenti (anness B1 tad-difiża, p. 30) jindika li, "wara laqgħa li [ġiet organizzata] fid-19 ta' Settembru, M. L. B. (Alken-Maes) fid-9 ta' Diċembru 1996 [kellha] konverżazzjoni telefonika ma' M. A. B. (Interbrew)". Din il-frażi tiġi bin-nota 116 fil-qiegħ tal-paġina fejn huwa indikat "Ittra ta' Alken-Maes tas-7 ta' Marzu 2000 u ta' l-annessi tiegħu 42 u 44 ([paġini] 7884, 8513, u 8528 sa 8530 [ta' l-inkartament tal-Kummissjoni]), li jikkontjeni referenzi għad-dokumenti iktar 'il quddiem: spezzjoni effettwata għand Alken-Maes, dokument AvW19 ([paġini] 150 sa 153 [ta' l-inkartament tal-Kummissjoni]) u dokument MV17 ([paġini] 532 sa 541 [ta' l-inkartament tal-Kummissjoni])". L-istess referenzi jidhru fid-deċiżjoni kkontestata, fin-nota 123 fl-aħħar tal-paġina, korrispondenti għall-inċiż 91.

72     F'risposta għal mistoqsija bil-miktub tal-Qorti tal-Prim'Istanza li tordnalha tippreċiża l-elementi li wassluha tikkonkludi li konverżazzjoni telefonika kellha lok fid-9 ta' Diċembru 1996, rigward it-tariffi ta' Interbrew, bejn M. L. B. (Alken-Maes) u M. A. B. (Interbrew), il-Kummissjoni rrispondiet li hija kienet wasslet għal din il-konklużjoni fuq il-bażi tal-paġina 8513 ta' l-inkartament tal-Kummissjoni, li jikkostitwixxi l-aħħar paġina ta' l-anness 42 ta' l-ittra ta' Alken-Maes lill-Kummissjoni fis-7 ta' Marzu 2000.

73     L-analiżi ta' dan id-dokument, li jikkonsisti f'noti bil-miktub ta' M. L. B. (Alken-Maes), jirrivela li, jekk l-ebda konverżazzjoni telefonika li saret fid-9 ta' Diċembru 1996 mhija msemmija fih, dan id-dokument iħalli, min-naħa l-oħra, jidhru diversi annotazzjonijiet, miżjuda kjarament wara l-abbozzar inizjali tiegħu, li huma apparantement ta' risposta għall-mistoqsijiet, abbozzati inizjalment, fuq il-kundizzjonijiet tat-tariffi ta' Interbrew. B'hekk, tlieta minn dawn l-annotazzjonijiet jinkludu d-data "(9/12/96)" u tnejn minnhom l-abbrevjazzjoni "IB" (Interbrew), li waħda minnhom tinkludi barra minn hekk l-inizjali ta' M. A. B. (Interbrew).

74     Għaldaqstant, hemm lok li jiġi konkluż, l-ewwel nett, li l-aċċenn għall-eżistenza ta' kuntatt, fid-9 ta' Diċembru 1996, bejn Interbrew u Alken-Maes fuq il-kundizzjonijiet tat-tariffi ta' Alken-Maes tissemma fil-komunikazzjoni ta' l-ilmenti u li l-eżistenza tal-kuntatt li għalih qed tirreferi ruħha l-Kummissjoni huwa elaborat f'dokument li, billi jinsab fl-inkartament, kien aċċessibbli għar-rikorrenti, minħabba li l-ex sussidjarja tagħha Alken-Maes ressqitu hija stess lill-Kummissjoni. Il-fatt li l-kuntatt kienx wieħed telefoniku jew le huwa bla importanza mill-perspettiva ta' l-eżerċizzju tad-dritt għas-smiegħ, għax, anki jekk sfortunatament id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fuq dan il-punt mhijiex elaborata, huwa fir-rigward ta' l-eżistenza ta' kuntatt u, jekk huwa l-każ, tal-kontenut tiegħu li r-rikorrenti għandha tibbenefika mid-dritt li tiġi mismugħa u mhux fir-rigward tan-natura telefonika jew le ta' tali kuntatt, billi dan il-punt huwa bla importanza għad-determinazzjoni tan-natura infrazzjonali jew le tiegħu.

75     Rigward, sussegwentement, id-dikjarazzjoni li tinsab fil-punt 53 tad-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri li x-"xenarju" mikxuf mill-KE ta' Interbrew waqt laqgħa interna fil-5 ta' Mejju 1994 kienet "f'konformità mat-talba ta' Danone/Kronenbourg", jiġifieri li Interbrew ċediet 500 000 ettolitri lill-Alken-Maes (b'mod partikolari fil-kummerċ bl-imnut)", hemm lok li jiġi kkonstatat li l-punt 55 tal-komunikazzjoni ta' l-ilmenti jipprovdi li, "f'laqgħa interna fi ħdan Interbrew, [M. M.] tikxef ix-xenarju segwenti, skond it-talba ta' Danone/Kronenbourg, Interbrew kellha ċċedi 500 000 ettolitri lill-Alken-Maes (b'mod partikolari fil-kummerċ bl-imnut) u jekk "Interbrew ma taċċettax din it-talba, Interbrew France tiġi mkissra bil-kompliċità ta' Heineken, u Interbrew tiġi attakkata fil-Belġju bi prezzijiet baxxi ħafna". Il-punt 56 li jsegwi jippreċiża li "ix-xenarju ppreżentat minn Kronenbourg ġie eżaminat waqt laqgħa interna ta' Interbrew fil-5 ta' Mejju 1994". Il-punt 55 tal-komunikazzjoni ta' l-ilmenti għandu miegħu żewġ noti, 35 u 36, fil-qiegħ tal-paġina, li jirreferu għal ittra ta' Interbrew tat-28 ta' Frar 2000 u għall-anness tagħha 18. Wieħed isib l-istess referenzi dokumentarji fid-deċiżjoni kkontestata, fil-punt 53.

76     F'dan ir-rigward, hemm lok li jiġi rrilevat li l-anness 18 ta' l-ittra ta' Interbrew tat-28 ta' Frar 2000, li tikkonsisti f'dikjarazzjoni ta' M. C. ta' Interbrew, għandu, fil-paġina 2 ta' l-imsemmija dikjarazzjoni, il-frażi segwenti:

"[M. M.] qajjem magħna, waqt il-laqgħa interna (fil-5 ta' Mejju 1994), ix-xenarju li kienet talba ta' Kronenbourg. Essenzjalment, KRO heddet lil ITW tittrasferixxi 500 000 [ettolitri] lill-AM (speċjalment fil-'Food'). Jekk le, huma jfallu lill-ITW-France bil-kompliċità ta' Heineken u jattakkaw lill-ITW-Belgique bi prezzijiet baxxi ħafna."

77     Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li d-dikjarazzjoni li tinsab fil-punt 53 tad-deċiżjoni kkontestata u fil-punti 55 u 56 tal-komunikazzjoni ta' l-ilmenti tirrepeti, essenzjalment, l-informazzjoni pprovduta bil-miktub minn Interbrew, li tinsab fl-inkartament u, b'dan il-mod, kienet aċċessibbli lir-rikorrenti. Għaldaqstant, din ta' l-aħħar m'għandiex tipprevali ruħha mill-fatt li, fir-rigward tad-dikjarazzjoni li tinsab fil-punt 53 tad-deċiżjoni kkuntestata, hija ma setgħetx effettivament tinvoka d-dritt tagħha li tiġi mismugħa.

78     Jirriżulta minn dak li jippreċedi, min-naħa, li d-dikjarazzjonijiet li allegatament ħarġu mil-laqgħat informali ma' Interbrew jinsabu fil-komunikazzjoni ta' l-ilmenti u, min-naħa l-oħra, li huma sabu, f'kull każ, il-bażi tagħhom, safejn kienu neċessarji sabiex tiġi stabbilità l-prova ta' ksur ta' l-Artikolu 81(1) KE fid-dokumenti li għalihom ir-rikorrenti kellha aċċess. Għaldaqstant, hemm lok li jiġi konkluż li r-rikorrenti setgħet effikaċement tippronunzja ruħha fuq dawn id-dikjarazzjonijiet u li d-dritt għas-smiegħ tagħha ġie rrispettat.

79     Fit-tieni lok, fir-rigward ta' l-argument li jgħid li r-rikorrenti, bi ksur tad-drittijiet tad-difiża, ġiet irrifjutata l-aċċess għall-karti mqiegħda fl-inkartament wara li hija kellha aċċess għal dan ta' l-aħħar fil-5 ta' Ottubru 2002, inkluż b'mod partikolari r-risposta ta' Interbrew għall-komunikazzjoni ta' l-ilmenti billi setgħet ikollha provi kontriha, huwa biżżejjed li jiġi mfakkar li t-talba ta' aċċess għall-karti addizjonali ta' l-inkartament ġiet introdotta b'ittri ta' l-24 u 28 ta' Jannar 2002, wara l-għeluq tal-proċedura amministrattiva. Għaldaqstant, l-omissjoni ta' din it-talba waqt il-proċedura amministrattiva għandha effett ta' preskrizzjoni fuq dan il-punt fir-rigward tar-rikors għal annullament ippreżentat sussegwentement (ara, f''dan is-sens, is-sentenza Ciment, punt 31 iktar 'il fuq, punt 383). Għaldaqstant, hemm lok li dan l-argument jiġi miċħud.

80     Fir-rigward tat-talba ta' aċċess ippreżentata fl-4 ta' Marzu 2002 skond ir-Regolament Nru 1049/2001, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li l-Artikolu 7(2) ta' l-imsemmi Regolament jipprovdi li, "Fil-każ ta’ rifjut totali jew parzjali, l-applikant jista’, sa 15-il jum utli minn meta jirċievi r-risposta mill-istituzzjoni, jagħmel applikazzjoni konfermatorja fejn jitlob lill-istituzzjoni li terġa’ tikkunsidra l-posizzjoni tagħha". Għaldaqstant, wara r-rifjut tal-Kummissjoni, fis-26 ta' Marzu 2002, li tiġi milqugħa t-talba ta' aċċess tar-rikorrenti, hemm lok li jiġi kkonstatat li din ta' l-aħħar, billi ma ppreżentatx talba ta' konferma fiż-żmien previst, hekk kif kkonfermat waqt is-seduta, f'risposta għal mistoqsija tal-Qorti tal-Prim'Istanza, irtirat it-talba tagħha ta' l-4 ta' Marzu 2002.

81     Għaldaqstant, it-tielet parti tal-motiv għandha tiġi miċħuda kif ukoll, għalhekk, it-totalità ta' dan ta' l-aħħar.

2.     Fuq il-motiv ibbażat fuq ksur ta' l-obbligu ta' motivazzjoni

a)     L-argumenti tal-partijiet

82     Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija insuffiċjentement motivata billi, min-naħa, hija ma għandha l-ebda definizzjoni tas-swieq rilevanti, filwaqt li din hija kundizzjoni neċessarja u preliminari għal kull evalwazzjoni ta' komportament antikompetittiv u, min-naħa l-oħra, hija sempliċement tagħmel riferiment, għall-kalkolu ta' l-ammont tal-multa, tal-linji gwida, bla ma tindika l-portata eżatta tal- kriterji użati għall-iffissar ta' l-ammont tal-multa li hija imposta fuqha.

83     B'hekk, fl-ewwel lok, id-deċiżjoni kkontestata hija insuffiċjentement motivata billi, kuntrarjament għall-eżiġenza imposta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Marzu 1992, SIV et vs Il-Kummissjoni, imsejħa "Ħġieġ lixx", T-68/89, T-77/89 u T-78/89, Ġabra p. II-1403, punt 159), hija ma hijiex ibbażata fuq definizzjoni adegwata tas-suq rilevanti f'dan il-każ, imma biss fuq il-konstatazzjoni ta' l-eżistenza ta' "suq tal-birra Belġjana". Il-Kummissjoni żbaljat l-analiżi ekonomika tad-dimensjoni ġeografika eżatta tas-suq jew swieq in kwistjoni kif ukoll ta' l-eventwali sostituzzjoni ta' diversi prodotti tal-birra. Is-sostituzzjoni mill-Kummissjoni, fid-difiża tagħha, ta' l-espressjoni "settur tal-birra fil-Belġju" għal dik ta' "suq tal-birra Belġjana" ma tirrispondix għall-oġġezzjoni tar-rikorrenti li tgħid li, f'dan il-każ, id-definizzjoni tas-suq kienet sostanzjali wkoll għad-definizzjoni tal-ksur. Is-swieq ġeografiċi msemmija, jiġifieri s-swieq Belġjani u Franċiżi, huma ddefiniti b'mod insuffiċjenti, fid-deċiżjoni kkontestata.

84     Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat il-fatti li huma relatati mas-suq Franċiż mingħajr ma' ġie kkunsidrat neċessarju l-analiżi tal-portata tagħhom, meta mqabbla mal-karatteristiċi speċifiċi ta' dan is-suq. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq l-argument ta' theddida b'konsegwenzi fuq is-suq Franċiż, li allegatament ir-rikorrenti għamlet kontra Interbrew, meta l-eżistenza ta' dan il-komportament restrittiv tal-kompetizzjoni m'għandux jiġi stabbilit ħlief fil-kuntest ta' konstatazzjoni ta' ċerta saħħa f'suq korrettament stabbilit.

85     F'dan il-każ, ċerti fatti użati in sostenn tal-konstatazzjoni tal-ksur li huwa s-suġġett tad-deċiżjoni kkontestata, li minnhom il-laqgħa tal-11 ta' Mejju 1994, il-konverżazzjoni telefonika tas-6 ta' Lulju 1994 u l-laqgħa tas-17 ta' April 1997 kellhom, skond il-Kummissjoni, skop iktar wiesgħa mill-Belġju. Barra minn hekk, l-interattività bejn Franza u l-Belġju u x-xebħ ta' komportamenti f'dawn iż-żewġ pajjiżi kienu, skond il-Kummissjoni, provi sinjifikattivi tal-ksur, b'mod partikolari fir-rigward tat-theddida allegata.

86     F'dan ir-rigward, l-għażla tal-Kummissjoni li tittratta f'kuntesti distinti komportamenti li jippreżentaw xebħ hija mbegħda mill-prattika tradizzjonali tagħha li tikkonsisti filli tikkonstata f'deċiżjoni waħda biss komportamenti differenti ta' ksur, ġaladarba teżisti rabta bejn dawn il-komportamenti mill-fatt ta' l-identità tal-partijiet fl-akkordju, tax-xebħ tal-mekkaniżmi ta' l-akkordju f'pajjiżi differenti jew anki ta' l-interattività bejn territorji differenti jew prodotti [ara, per eżempju, id-deċiżjoni 96/478/KE tal-Kummissjoni, ta' l-10 ta' Jannar 1996, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 85 tat-Trattat KE (IV/34.279/F3 – ADALAT) (ĠU L 201, p. 1, iktar 'il quddiem id-"deċiżjoni ADALAT"), u d-deċiżjonijiet Vitamini u Karta saħħara.

87     Għaldaqstant, l-għażla ta' adozzjoni ta' diversi deċiżjonijiet ipoġġu lir-rikorrenti f'sitwazzjoni ta' inċertezza legali u għandha bħala effett li tippermetti lill-Kummissjoni li żżid b'mod irrealistiku, mill-fatt ta' l-applikazzjoni ripetut ta' ammonti bażiċi u eventwalment ta' multiplikaturi koeffiċjenti, l-ammont totali tal-multi imposti fir-rigward tat-total mogħti ta' fatti, mingħajr ma' l-impriżi in kwistjoni għandhom il-possibbiltà li jifhmu fiex il-komportamenti kienu distinti u għal-liema raġuni jikkostitwixxu ksur separat.

88     Fit-tieni lok, id-deċiżjoni kkontestata hija xorta waħda insuffiċjentement motivata fir-rigward tal-kalkolu ta' l-ammont tal-multa. Billi llimitat ruħha b'referenza sempliċi, fil-punt 294 tad-deċiżjoni kkontestata, għall-metodoloġija ddefinita mil-linji gwida, waqt li dawn ta' l-aħħar għandhom bħala skop li "jippermettu li jassiguraw it-trasparenza u n-natura oġġettiva tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni kemm fir-rigward ta' l-impriżi kif ukoll fir-rigward tal-Qorti tal-Ġustizzja" [Traduzzjoni mhux Uffiċjali], il-Kummissjoni naqset mill-obbligu ta' motivazzjoni u kisret il-prinċipju ta' ċertezza legali.

89     Billi l-motivazzjoni ta' l-ammont tal-multa tibbaża ruħha fuq metodoloġija li tikkonsisti filli tieħu ċifra bħala punt ta' tluq u tapplika xi korrezzjonijiet fuqha, huwa essenzjali li l-Kummissjoni tippreċiża b'mod suffiċjentement dettaljat il-portata ta' kriterji li jikkonċernaw il-kalkolu ta' l-ammont tal-multa sabiex jilħqu l-objettiv li huwa assenjat għall-obbligu ta' motivazzjoni, jiġifieri li jippermetti lir-rikorrenti li tevalwa l-koerenza u l-legalità ta' l-iffissar ta' l-ammont tal-multa sabiex jiġu difiżi d-drittijiet tagħha, lill-Qorti tal-Prim'Istanza u tal-Qorti tal-Ġustizzja li jeżerċitaw il-kontroll tagħhom, kif ukoll lil kull interessat li jkun jaf il-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni mill-Kummissjoni tat-Trattat KE.

90     F'dan il-każ, minkejja l-fatt li l-Kummissjoni mhijiex marbuta ma' formula aritmetika, id-deċiżjoni kkontestata ma tindikax la d-dettall tal-kalkolu tal-multa imposta u lanqas il-portata eżatta ta' kull wieħed mill-kriterji msemmija għall-iffissar ta' l-ammont tagħha. B'hekk, kuntrarjament għall-modus operandi segwit f'deċiżjonijiet oħra rigward ta' akkordji, bħad-deċiżjonijiet Vitamini u Karta saħħara, l-għażla arbitrarja ta' ammont fiss ta' EUR 25 miljuni u l-iskop għall-effett dissważiv tal-multa, imsemmija fil-punt 305 tad-deċiżjoni kkontestata, mhumiex ġustifikati bi kriterji kwantitativi. In-nuqqas ta' definizzjoni adegwata tas-suq rilevanti tpoġġi wkoll f'evidenza l-motivazzjoni insuffiċjenti tal-kalkolu ta' l-ammont tal-multa, billi, skond il-linji gwida, l-għażla ta' l-ammont bażiku huwa marbut ma' kunsiderazzjonijiet relatati mad-daqs tas-suq ġeografiku in kwistjoni, ma' l-impatt ta' l-akkordju fuq is-suq u mal-fatturat li sar minnu.

91     B'mod partikolari, il-Kummissjoni ma kinitx applikat, fuq il-bażi ta' żewġ ċirkustanzi aggravanti misjuba fil-konfront tar-rikorrenti, jiġifieri l-eżerċizzju ta' pressjoni fuq Interbrew u r-reċidività, ħlief perċentaġġ uniku ta' żieda tal-multa ta' 50%, bla ma indikat il-portata rispettiva ta' kull ċirkustanza aggravanti misjuba (deċiżjoni kkontestata, punti 314 sa 316). In-nuqqas ta' preċiżjonijiet dwar l-importanza ta' diversi kriterji użati rispettivament fil-kalkolu ta' l-ammont tal-multa ma ppermetthiex lir-rikorrenti li tevalwa f'liema proporzjonijiet il-multa imposta għandha tiġi mnaqqsa.

92     Barra minn hekk, dan in-nuqqas ta' provi ċari u rilevanti huwa iktar u iktar mhux ġustifikabbli li l-Kummissjoni għandha tirrikonoxxi l-eżistenza ta' dokumenti ppreparati mis-servizzi tagħha għall-konsultazzjoni u deliberazzjoni interni dwar il-kalkolu ta' l-ammont tal-multa u li dawn id-dokumenti ma kienux aċċessibbli. Għaldaqstant, tali ċirkustanza tissuġġerixxi li l-Kummissjoni ħadet in kunsiderazzjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, provi oħra minn dawk li kienu aċċessibbli lilha, bla madankollu ma semmiethom f'din ta' l-aħħar.

93     Ir-rikorrenti ssostni iktar speċifikament in-nuqqas ta' motivazzjoni suffiċjenti mill-Kummissjoni taċ-ċirkustanza aggravanti tar-reċidività misjuba fir-rigward tagħha. Dan in-nuqqas ta' motivazzjoni huwa b'mod partikolari ta' ħsara għaliha safejn il-Kummissjoni ma żżidx sistematikament l-ammont tal-multa għar-reċidiviżmu, imma tagħti prova, fil-prattika deċiżjonali tagħha, ta' eżitazzjonijiet kemm għar-rwol u għall-importanza li għandhom jiġu kkunsidrati minnha fl-iffissar ta' l-ammont tal-multa, billi l-adozzjoni ta' linji gwida ma kienux biżżejjed sabiex ineħħu l-inċertitudni li joħroġ minnhom.

94     Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumentazzjoni tar-rikorrenti.

b)     Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

95     Rigward ir-rikorsi magħmula kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jimponu multi fuq impriżi għal ksur ta' regoli ta' kompetizzjoni, il-Qorti tal-Prim'Istanza hija kompetenti għal żewġ raġunijiet. Min-naħa, hija inkarigata li teżamina l-legalità tagħhom, skond l-Artikolu 230 KE. F'dan il-kuntest, għandha b'mod partikolari tikkontrolla r-rispett ta' l-obbligu ta' motivazzjoni, previst fl-Artikolu 253 KE, li l-ksur tiegħu jirrendi d-deċiżjoni annullabbli. Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Prim'Istanza hija kompetenti tevalwa, fil-kuntest tas-setgħa ta' ġurisdizzjoni illimitata li hija rrikonoxxuta lilha bl-Artikolu 229 KE u l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 17, in-natura approprjata ta' l-ammont tal-multi. Din l-aħħar evalwazzjoni tista' tiġġustifika l-produzzjoni u l-kunsiderazzjoni ta' provi komplementarji ta' informazzjoni li l-aċċenn għalihom mhuwiex fis-sens strett tal-kelma kif rikjest skond l-obbligu ta' motivazzjoni previst fl-Artikolu 253KE (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Novembru 2000, KNP BT vs Il-Kummissjoni, C-248/98 P, Ġabra p. I-9641, punti 38 sa 40, u sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Lulju 2003, Cheil Jedang vs Il-Kummissjoni, T-220/00, Ġabra p. II-2473, punt 215).

96     Fir-rigward tal-kontroll tar-rispett ta' l-obbligu ta' motivazzjoni, jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilità li l-motivazzjoni rikjesta mill-Artikolu 253 KE għandha tindika b'mod ċar u bla ekwivoku r-raġunament ta' l-istituzzjoni, awtur ta' l-att, b'mod li tippermetti għall-individwi kkonċernati li jkunu jafu r-raġunijiet għall-miżura meħuda u għall-Qorti kompetenti li teżerċita l-kontroll tagħha. L-obbligu għal motivazzjoni għandu jiġi kkunsidrat in funzjoni taċ-ċirkustanzi tal-każ, b'mod partikolari tal-kontenut ta' l-att, tan-natura tal-motivi sostnuti u ta' l-interess li d-destinatarji jew individwi oħra kkonċernati direttament u individwalment bl-att jistgħu jkollhom dritt għal spjegazzjonijiet. Mhuwiex neċessarju li l-motivazzjoni tispeċifika ċ-ċirkustanzi kollha ta' fatt u ta' dritt rilevanti, sakemm il-mistoqsija dwar jekk il-motivazzjoni ta' att tissodisfax l-eżiġenzi ta' l-Artikolu 253 KE għandha tiġi kkunsidrata mhux biss fir-rigward tat-terminoloġija tiegħu, imma anki fil-kuntest tiegħu kif ukoll ir-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw is-suġġett ikkonċernat (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta' Marzu 1985, L-Olanda u Leeuwarder Papierwarenfabriek vs Il-Kummissjoni, 296/82 u 318/82, Ġabra p. 809, punt 19; tad-29 ta' Frar 1996, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C-56/93, Ġabra p. I-723, punt 86, u tat-29 ta' April 1998, Il-Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France, C‑367/95 P, Ġabra p. I‑1719, punt 63 ; sentenza Cheil Jedang vs Il-Kummissjoni, punt 95118 iktar 'il fuq, punt 216).

97     Fir-rigward tal-portata ta' l-obbligu ta' motivazzjoni dwar il-kalkolu tal-multa imposta għal ksur tar-regoli komunitarji ta' kompetizzjoni, għandu jiġi mfakkar, min-naħa, li din il-portata għandha tiġi stabbilità fir-rigward ta' dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17, li jgħid li, "Fl-iffissar ta' l-ammont tal-multa, għandhom jiġu kkunsidrati kemm il-gravita kif ukoll id-dewmien tal-ksur." Għaldaqstant, l-eżiġenzi ta' formalita essenzjali li tikkostitwixxi dan l-obbligu ta' motivazzjoni huma sodisfatti billi l-Kummissjoni tindika, fid-deċiżjoni tagħha, l-evidenza li ppermettitilha li tkejjel il-gravita u d-dewmien tal-ksur (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Novembru 2000, Sarrió vs Il-Kummissjoni, C-291/98 P, Ġabra p. I-9991, punt 73, u tal-15 ta' Ottubru 2002, Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il-Kummissjoni, C-238/99 P, C‑244/99 P, C‑245/99 P, C‑247/99 P, C‑250/99 P sa C‑252/99 P u C‑254/99 P, Ġabra p. I‑8375, punt 463). Min-naħa l-oħra, il-linji gwida, kif ukoll il-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni, jikkontjenu regoli indikattivi fuq l-evidenza kkunsidrata mill-Kummissjoni sabiex tkejjel il-gravità u d-dewmien tal-ksur (sentenza Cheil Jedang vs Il-Kummissjoni, punt 95 iktar 'il fuq, punt 217). F'dawn il-kundizzjonijiet, l-eżiġenzi tal-formalita essenzjali li tikkostitwixxi l-obbligu ta' motivazzjoni huma sodisfatti billi l-Kummissjoni tindika, fid-deċiżjoni tagħha, l-evidenza li kkunsidrat f'applikazzjoni tal-linji gwida tagħha u, jekk ikun il-każ, tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni, u li ppermettietilha li tkejjel il-gravità u d-dewmien tal-ksur għall-iskopijiet tal-kalkolu ta' l-ammont tal-multa (sentenza Cheil Jedang vs Il-Kummissjoni, punt 95 iktar 'il fuq, punt 218).

98     F'dan il-każ, il-Kummissjoni ssodisfat dawn l-eżiġenzi.

99     Fl-ewwel lok, rigward l-ilment ibbażat fuq nuqqas ta' definizzjoni preliminari tas-suq rilevanti mill-Kummissjoni, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni, f'dan il-każ, ma kellha l-ebda obbligu li tiddefinixxi s-suq in kwistjoni. Fil-fatt, jirriżulta mill-ġurisprudenza li, fil-kuntest ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(1) KE, huwa sabiex jiġi stabbilit jekk l-akkordju jista jolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri u għandu bħala għan jew riżultat il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq komuni li s-suq in kwistjoni għandu jiġi stabbilit (sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Frar 1995, SPO et vs Il-Kummissjoni, T-29/92, Ġabra p. II-289, punt 74; Ciment, punt 31 iktar 'il fuq, punt 1093, u tas-6 ta' Lulju 2000, Volkswagen vs Il-Kummissjoni, T-62/98, Ġabra p. II-2707, punt 230). Konsegwentement, l-obbligu ta' definizzjoni tas-suq in kwistjoni f'deċiżjoni adottata f'applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(1) KE huwa impost fuq il-Kummissjoni biss meta, mingħajr tali definizzjoni, mhuwiex possibbli li jiġi stabbilit jekk l-akkordju, id-deċiżjoni ta' assoċjazzjoni bejn impriżi jew il-prattika miftiehma in kwistjoni jistgħu jolqtu l-kummerċ bejn l-Istati Membri u jkollhom bħala għan jew riżultat il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq komuni (sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Settembru 1998, European Night Services et vs Il-Kummissjoni, T‑374/94, T‑375/94, T‑384/94 u T‑388/94, Ġabra p. II‑3141, punti 93 sa 95 u 105, u Volkswagen vs Il-Kummissjoni, ċitata iktar 'il fuq, punt 230). Għaldaqstant, mhuwiex ikkontestat mir-rikorrenti li l-akkordji jew il-prattiċi miftiehma in kwistjoni setgħu affettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri u kellhom bħala objettiv li jirristrinġu jew jiddistorsjaw il-kompetizzjoni fi ħdan is-suq komuni. Konsegwentement, l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 KE magħmula mill-Kummissjoni ma kinitx teżiġi, f'dan il-każ, definizzjoni preliminari tas-suq rilevanti, billi l-ebda ksur ta' l-obbligu ta' motivazzjoni ma ġie kkonstatat fuq dan il-punt.

100   Għall-istess raġunijiet, il-konstatazzjoni mill-Kummissjoni, għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tal-linji gwida, ta' theddida li saret mir-rikorrenti, jekk għandha tispjega b'mod ċar u mhux ekwivoku, sabiex taderixxi mar-rekwiżiti ta' l-Artikolu 253 KE, ir-raġunament segwit, m'għandux, min-naħa l-oħra, ikun preliminarjament indispensabbli għad-delimitazzjoni tas-suq in kwistjoni. Il-kontra teżi, żviluppata mir-rikorrenti, għandha għalhekk tiġi mwarrba.

101   L-istess raġunament għandu jsir dwar il-kunsiderazzjoni tal-firxa tas-suq ġeografiku. Sakemm ir-rikorrenti ssostni li l-motivazzjoni insuffiċjenti tas-suq nazzjonali jippermetti lill-Kummissjoni li tippermettilha li tikkonstata, b'mod infondat, ksur distint b'konsegwenza ta' żieda artifiċjali ta' l-ammont tal-multi imposti lir-rikorrenti, huwa biżżejjed li jiġi nnottat li tali intenzjoni hija magħmula mill-Kummissjoni b'mod kompletament ipotetiku, billi din l-allegazzjoni tibbaża ruħha fuq sempliċi konġetturi, minħabba illi hija mhijiex elaborata bl-ebda prova prima facie. Għaldaqstant, l-argument li huwa bbażat fuqha għandu jiġi mwarrab.

102   Rigward, fit-tieni lok, l-ilment ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti tal-kalkolu ta' l-ammont tal-multa, għandu jiġi nnottat li l-Kummissjoni esponiet, fil-punti 296 sa 328 tad-deċiżjoni kkontestata, l-elementi li hija kkunsidrat sabiex tikkalkula l-ammont tal-multi ta' kull waħda mill-impriżi kkonċernati. Madankollu, mill-punti fuq imsemmija tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-Kummissjoni uriet b'mod ċar u ddettaljat ir-raġunament li hija segwiet, u b'hekk ippermettiet lir-rikorrenti li tkun taf bl-elementi ta' evalwazzjoni kkunsidrati sabiex jiġu mmiżurati l-gravità u d-dewmien tal-ksur għall-finijiet tal-kalkolu tal-multa u għall-Qorti tal-Prim'Istanza li teżerċita' l-kontroll tagħha. Għaldaqstant, hemm lok li jiġi konkluż li d-deċiżjoni kkontestata tissodisfa l-eżiġenza ta' motivazzjoni li għandha l-Kummissjoni skond l-Artikolu 253 KE.

103   Dan il-motiv għandu għaldaqstant jiġi miċħud, kif ukoll, konsegwentement, it-talbiet kollha għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.

B –  Fuq it-talbiet, mqajma taħt titolu sussidjarju, għat-tnaqqis ta' l-ammont tal-multa imposta

104   Ir-rikorrenti tqajjem sitt motivi li jipprevedu r-riduzzjoni ta' l-ammont tal-multa imposta. Huwa bbażati fuq evalwazzjoni żbaljata tal-gravità tal-ksur għall-finijiet ta' l-iffissar ta' l-ammont bażiku tal-multa bi ksur tal-prinċipji ta' proporzjonalità, trattament indaqs u l-prinċipju non bis in idem, evalwazzjoni żbaljata tad-dewmien ikkonstatat tal-ksur, in-natura infondata taċ-ċirkustanza aggravanti kkunsidrata fil-konfront tal-pressjoni eżerċitata fuq Interbrew, il-kunsiderazzjoni infondata taċ-ċirkustanza aggravanti tar-reċidività fil-konfront tar-rikorrenti, il-kunsiderazzjoni insuffiċjenti ta' ċirkustanzi attenwanti applikabbli u, fl-aħħar, evalwazzjoni żbaljata tal-kooperazzjoni vasta tar-rikorrenti bi ksur tal-prinċipju ta' trattament indaqs u tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni, rispettivament.

1.     Fuq il-motiv ibbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tal-gravità tal-ksur għall-finijiet ta' l-iffissar ta' l-ammont bażiku tal-multa bi ksur tal-prinċipji ta' proporzjonalità, trattament indaqs u l-prinċipju non bis in idem

a)     L-argumenti tal-partijiet

 L-argumenti tar-rikorrenti

105   Ir-rikorrenti tikkontesta l-mertu ta' l-ammont bażiku speċifikat iffissat mill-Kummissjoni skond il-gravità tal-ksur fuq il-bażi ta' erbgħa ilmenti suċċessivi, jiġifieri evalwazzjoni żbaljata, bi ksur tal-linji gwida u ta' ċerti prinċipji ġenerali tad-dritt komunitarju, l-ewwel nett, it-tip ta' gravità tal-ksur, it-tieni nett, il-potenzjal ekonomika effettiva tagħha li tipprokura dannu sinjifikattiv lill-operaturi oħra, b'mod partikolari, lill-konsumaturi, fit-tielet lok, il-grad li jassigura natura suffiċjentement dissważiva lill-multa u, ir-raba nett, il-kunsiderazzjoni tal-fatt li hija ddisponiet minn konoxxenzi u infrastrutturi ġuridiċi-ekonomiċi li jippermettulha li tevalwa aħjar it-tip ta' ksur tal-komportament tagħha u l-konsegwenzi li joħorġu minnhom mill-perspettiva tal-liġi tal-kompetizzjoni.

106   Hija tqis li, fir-rigward tas-sinifikanza kwantitattiva limitata ħafna tal-prodott previst mill-akkordju meta mqabbla mal-konsum totali ta' birra fl-Unjoni Ewropea, mal-firxa ġeografika limitata ħafna ta' l-imsemmi akkordju u mal-karattru modest ħafna tal-fatturat li hija għamlet mill-imsemmi prodott, l-ammont bażiku li jikkonċernaha ma kellhux, f'kull każ, jaqbeż l-EUR tmien miljuni.

–       Fuq l-evalwazzjoni tan-natura ta' gravità tal-ksur, bi ksur tal-prinċipji ta' trattament indaqs u ta' proporzjonalità

107   Rigward l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-karattru ta' gravità tal-ksur fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-punt 1 A, tal-linji gwida, ir-rikorrenti ma tikkontestax il-karatteristiċi tal-ksur ċitati fil-punt 297 tad-deċiżjoni kkontestata, li hija tiddikjara li kellha, ma' Alken-Maes, identifikati u mressqa għall-attenzjoni tal-Kummissjoni, imma biss il-portata li l-Kummissjoni tattribwixxi lill-fatti kollha msemmija fil-parti tad-deċiżjoni kkontestata li tirreferi għall-gravità tal-ksur kif ukoll il-kwalifika finali tal-ksur bħala gravi ħafna li jirriżulta minnu. Ir-rikorrenti tqis illi, bil-kunsiderazzjoni ta' tali kwalifika, filwaqt li qatt ma kkwalifikat bħala gravi ħafna ksur simili, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' trattament indaqs billi ttrattat sitwazzjonijiet simili b'mod differenti (sentenza Hercules Chemicals vs Il-Kummissjoni, punt 57 iktar 'il fuq, punt 295).

108   Ir-rikorrenti ssostni, l-ewwel nett, li minkejja li tirreferi għall-metodoloġija ta' l-iffissar tal-gravità tal-ksur indikat fil-linji gwida, il-Kummissjoni ma eżaminatx il-kwistjoni ta' l-impatt konkret ta' l-akkordju in kwistjoni fuq is-suq.

109   Konsegwentement, hija ssostni li l-konklużjoni tal-Kummissjoni fuq in-natura gravi tal-ksur hija f'kontradizzjoni kemm ma' l-eżempji li hija ċċitat fil-linji gwida u kemm fil-prattika deċiżjonali li segwiet il-pubblikazzjoni tagħhom. Il-kwalifika ta' akkordju gravi ħafna hija normalment irriżervata lill-akkordju organizzat, tabilħaqq istituzzjonalizzat, li timplika mekkaniżmi ta' verifika, ta' organizzazzjoni u ta' stħarriġ sofistikat, bla ebda paragun mal-komportament allegat f'dan il-każ, u li topera fuq grad mondjali jew f'diversi Stati Membri kbar, billi t-territorju l-iktar limitat ikkonċernat minn dan il-ksur huwa kkunsidrat bħala gravi ħafna meta jinkludi erbgħa membri tal-Komunità, minn fost l-ikbar Stati Membri [deċiżjoni 2003/382/KE tal-Kummissjoni, tat-8 ta' Diċembru 1999, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Kawża IV/E‑1/35.860‑B – Tubi ta' l-azzar mingħajr saldatura) (ĠU 2003, L 140, p. 1, iktar 'il quddiem id-"deċiżjoni Tubi ta' l-azzar mingħajr saldatura")].

110   Ir-rikorrenti tqis, l-ewwel nett, li l-ksur, fir-rigward tal-kwalità ftit formali, kellu jiġi kkwalifikat bħala gravi u mhux bħala gravi ħafna, iktar u iktar billi l-Kummissjoni kkwalifikat bħala gravi l-ksur li l-grad ta' sofistikazzjoni jekwivali almenu għal dak tal-ksur previst f'dan il-każ [deċiżjoni 2003/25/KE tal-Kummissjoni, tal-11 ta' Diċembru 2001, dwar proċedura bil-miftuħ skond l-Artikolu 81 tat-Trattat KE – Kawża COMP/E‑1/37.919 (ex. 37.391) – Spejjeż bankarji għall-konverżjoni ta' flejjes fiż-żona ta' l-Euro – il-Ġermanja (GU 2003, L 15, p. 1, iktar 'il quddiem id-"deċiżjoni Banek Ġermaniżi"); deċiżjoni 1999/271/KE tal-Kummissjoni, tad-9 ta' Diċembru 1998, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 85 tat-Trattat KE (IV/34.466 – Vapuri Griegi) (ĠU 1999, L 109, p. 24, iktar 'il quddiem id-"deċiżjoni Vapuri Griegi"), u d-deċiżjoni 1999/210/KE tal-Kummissjoni, ta' l-14 ta' Ottubru 1998, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 85 tat-Trattat KE (Kawża IV/F-3/33.708 – British Sugar plc, kawża IV/F-3/33.709 – Tate & Lyde plc, kawża IV/F-3/33.710 – Napier Brown & Company Ltd u kawża IV/F-3/33.711 – James Budgett Sugars Ltd) (ĠU 1999, L 76, p. 1, iktar 'il quddiem id-"deċiżjoni British Sugar")].

111   It-tieni nett, fir-rigward tal-firxa limitata tat-territorju Belġjan, il-Kummissjoni tat prova, f'dan il-każ, tas-severità eċċessiva, bi ksur tal-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' trattament indaqs, billi l-prattika deċiżjonali tagħha jirrivela li hija kkunsidrat diversi drabi bħala ċirkustanza li tiġġustifika l-kwalifika ta' ksur gravi, u mhux ta' gravi ħafna, il-fatt li hija ma kinitx tikkonċerna ħlief suq ta' importanza modesta jew firxa ġeografikament limitata (deċiżjonijiet Vapuri Griegi, British Sugar u Banek Ġermaniżi).

112   Fit-tielet lok, l-argument tal-Kummissjoni li jgħid li wieħed mill-kriterji kkunsidrati għall-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur kien l-impatt dirett ta' dan ta' l-aħħar fuq il-konsumaturi huwa nieqes minn kull raġunament. Skond ir-rikorrenti, min-naħa, l-akkordji msemmija fid-deċiżjonijiet Banek Ġermaniżi u British Sugar kellhom l-istess karatterisitiċi, bla ma' l-Kummissjoni ma kkwalifikathom madankollu bħala gravi ħafna u, min-naħa l-oħra, l-istruttura, f'dan il-każ, tad-distribuzzjoni tal-prodotti in kwistjoni, kemm għal dak li jikkonċerna l-biċċa l-kbira tad-distribuzzjoni u kemm is-settur horeca – wara li kkunsidratat il-kobor tas-sidien ta' maħżen ta' merkanzija -, kellha rwol ta' kontrapiż b'saħtu għall-akkordju, li jippermetti li tnaqqas l-effetti tagħha negattivi fuq il-konsumaturi.

113   Ir-rikorrenti tikkonkludi li l-Kummissjoni ma setgħatx, mingħajr ma tikser il-prinċipju ta' trattament indaqs, tikkwalifika l-ksur ikkonstatat fid-deċiżjoni kkontestata bħala gravi ħafna, billi ma ħax il-forma ta' ftehim organizzat bi strutturi jew mekkaniżmi sofistikati li jassiguraw ir-rispett ta' l-impennji bejn l-impriżi u li huwa ma kkonċernax ħlief territorju limitat u proporzjoni modesta tal-produzzjoni tal-birra fl-Unjoni Ewropea. L-ammont tal-multa għandu għaldaqstant jiġi ridott b'mod sustanzjali.

114   F'kull każ, anki meta l-Kummissjoni ma kisritx il-prinċipju ta' trattament indaqs bil-kwalifika tal-ksur bħala gravi ħafna, għandu madankollu jiġi ridott l-ammont bażiku tal-multa sabiex jiġi kkunsidrat l-impatt debboli ħafna tal-ksur fuq is-suq komunitarju u l-volum dgħajjef ta' bejgħ ta' prodotti kkunsidrati mill-ftehim, bħalma l-Kummissjoni għamlet fid-deċiżjoni Tubi ta' l-azzar mingħajr saldatura. Fil-fatt, f'din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni, mingħajr ma bidlet il-kwalifika tal-ksur, kkunsidrat ammont bażiku inferjuri għal nofs dak li hija tipprevedi li tapplika għall-ksur gravi ħafna fil-linji gwida, minħabba li l-bejgħ ta' prodotti in kwistjoni mill-parteċipanti fil-ftehim fl-erba' Stati Membri konċernati ma ppreżentawx ħlief 19% tal-konsum Komunitarju. Madankollu, f'dan il-każ, il-prodotti milquta mill-ftehim irrapreżentaw inqas minn 2,5% tal-konsum totali fl-Unjoni Ewropea. L-ammont bażiku speċifiku ritenut mill-Kummissjoni huwa għaldaqstant sproporzjonat meta mqabbel mal-volum u mal-valur ta' dawn il-prodotti u għandu, għaldaqstant, jiġi ridott.

–       Fuq l-evalwazzjoni tal-potenzjal ekonomiku effettiv tar-rikorrenti li tipprokura dannu sinjifikattiv lill-operaturi oħra: ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità

115   Rigward l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-potenzjal tagħha ekonomiku li jippreġudizzja l-kompetizzjoni, ir-rikorrenti ssostni li hija għandha tieħu bħala kuntest ta' riferenza s-suq li fuqu l-ksur immanifesta ruħu, u li l-ammont tal-multa għanda jippreżenta' relazzjoni raġonevoli mat-fatturat miġbur fuq dan is-suq (sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Lulju 1994, Parker Pen vs Il-Kummissjoni, T-77/92, Ġabra p. II-549, punt 94).

116   Barra minn hekk, għandha tiġi kkunsidrata l-pożizzjoni ta' l-impriżi in kwistjoni fuq is-suq ta' referenza sabiex tiġi deċiża l-potenzjal tagħhom li jinfluwenzaw il-kompetizzjoni.

117   Madankollu, dawn iż-żewġ prinċipji, minkejja li msemmija fid-deċiżjoni kkontestata, ma ġewx segwiti mill-Kummissjoni. Minkejja li Interbrew għamlet fatturat mill-bejgħ fuq is-suq erbgħa darbiet iktar minn tar-rikorrenti, l-ammont bażiku speċifiku ffissat għall-Interbrew huwa inqas minn darbtjen l-ammont iktar għoli meħud mir-rikorrenti. Dan in-nuqqas ta' proporzjon huwa kontra l-prattika reċenti tal-Kummissjoni, hekk kif jidher mid-deċiżjoni tagħha 2003/674/KE, tat-2 ta' Lulju 2002, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u ta' l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Kawża C.37.519 – Méthionine) (ĠU 2003, L 255, p. 1, iktar 'il quddiem id-"deċiżjoni Méthionine"), li fiha kkunsidrat li d-differenza bejn il-multi mogħtija kellhom jirriflettu l-isproporzjon bejn is-sehem fuq is-suq ta' l-ewwel produttur mondjali fuq is-suq u wieħed mill-kompetituri tiegħu li sehem tas-suq tiegħu kienu ħames darbiet inferjuri.

118   Barra minn hekk, il-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra l-pożizzjoni dominanti ta' Interbrew fuq is-suq Belġjan tal-birra, li neċessarjament wasslet sabiex illimitat ħafna l-potenzjal ekonomika effettiva tar-rikorrenti li tinfluwenza s-suq jew anki tippreġudizzja gravement il-kompetizzjoni. Barra minn hekk, ir-rikorrenti llimitat ruħha sabiex tipprova tnaqqas il-marġinu progressiv tagħha.

119   Bil-kunsiderazzjoni li hija kienet fi dritt li tiffissa' l-ammont bażiku tal-multa fir-rigward tal-fatturat globali tar-rikorrenti, li jikkostitwixxi indikazzjoni tal-"potenzjal tagħha li tippreġudizzja" iktar milli fuq il-bażi tal-fatturat magħmul fuq is-suq in kwistjoni, il-Kummissjoni ma kkunsidratx il-kriterju tal-"potenzjal li tippreġudizzja gravement il-kompetizzjoni" imsemmi fid-deċiżjoni kkontestata. Għall-finijiet tal-kunsiderazzjoni ta' fatturat iktar vast minn dak magħmul fuq is-suq tal-birra fil-Belġju, il-Kummissjoni kellha tiddefinixxi s-swieq kkonċernati u fl-istess ħin turi fejn l-attivitajiet tar-rikorrenti fuq dawn is-swieq l-oħra ppermettewlha li tippreġudizzja l-kompetizzjoni fuq is-suq tal-birra.

120   L-ammonti tal-multi applikati rispettivament kontra Interbrew u r-rikorrenti, il-bogħod milli jirriflettu l-instabbiltà flagranti li tikkaratterizza s-sitwazzjoni tagħhom rispettiva, juru għall-kuntrarju l-karattru manifestament sproporzjonat ta' l-ammont bażiku speċifiku applikat kontra r-rikorrenti fir-rigward tal-kapaċità reali tagħha li tinfluwenza s-suq.

121   B'hekk, billi l-ammont ta' EUR 45 miljun applikat kontra Interbrew jikkorispondi għal inqas minn 6,6% tal-fatturat tagħha magħmul fl-1998, il-Kummissjoni, meta imponiet ammont ta' EUR 25 miljun, imponiet fuq ir-rikorrenti ammont li jaqbeż 20% tal-fatturat magħmul fl-2000 mill-impriża realment implikata fil-ftehim, Alken-Maes, b'tali mod illi, jekk din ta' l-aħħar ġiet ikkundannata għall-komportament proprju tagħha, il-limitu ta' 10% tal-fatturat totali stabbilit mir-Regolament Nru 17 ġie maqbuż bi kbir.

–       Fuq l-iffissar ta' l-ammont tal-multa fuq grad li jassiguralha natura suffiċjentement dissważiva: ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità

122   Ir-rikorrenti ssostni, min-naħa, li l-Kummissjoni ma individwalizzax l-element ta' dissważjoni meqjus fil-kalkolu ta' l-ammont tal-multa u li, minkejja li nnotat, fid-deċiżjoni kkontestata, li r-rikorrenti u Interbrew huma impriżi kbar internazzjonali u li l-ewwel waħda hija, barra hekk, impriża ta' diversi prodotti, il-Kummissjoni ma spjegatx il-prinċipji li servew għall-applikazzjoni tal-kriterju taa' dissważjoni.

123   Min-naħa l-oħra, iż-żieda ta' l-ammont tal-multa meqjus mill-Kummissjoni bl-iskop dissważiv tas-sanzjoni hija bbażata fuq motivi nieqsa minn relevanza u sproporzjonata.

124   B'hekk, l-iffissar ta' grad suffiċjentement dissważiv tal-multa għandu jkollu bħala objettiv il-kompetizzjoni u m'għandux, skond ir-rikorrenti, jiġi adoperat ħlief għar-rigward tad-daqs ta' l-impriża fuq is-suq ikkonċernat u t-tamiet tagħha li tgawdi mill-komportament illegali fl-imsemmi suq. Il-fatturi bħad-dimensjoni internazzjonali ta' l-impriża jew l-istat tagħha ta' reċidivista mhumiex rilevanti. Kuntrarjament għal dak li l-Kummissjoni kkonstatat fir-rigward ta' l-impriża ABB Asea Brown Boveri fid-deċiżjoni 1999/60/KE, tal-21 ta' Ottubru 1998, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 85 tat-Trattat KE (IV/35.691/E-4 – Pipijiet preisolati) (ĠU 1999, L 24, p. 1, iktar 'il quddiem id-"deċiżjoni Pipijiet preisolati"), mhuwiex allegat f'dan il-każ li l-istruttura tal-kumpannija rikorrenti u l-preżenza ta' sussidjarji barranin fis-settur tal-birra ffaċilitaw il-komportament kontenzjuż.

125   It-teorija ekonomika tistabbilixxi, barra minn hekk, li l-ammont tal-multa huwa suffiċjenti ġaladarba jaqbeż il-profitti previsti mill-partijiet fil-ftehim. Għaldaqstant, f'dan il-każ, ammont ta' multa sustanzjalment inferjuri kienet tissodisfa din il-kundizzjoni, minħabba li d-dħul tar-rikorrenti mis-suq ikkonċernat kien wieħed negattiv waqt il-perijodu kollu allegat.

126   Barra minn hekk, anki jekk, kif tallega l-Kummissjoni, għall-finijiet ta' dissważjoni, il-multa għandha tkun għolja daqs kemm il-probabbiltà ta' idditektjar ta' ksur huwa debboli, li huwa l-każ fir-rigward ta' ftehim sigriet, ir-rikorrenti ssostni li l-ammont tagħha għandu jibqa' b'mod sinjifikattiv ħafna inqas għal dak mogħti mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-ftehim in kwistjoni ma kienx sigriet, billi diversi laqgħat konnessi ma' dan il-ftehim saru fil-preżenza ta' kompetituri – bħal laqgħat tal-grupp ta' xogħol "Vision 2000" – jew tad-distributuri – bħal laqgħa tat-28 ta' Jannar 1993 – billi dawn ta' l-aħħar segwew mill-qrib ħafna l-movimenti tal-partijiet fil-ftehim, kif tillustra ittra indirizzata lill-birreriji mill-federazzjoni tan-negozjanti.

127   Fl-aħħar nett, il-kunsiderazzjoni anki ta' kwalunkwe objettiv ta' dissważjoni kienet inutli, billi l-effett ta' dissważjoni – illustrat bil-waqfa immedjata ta' l-iskambju ta' informazzjoni ta' bejgħ – f'dan il-każ kien milħuq mill-bidu ta' l-investigazzjoni u bil-kooperazzjoni tar-rikorrenti.

–       Fuq il-kunsiderazzjoni tal-konoxxenzi u ta' l-infrastrutturi ġuridiċi-ekonomiċi li jiddisponu minnhom in ġenerali l-impriżi kbar: ksur tal-prinċipju non bis in idem

128   Ir-rikorrenti ssostni li, bil-kunsiderazzjoni tal-fatt li hija ddisponiet minn konoxxenzi u infrastrutturi ġuridiċi-ekonomiċi li ppermettewlha li tevalwa aħjar l-karattru tal-ksur tal-komportament tagħha u tal-konsegwenzi li jirriżultaw mill-perspettiva tad-dritt tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju non bis in idem billi kompliet żiedet l-ammont tal-multa għar-raġuni tar-reċidività fid-deċiżjoni kkontestata.

 L-argumenti tal-Kummissjoni

129   Rigward l-evalwazzjoni tal-karattru ta' gravità tal-ksur, il-Kummissjoni tqajjem fatti in kwistjoni u ssostni li l-kwalifika ta' ksur gravi ħafna limitat għal Stat wieħed biss mhuwiex kuntrarju għal prattika deċiżjonali tagħha. Barra minn hekk, id-daqs ta' settur m'għandux jiġi mkejjel skond il-firxa ġeografika biss, imma anki skond l-importanza ekonomika. Billi s-settur tal-birra fil-Belġju jirrapreżenta xi EUR 1200 miljun, il-ksur kien sar f'settur sinjifikattiv ħafna. Fl-aħħar nett, il-ksur kellu impatt dirett fuq il-konsumaturi, li l-karatteristiċi tad-distribuzzjoni tal-birra bl-ebda mod ma attenwaw.

130   Rigward il-kriterju tal-potenzjal ekonomiku effettiv sabiex jinħoloq dannu sinjifikattiv lill-operaturi oħra, b'mod partikolari lill-konsumaturi, il-Kummissjoni ssostni li l-fatturat globali tar-rikorrenti jaqbeż bi kbir dak ta' Interbrew. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija ħielsa li tistabbilixxi t-tip ta' fatturat li għandha tikkunsidra, jiġifieri l-fatturat globali jew dak miġjub fis-settur in kwistjoni, tabilħaqq li tikkombina dawn ta' l-aħħar jekk ikun il-każ. Fl-aħħar nett, il-fatt li l-ammont bażiku speċifiku applikat jikkorispondi għal 20% tal-fatturat annwali totali ta' Alken-Maes huwa nieqes minn kull sens ta' raġunament, billi l-limitu stabbilit mir-Regolament Nru 17 japplika, f'dan il-każ, fuq il-fatturat tar-rikorrenti.

131   Rigward il-ħtieġa ta' karattru suffiċjentement dissważiv tal-multa, il-Kummissjoni tosserva li, fil-preżenza ta' ksur sigriet, l-ammont tal-multa għandu jiġi stabbilit fuq grad iktar għoli mill-profitt previst, billi d-daqs u l-karattru ta' diversi prodotti ta' l-attivitajiet tar-rikorrenti huma kriterji rilevanti għall-finijiet ta' l-iffissar tal-karattru dissważiv. Barra minn hekk, lanqas il-waqfa tal-ksur u laqqas il-kooperazzjoni tar-rikorrenti ma setgħu jwasslu għall-konkluzjoni li grad approprjat ta' dissważjoni kien ġie milħuq.

132   Fl-aħħar nett, rigward il-kunsiderazzjoni tal-konoxxenzi u ta' l-infrastrutturi ġuridiċi-ekonomiċi li jiddisponu minnhom in ġenerali l-impriżi kbar, l-argument ibbażat fuq ksur tal-prinċipju non bis in idem huwa nieqes fil-fatt. Għall-iffissar ta' l-ammont bażiku speċifiku, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq evalwazzjoni mir-rikorrenti tal-karattru ta' ksur tal-komportament tagħha, filwaqt illi r-reċidività għandha tiġi applikata wara li tiġi kkunsidrata l-persistenza tal-komportament ta' ksur tar-rikorrenti.

b)     Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

133   Taħt titolu preliminari, għandu jiġi mfakkar, li, skond l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17, "[i]l-Kummissjoni tista permess ta' deċiżjoni timponi fuq l-impriżi jew assoċjazzjonijiet ta' mpriżi multi minn 1000 [EUR] sa 1 000 000 [EUR] unità ta' rendikont, jew somma li taqbeż dan iżda li ma taqbiżx 10 % tal-fatturat fis-sena ta' negozju preċedenti ta' kull impriża li tkun qed tipparteċipa fil-ksur fejn, jew intenzjonalment jew b' negliġenza […] dawn jiksru l-Artikolu [81] tat-Trattat". Huwa pprovdut, fl-istess dispożizzjoni, li, "[f]l-iffissar ta' l-ammont tal-multa, għandhom jiġu kkunsidrati kemm il-gravita kif ukoll id-dewmien tal-ksur" (sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza LR AF 1998 vs Il-Kummissjoni, punt 57 iktar'il fuq, punt 223).

134   Barra minn hekk, huwa ta' ġurisprudenza stabbilità li l-Kummissjoni tiddisponi, fil-kuntest tar-regolament Nru 17, minn marġini ta' evalwazzjoni fl-iffissar ta' l-ammont tal-multi sabiex torjenta l-komportament ta' l-impriżi lejn ir-regoli ta' kompetizzjoni (sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' April 1995, Martinelli vs Il-Kummissjoni, T-150/89, Ġabra p. II-1165, punt 59; tal-11 ta' Diċembru 1996, Van Megen Sports vs Il-Kummissjoni, T-49/95, Ġabra p. II‑1799, punt 53, u tal-21 ta' Ottubru 1997, Deutsche Bahn vs Il-Kummissjoni, T-229/24, Ġabra p. II-1689, punt 127).

135   Barra minn hekk, il-fatt li l-Kummissjoni applikat, fil-passat, multi ta' ċertu grad għal ċertu tip ta' ksur m'għandux iċaħħadha mill-possibbiltà li tgħolli l-grad tagħha fil-limiti indikati fir-Regolament Nru 17, jekk dan huwa neċessarju sabiex jassigura l-implementazzjoni tal-politika komunitarja ta' kompetizzjoni (sentenza Musique diffusion française et vs Il-Kummissjoni, punt 50 iktar 'il fuq, punt 109; sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Marzu 1992, Solvay vs Il-Kummissjoni, T-12/89, Ġabra p. II-907, punt 309, u ta' l-14 ta' Mejju 1998, Europa Carton vs Il-Kummissjoni, T-304/94, Ġabra p. II-869, punt 89). L-applikazzjoni effettiva tar-regoli komunitarji tal-kompetizzjoni teżiġi għall-kuntrarju li l-Kummissjoni tista' f'kull mument tadatta' l-grad ta' multi mal-bżonnijiet ta' din il-politika (sentenzi Musique diffusion française et vs Il-Kummissjoni, punt 50 iktar 'il fuq, punt 109, u LR AF 1998 vs Il-Kummissjoni, punt 57 iktar 'il fuq, punti 236 u 237).

136   Madankollu, għandu jiġi nnotat li l-Qorti tal-Prim'Istanza, skond l-Artikolu Nru 17, għandha ġurisdizzjoni illimitata fis-sens ta' l-Artikolu 229 KE fuq ir-rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet li bihom il-Kummissjoni tistabbilixxi multa u tista', konsegwentement, tħassar, tnaqqas jew iżżid il-multa imposta. Fil-kuntest tal-kontroll tagħha ta' ġurisdizzjoni illimitata, imiss lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tevalwa jekk l-ammont tal-multa imposta hijiex proporzjonata meta mqabbla mal-gravità u mad-dewmien tal-ksur (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi Deutsche Bahn vs Il-Kummissjoni, punt 134 iktar 'il fuq, punti 125 u 127, u Cheil Jedang vs Il-Kummissjoni, punt 95 iktar 'il fuq, punt 93) u sabiex tibbilanċja l-gravità tal-ksur u ċ-ċirkustanzi mqajma mir-rikorrenti (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-14 ta' Novembru 1996, Tetra Pak vs Il-Kummissjoni, C‑333/94 P, Ġabra p. I‑5951, punt 48).

137   Skond ġurisprudenza stabbilità, imiss li jiġi mfakkar li l-gravità tal-ksur għandu jiġi stabbilit in funzjoni ta' numru kbir ta' elementi, b'mod partikolari, bħaċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, il-kuntest tagħha u l-portata dissważiva tal-multi, u dan is-sens li ġiet stabbilità lista li torbot jew eżawrjenti ta' kriterji li għandhom b'mod obbligatorju jiġu meħuda in kunsiderazzjoni (digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta' Marzu 1996, SPO et vs Il-Kummissjoni, C‑137/95 P, Ġabra p. I‑1611, punt 54; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Lulju 1997, Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni, C‑219/95 P, Ġabra p. I‑4411, punt 33; sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Mejju 1998, Sarrió vs Il-Kummissjoni, T‑334/94, Ġabra p. II‑1439, punt 328, u LR AF 1998 vs Il-Kummissjoni, punt 57 iktar 'il fuq, punt 236). B'mod partikolari, l-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur għandu jiġi effettwat billi tiġi kkunsidrata n-natura tar-restrizzjonijiet miġjuba lill-kompetizzjoni (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Lulju 1970, Boehringer vs Il-Kummissjoni, 45/69, Ġabra p. 769, punt 53; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Ottubru 1997, SCK u FNK vs Il-Kummissjoni, T‑213/95 u T‑18/96, Ġabra p. II‑1739, punt 246). Il-Kummissjoni għandha anki tħares lejn in-natura dissważiva ta' l-intervent tagħha, speċjalment għat-tip ta' ksur partikolarment dannużu għat-twettiq ta' l-objettivi tal-Komunità (sentenzi Musique diffusion française et vs Il-Kummissjoni, punt 50 iktar 'il fuq, punti 105 u 106, u ABB Asea Brown Boveri vs Il-Kummissjoni, punt 50 iktar 'il fuq, punt 166).

138   Madankollu, skond il-ġurisprudenza, billi l-Kummissjoni adottat linji gwida maħsuba sabiex jippreċiżaw, fir-rispett tat-Trattat, il-kriterji li hija beħsiebha tapplika fil-kuntest ta' l-eżerċizzju tas-setgħa tagħha ta' evalwazzjoni, jirriżulta minnhom limitu awtomatiku ta' din is-setgħa safejn jappartjeni lilha li tikkonforma ruħha mar-regoli indikattivi li hija imponiet fuqha nnifisha (sentenza tas-17 ta' Diċembru 1991, Hercules Chemicals vs Il-Kummissjoni, punt 57 iktar 'il fuq, punt 53, ikkonfermata f'appell bis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat- 8 ta' Lulju 1999, Hercules Chemicals vs Il-Kummissjoni, C‑51/92 P, Ġabra p. I‑4235, punt 75). Sabiex tistabbilixxi l-gravità tal-ksur, il-Kummissjoni għandha għaldaqstant mil-lum il-quddiem tikkunsidra, fost varjetà ta' elementi oħra, dawk li jinsabu fil-linji gwida, ħlief li għandha ssemmi speċifikament ir-raġunijiet li jiġġustifikaw, jekk ikun il-każ, it-tbegħid minn punt preċiż (sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Marzu 2003, CMA CGM et vs Il-Kummissjoni, imsejħa "FETTCSA", T‑213/00, Ġabra p. II‑913, punt 271).

139   Skond il-linji gwida, il-Kummissjoni tieħu bħala punt ta' tluq, fil-kalkolu tal-multi, ammont bażiku ġenerali stabbilit skond il-gravità tal-ksur. L-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur għandha tikkunsidra l-istess natura tal-ksur, l-impatt konkret tiegħu fuq is-suq meta jista' jiġi mkejjel u l-firxa tas-suq ġeografiku kkonċernat (punt 1 A, l-ewwel paragrafu). F'dan il-kuntest, il-ksur huma kklassifikati fi tliet kategoriji, jiġifieri l-"ksur mhux gravi ħafna", li għalih l-ammont tal-multi previst huwa stabbilit bejn EUR elf u miljun, il-"ksur gravi", li għalih l-ammont tal-multi previst jista' ivarja bejn 1 u 20 miljun EUR, u l-"ksur gravi ħafna", li għalih l-ammont tal-multi previst jaqbeż l-20 miljun EUR.

140   Il-Kummissjoni tippreċiża, f'dan ir-rigward, li ksur mhux gravi ħafna jista' isarraf, per eżempju, f'restrizzjonijiet, il-parti l-kbira vertikali, li jimmiraw sabiex jillimitaw il-kummerċ iżda li l-impatt tagħhom fuq is-suq jibqa' limitat, li barra minn hekk ma jikkonċernawx ħlief parti sostanzjali iżda relattivament żgħira tas-suq komunitarju. Fir-rigward tal-ksur gravi, il-Kummissjoni tippreċiża li fil-parti l-kbira huma restrizzjonijiet orizzontali jew vertikali ta' l-istess tip ta' ksur mhux gravi ħafna, iżda li l-applikazzjoni tagħhom huwa iktar rigoruż, l-impatt tagħhom fuq is-suq huwa iktar vast u jistgħu jipproduċu l-effetti tagħhom fuq żoni mifruxa tas-suq komuni. Hija tindika wkoll li jistgħu jkunu komportamenti abużivi ta' pożizzjoni dominanti. Fl-aħħar nett, rigward ksur gravi ħafna, il-Kummissjoni tindika li huwa jissarraf sostanzjalment f'restrizzjonijiet orizontali tat-tip ta' "kartelli ta' prezz" u ta' kwoti ta' qsim tas-swieq, jew ta' prattiċi oħra li jippreġudizzjaw il-funzjonar tajjeb tas-suq intern, bħal dawk li jimmiraw għal qsim tas-swieq nazzjonali jew ta' abbużi ta' pożizzjoni dominanti ta' impriża f'sitwazzjoni ta' kważi-monopolju.

141   Il-linji gwida jipprovdu illi, f'kull waħda mill-kategoriji ta' ksur ċitati iktar 'il fuq, u b'mod partikolari għall-kategoriji msejħa "gravi" u "gravi ħafna", l-iskala ta' sanzjonijiet applikati tippermetti li ssir distinzjoni fit-trattament li għandu jiġi applikat lill-impriżi skond it-tip tal-ksur kommess. Barra minn hekk, huwa neċessarju li jiġi kkunsidrat il-potenzjal ekonomiku effettiv tar-responabbli tal-ksur li pprokuraw dannu sinjifikattiv lill-operaturi l-oħra, b'mod partikolari lill-konsumaturi, u li jiġi stabbilit l-ammont tal-multa fuq skala li jassiguralha karratru suffiċjentement dissważiv (punt 1 A tar-raba' paragrafu). Barra minn hekk, jista' jiġi kkunsidrat il-fatt li l-impriżi ta' dimensjoni kbira, fil-parti l-kbira tagħhom, jiddisponu minn infrastrutturi suffiċjenti sabiex ikollhom tagħrif legali u ekonomiku li jippermettilhom li jevalwaw aħjar in-natura ta' ksur tal-komportament u l-konsegwenzi li jirriżultaw minnu mill-perspettiva tad-dritt tal-kompetizzjoni (punt 1 A tal-ħamest paragrafu).

142   F'kull waħda mit-tliet kategoriji ddefiniti iktar 'il fuq, għandu jiġi bbilanċjat, fil-każijiet li jimplikaw diversi impriżi, bħall-kartelli, l-ammont stabbilit, sabiex jittieħed in kunsiderazzjoni l-piż speċifiku, u għaldaqstant l-impatt reali, tal-komportament tal-ksur ta' kull impriża fuq il-kompetizzjoni, b'mod partikolari meta teżisti disparità kunsiderevoli fid-dimensjoni ta' l-impriżi li jikkommettu ksur ta' l-istess natura u li konsegwentement jiġi adattat l-ammont bażiku ġenerali skond in-natura speċifika ta' kull impriża.

143   Il-linji gwida jippreċiżaw ukoll li l-prinċipju ta' sanzjoni indaqs għall-istess komportament jista' iwassal, meta ċ-ċirkustanzi jeżiġu dan, għall-applikazzjoni ta' ammonti differenti għall-impriżi kkonċernati mingħajr ma dan id-divrenzjar ma jsegwi kalkolu aritmetiku.

144   Huwa fid-dawl ta' dawn il-prinċipji li għandu jiġi eżaminat, l-ewwel nett, jekk, fl-applikazzjoni tagħha, f'dan il-każ, il-metodoloġija ddefinita fil-linji gwida għad-determinazzjoni ta' l-iffissar tal-gravità tal-ksur, il-Kummissjoni kisret il-prinċipji mqajma mir-rikorrenti. Wara, għandu jiġi ddeterminat, jekk – kieku kellu jiġi supponut, kif issostni r-rikorrenti taħt titolu sussidjarju, li l-ksur għandu jiġi kkwalifikat bħala gravi ħafna – l-ammont bażiku speċifiku ta' EUR 25 miljun finalment applikat fil-konfront tar-rikorrenti huwa fih innifsu approprjat meta mqabbel maċ-ċirkustanzi allegati minn din ta' l-aħħar, jiġifieri l-impatt debboli ħafna tal-ksur fuq is-suq komunitarju u l-volum debboli ta' bejgħ ta' prodotti previsti mill-ftehim.

 Fuq l-evalwazzjoni tan-natura ta' gravità tal-ksur

145   F'dan il-każ, jirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata li l-Kummissjoni evalwat in-natura ta' gravità tal-multa fuq il-bażi tal-fatti segwenti: in-natura stess tal-ksur, il-fatt li l-ftehim ikkonċerna s-setturi kollha tas-suq tal-birra, li d-diskussjonijiet kontenzjużi saru fuq livell għoli u li l-akkordji u l-ftehim effettwaw sfera kbira ta' parametri tal-kompetizzjoni, il-fatt li m'hemmx lok għal konkluzjoni ta' nuqqas ta' impatt jew impatt ridott fuq is-suq u l-fatt li s-suq ġeografiku jkopri t-totalità tat-territorju Belġjan.

146   Fl-ewwel lok, rigward il-konformità ta' l-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur mal-linji gwida u mal-prinċipju ta' proporzjonalità, għandu jiġi eżaminat il-mod kif il-Kummissjoni evalwat l-imsejħa gravità fir-rigward tat-tliet kriterji rilevanti, jiġifieri l-istess natura tal-ksur, l-impatt tiegħu konkret fuq is-suq meta jista' jiġi mkejjel u l-firxa tas-suq ġeografiku kkonċernat.

147   F'dak li jirrigwarda, l-ewwel, l-istess natura tal-ksur, hemm lok li jiġi rrilevat li r-rikorrenti ma tikkontestax il-fatti ċitati fil-punt 297 tad-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri li l-ftehim kien jinkludi b'mod partikolari patt ġenerali ta' non-aggressjoni, skambju ta' informazzjoni fuq il-bejgħ, akkordji u ftehim dirett u indirett fuq il-prezzijiet u l-promozzjonijiet tal-kummerċ bl-imnut, il-qsim tal-klijentela fuq is-suq horeca kif ukoll, fuq l-istess suq, il-limitazzjoni ta' l-investimenti u tar-reklamar. Għaldaqstant, huwa ta' ġurisprudenza stabbilità li l-ftehim orizontali dwar il-prezzijiet jagħmel parti mill-ksur l-iktar gravi fid-dritt komunitarju tal-kompetizzjoni u jista' għaldaqstant, fih innifisu, jiġi kkwalifikat bħala gravi ħafna (sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Lulju 2001, Tate & Lyle et vs Il-Kummissjoni, T‑202/98, T‑204/98 et T‑207/98, Ġabra p. II‑2035, punt 103, u FETTCSA, punt 138 iktar 'il fuq, punt 262). Il-mekkaniżmi deskritti mill-Kummissjoni fil-punt 297 tad-deċiżjoni kkontestata, barra milli jiddeskrivu ftehim fuq il-prezzijiet, jirrilevaw il-forom l-iktar gravi ta' preġudizzju lill-kompetizzjoni, billi jimmiraw għall-eliminazzjoni pura u sempliċi ta' din ta' l-aħħar bejn l-impriżi li jimplementaw dan il-ftehim. Konsegwentement il-konklużjoni tal-Kummissjoni li skondtha l-akkordji u l-ftehim in kwistjoni kkostitwew, min-natura tagħhom stess, ksur gravi m'għandhiex tiġi kkontestata. Din il-konstatazzjoni inqas u inqas għandha tiġi ddubitata billi l-Kummissjoni rrilevat, barra minn hekk, li l-akkordji u l-ftehim laqtu sfera kbira ta' parametri tal-kompetizzjoni u kkonċernaw is-setturi kollha tas-suq tal-birra, konstatazzjonijiet li jirriżultaw direttament u loġikament mill-fatti ċitati mhux ikkontestati fil-punt 297 tad-deċiżjoni kkontestata mir-rikorrenti. Rigward il-laqgħat li saru dwar il-ftehim fuq l-iktar livell għoli ta' responsabbiltajiet, jiġifieri dawk id-direzzjonijiet ġenerali tar-rikorrenti u tas-sussidjarja tagħha, li l-eżistenza tagħhom mhumiex lanqas ikkontestati, ma jistgħux jattenwaw in-natura ta' gravità kbira ħafna ta' l-istess natura tal-ksur.

148   Konsegwentement, rigward il-kriterju ta' l-impatt tal-ftehim, hemm lok li jiġi kkonstatat li, jekk il-Kummissjoni rrilevat, fid-deċiżjoni kkontestata, li ċerti komponenti tal-ftehim ma ġewx applikati jew ma ġewx applikati pjenament, min-naħa l-oħra, hija kkonstatat l-impossibbiltà li tistabbilixxi nuqqas ta' impatt jew impatt ridott fuq is-suq. B'sostenn ta' din il-konstatazzjoni, il-Kummissjoni mhux biss ressqet il-prova dokumentata rappreżentata min-noti meħuda minn rappreżentant ta' Interbrew waqt il-laqgħa tat-28 ta' Jannar 1998, li jammettu ċerti realizzazzjonijiet, imma anki l-fatt, stabbilit mill-Kummissjoni, li l-iskambju ta' informazzjoni fuq il-bejgħ bejn Alken-Maes u Interbrew ġie effettivament implementat. Issa, billi l-implementazzjoni tal-ftehim, li s-suġġett tiegħu kien anti-kompettitiv, kienet parzjali huwa biżżejjed sabiex iwarrab il-possibbiltà li wieħed jasal għall-konklużjoni ta' nuqqas ta' impatt ta' l-imsemmi akkordju fuq is-suq.

149   L-argument tar-rikorrenti li jgħid li l-ftehim ħa l-forma ta' karattru inqas elaborat u inqas formali, li jagħti xhieda ta' intenzjoni dgħajfa ta' ksur u ftit formali, huwa nnegat mill-fatti. Il-multipliċità u s-simultanjetà ta' l-oġġettivi wara l-għan tal-ftehim, li mhumiex ikkontestati mir-rikorrenti, jipprovaw fil-fatt pjan verament anti-kompettitiv, li jipprova intenzjoni mhux debboli iżda għall-kuntrarju intenzjoni b'saħħitha ta' ksur. Anki meta l-ftehim kien ġie kkaratterizzat minn grad debboli ta' formaliżmu, il-ftehim, għaldaqstant, ma jagħtix prova ta' grad għoli ta' elaborazzjoni.

150   Fl-aħħar nett, rigward il-kriterju tal-delimitazzjoni tas-suq ġeografiku kkonċernat, il-Kummissjoni kkonstatat, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-ftehim ikopri t-totalità tat-territorju Belġjan, li mhuwiex ikkontestat mir-rikorrenti. Issa, joħroġ mill-ġurisprudenza li suq ġeografiku ta' dimensjoni nazzjonali jikkorispondi għal parti sustanzjali tas-suq komuni (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta' Novembru 1983, Michelin vs Il-Kummissjoni, 322/81, Ġabra p. 3461, punt 28). Barra minn hekk, il-Kummissjoni indikat, fil-linji gwida, li r-restrizzjonijiet orizontali tat-tip "kartelli ta' prezzijiet" u ta' kwoti ta' qsim tas-swieq, jew prattiċi oħra li jippreġudizzjaw l-andament tas-suq nazzjonali, huma fil-biċċa l-kbira tad-drabi huma ġġudikati bħala gravi ħafna (ara punt 140 iktar 'il fuq). Minn din id-deskrizzjoni indikattiva jirriżulta li l-akkordji jew prattiċi miftiehma li għandhom b'mod partikolari bħala għan, bħal f'dan il-każ, l-iffissar tal-prezzijiet u l-qsim tal-klijentela jistgħu jwasslu, fuq il-bażi biss ta' l-istess natura tagħhom, għal tali kwalifika, mingħajr ma jkun neċessarju li dawn il-komportamenti jiġu kkaratterizzati bl-impatt jew bid-delimitazzjoni ġeografika partikolari. Din il-konklużjoni hija kkorroborata bil-fatt li, jekk din id-deskrizzjoni indikattiva tal-ksur tinkludi bħala gravi l-ksur ta' l-istess tip ta' dak ddefinit bħala mhux gravi ħafna "iżda li l-applikazzjoni tiegħu huwa iktar rigoruż, l-impatt tiegħu fuq is-suq huwa iktar vast u jista' jipproduċi l-effetti tiegħu fuq żoni mifruxa tas-suq komuni", id-deskrizzjoni ta' ksur gravi ħafna, min-naħa l-oħra, ma ssemmi l-ebda eżiġenza ta' impatt u lanqas ta' produzzjoni ta' effetti fuq zona ġeografika partikolari.

151   Jirriżulta minn dak li jippreċedi li, bl-attribuzzjoni, fis-sens tal-punt 1 A tal-linji gwida, tal-kwalifika ta' gravi ħafna lill-ksur, il-Kummissjoni ma kisritx il-prinċipju ta' proporzjonalità.

152   F'dan ir-rigward għandu jiġi nnotat li l-Qorti tal-Prim'Istanza ġġudikat, dwar kartell ta' prezz li jopera fuq suq ġeografiku ristrett, li l-kwalifika ta' ftehim gravi minħabba l-impatt tiegħu limitat fuq is-suq irrappreżentat diġà kwalifika attenwanti meta mqabbla mal-kriterji ġeneralment applikati fl-iffissar tal-multi f'każ ta' kartelli ta' prezz, li wasslu lill-Kummissjoni sabiex tikkwalifika l-ftehim bħala gravi ħafna (sentenza Tate & Lyle et vs Il-Kummissjoni, punt 147 iktar 'il fuq, punt 103).

153   Fit-tieni lok, dwar l-argument li jgħid li l-Kummissjoni tbiegħdet, f'dan il-każ, mill-prattika deċiżjonali tagħha bi ksur tal-prinċipju ta' trattament indaqs, hemm lok li jiġi mfakkar, min-naħa, li l-prattika deċiżjonali preċedenti tal-Kummissjoni ma sservix ta' kuntest ġuridiku għall-multi fir-rigward tal-kompetizzjoni (sentenza LR AF 1998 vs Il-Kummissjoni, punt 57 iktar 'il fuq, punt 234) u, min-naħa l-oħra, li, skond ġurisprudenza stabbilità (ara punt 134 iktar 'il fuq), il-Kummissjoni tiddisponi, fil-kuntest tar-Regolament Nru 17, minn marġinu ta' evalwazzjoni fl-iffissar ta' l-ammont tal-multi sabiex jorjenta l-komportament ta' l-impriżi fis-sens tar-rispett tar-regoli ta' kompetizzjoni. Għaldaqstant, jappartjeni lill-Kummissjoni, fil-kuntest tas-setgħa tagħha ta' evalwazzjoni u fid-dawl ta' l-indikazzjonijiet li jinsabu fil-punt 1 A fit-tielet inċiż tat-tieni paragrafu tal-linji gwida, sabiex tiddetermina jekk iċ-ċirkustanzi proprji tal-kawża li hija qed titratta jippermettu li tiġi applikata l-kwalifika ta' ksur gravi ħafna. Issa, jirriżulta mill- punti 146 sa 152 iktar 'il fuq li tali kien il-każ.

154   Hekk kif ġie diġà innotat fil-punti 134 u 135 iktar 'il fuq , il-fatt li l-Kummissjoni applikat, fil-passat, multi ta' ċertu grad lil ċertu tip ta' ksur m'għandux jeskludilha l-possibbiltà li tgħolli dan il-grad fil-limiti indikati mir-Regolament Nru 17, jekk dan huwa neċessarju sabiex jassigura l-implementazzjoni tal-politika komunitarja tal-kompetizzjoni. L-applikazzjoni effikaċi tar-regoli komunitarji tal-kompetizzjoni teżiġi, għall-kuntrarju, li l-Kummissjoni tista' f'kull mument tadatta l-grad tal-multi skond din il-politika. Dan il-komportament m'għandux jikkaratterizza ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipju ta' trattament indaqs meta mqabbel mal-prattika preċedenti tagħha (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-20 ta' April 1999, Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il-Kummissjoni, imsejħa "PVC II", T‑305/94 sa T‑307/94, T‑313/94 sa T‑316/94, T‑318/94, T‑325/94, T‑328/94, T‑329/94 u T‑335/94, Ġabra p. II‑931, punt 1232).

155   Konsegwentement jista' jiġi konkluż li, bil-konstatazzjoni tal-karattru gravi ħafna, fis-sens tal-punt 1 A ta' l-ewwel paragrafu tal-linji gwida, tal-ksur in kwistjoni, il-Kummissjoni kkonformat ruħha mal-linji gwida tagħha u ma kisritx la l-prinċipju ta' proporzjonalità u lanqas il-prinċipju ta' trattament indaqs.

 Fuq l-evalwazzjoni tal-potenzjal ekonomiku effettiv tar-rikorrenti li tipprokura dannu importanti lill-operaturi oħra

156   Mil-linji gwida jirriżulta li, għal ksur ta' gravità partikolari, fil-każijiet li jimplikaw diversi impriżi bħall-kartelli, l-ammont bażiku ġenerali għandu jiġi bbilanċjat sabiex jittieħed in kunsiderazzjoni l-piż, u konsegwentement l-impatt reali, tal-komportament tal-ksur ta' kull impriża fuq il-kompetizzjoni, b'mod partikolari meta jeżisti disparità kunsiderevoli fid-dimensjoni ta' l-impriżi li jikkommettu ksur ta' l-istess natura (punt 1 A, is-sitt paragrafu, ara punt 142 iktar 'il fuq). Huwa meħtieġ, b'mod partikolari, li jittieħed in kunsiderazzjoni l-potenzjal ekonomiku effettiv ta' min jikkommetti l-ksur li jipprokura dannu sinjifikattiv lill-operaturi l-oħra, b'mod partikolari lill-konsumaturi (punt 1 A, ir-raba' paragrafu, ara l-punt 141 iktar 'il fuq).

157   Barra minn hekk, jirriżulta mill-ġurisprudenza li l-linji gwida ma jipprevedux li l-ammont tal-multi jiġi kkalkolat in funzjoni tal-fatturat globali jew tal-fatturat magħmul mill-impriżi fuq is-suq ikkonċernat. Madankollu, huma lanqas ma jopponu li tali figuri jittieħdu in kunsiderazzjoni fl-iffissar ta' l-ammont tal-multa sabiex jiġu rispettati l-prinċipji ġenerali tad-dritt komunitarju u meta ċ-ċirkustanzi jeżiġu dan. B'mod partikolari, il-fatturat jista' jiġi kkunsidrat fit-teħid in kunsiderazzjoni ta' l-elementi differenti nnumerati fil-punti 141 sa 143 iktar 'il fuq (sentenzi LR AF 1998 vs Il-Kummissjoni, punt 57 iktar 'il fuq, punti 283 et 284, u Cheil Jedang vs Il-Kummissjoni, punt 95 iktar 'il fuq, punt 82).

158   Barra minn hekk, huwa ta' ġurisprudenza stabbilità li, l-prova tal-gravità tal-ksur, tista', skond il-każ, tinkludi l-volum u l-valur tal-merkanziji li huma s-suġġett tal-ksur, id-daqs u s-saħħa ekonomika ta' l-impriża u, għaldaqstant, l-influwenza li din ta' l-aħħar setgħet eżerċitat fuq is-suq. Min-naħa, isegwi li huwa permess, għall-iffissar ta' l-ammont tal-multa. li jiġi meħud in kunsiderazzjoni kemm il-fatturat globali ta' l-impriża, li jikkostitwixxi indikazzjoni, anki jekk approssimattiva u imperfetta, tad-daqs tagħha u tas-saħħa tagħha ekonomika, u kemm tal-parti tal-figura li tipprovjeni mill-bejgħ ta' merkanzija li hija s-suġġett tal-ksur u li hija għaldaqstant ta' natura li tagħti indikazzjoni ta' l-iskala ta' dan ta' l-aħħar. Min-naħa l-oħra, jirriżulta li m'għandux jiġi attribwit la lil waħda u lanqas lil oħra minn dawn il-figuri sinifikanza sproporzjonata meta mqabbla mal-kunsiderazzjonijiet oħra, b'tali mod li l-iffissar ta' l-ammont ta' multa approprjata ma tistax tkun ir-riżultat ta' sempliċi kalkolu bbażat fuq il-fatturat globali (sentenza Musique diffusion française et vs Il-Kummissjoni, punt 50 iktar 'il fuq, punti 120 u 121; sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza Parker Pen vs Il-Kummissjoni, punt 115 iktar 'il fuq, punt 94; ta' l-14 ta' Mejju 1998, SCA Holding vs Il-Kummissjoni, T‑327/94, Ġabra p. II‑1373, punt 176, u Cheil Jedang vs Il-Kummissjoni, punt 95 iktar 'il fuq, punt 83).

159   F'dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat, fl-ewwel lok, il-portata limitata ta' l-argument tar-rikorrenti li jgħid li d-differenza eżistenti bejn ir-relazzjonijiet ta' proporzjon li jikkaratterizzaw, min-naħa, l-ammonti bażiċi kkunsidrati rispettivament għal kull impriża u, min-naħa l-oħra, sehem tas-suq ta' dawn l-istess impriżi fuq is-suq Belġjan tal-birra huma evidenza tal-fatt li l-Kummissjoni ma tatx kunsiderazzjoni xierqa lill-prinċipju li skondthu l-potenzjal effettiv li jipprokura dannu huwa adegwatament rifless fil-volum u fil-valuri tal-merkanzija mibjugħa minn kull parti. Fil-fatt, għandu jiġi nnotat li l-ammonti bażiċi li fuqhom tibbaża ruħha r-rikorrenti jintegraw mhux biss l-aġġustament operat fir-rigward tal-potenzjal effettiv li jippreġudizzja l-kompetizzjoni fuq is-suq, imma anki l-aġġustament operat skond l-obbjettiv ta' dissważjoni effettiva.

160   Fuq dan il-punt, jirriżulta mill-punt 305 tad-deċiżjoni kkontestata li l-aġġustament ta' l-ammont tal-multi bl-objettiv ta' dissważjoni effettiv ġie magħmul mill-Kummissjoni f'żewġ stadji. Fl-ewwel stadju, ir-rikorrenti u Interbrew ġew imqegħda fuq l-istess grad ugwali billi, fl-iffissar ta' l-ammont bażiku speċifiku rispettiv, il-Kummissjoni kkunsidrat il-fatt li huma "[kienu] impriżi kbar multinazzjonali". Fit-tieni stadju, il-Kummissjoni indikat li kellha "tieħu in kunsiderazzjoni l-fatt li [ir-rikorrenti kienet] impriża ta' diversi prodotti", u b'hekk indikat fir-rigward ta' din ta' l-aħħar bżonn addizzjonali ta' dissważjoni. Minn dan jirriżulta li, skond l-objettiv ta' dissważjoni u bla ħsara f'dan l-istadju tal-validità tal-konklużjonijiet magħmula mill-Kummissjoni f'dan ir-rigward, l-ammont bażiku speċifiku tal-multa stabbilità mir-rikorrenti kkunsidrat il-ħtieġa ta' dissważjoni iktar sinjifikattiva milli fir-rigward ta' Interbrew.

161   Għaldaqstant, bilfors madankollu għandu jiġi kkonstatat li l-ammont bażiku speċifiku applikat kontra r-rikorrenti huwa ta' madwar 45% inqas elevat minn dak applikat kontra Interbrew. Barra minn hekk, il-Kummissjoni enfażizzat, min-naħa, fil-punt 303 tad-deċiżjoni kkontestata, it-teħid in kunsiderazzjoni tagħha fil-potenzjal ekonomiku effettiv ta' min jikkommetti l-ksur li jippreġudizzja gravement il-kompetizzjoni u, min-naħa l-oħra, fil-punt 304, li kienet teżisti differenza ta' daqs kunsiderevoli bejn Interbrew, mexxejja fis-suq Belġjan b'madwar 55% ta' sehem tas-suq, u Alken-Maes, in-numru tnejn fuq is-suq b'madwar 15%.

162   Għaldaqstant jidher li l-Kummissjoni ħadet in kunsiderazzjoni f'konformità mal-linji gwida, il-potenzjal ekonomiku effettiv relatat maż-żewġ impriżi li jipprokuraw dannu għall-operaturi l-oħra billi naqset b'mod sinjifikattiv, għall-finijiet ta' l-iffissar ta' l-ammont bażiku speċifiku tar-rikorrenti, l-ammont bażiku ġenerali li jikkorispondi għall-gravità tal-ksur kommess, fis-sens tal-punt 1 A, ta' l-ewwel paragrafu tal-linji gwida. Il-fatt li l-inċiż 303 tad-deċiżjoni kkontestata jirreferi għall-potenzjal li "jippreġudizzja gravement il-kompetizzjoni", minflok li jikkunsidra kelma b'kelma l-espressjoni li hemm fil-linji gwida, hija bla konsegwenza. Bl-istess mod, il-fatt li r-relazzjoni ta' proporzjon bejn l-ammonti bażiċi kkunsidrati għal kull impriża jvarja skond il-proporzjon eżatt bejn sehem tas-suq rispettivi tagħhom m'għandux effett fuq il-validità tal-metodu segwit mill-Kummissjoni. Fil-fatt, din ta' l-aħħar semmiet, fil-punt 1 A, fil-paragrafu numru sebgħa, tal-linji gwida, li l-applikazzjoni ta' ammonti differenti ma ssegwix neċessarjament kalkolu aritmetiku.

163   Fit-tieni lok, fir-rigward ta' l-argumenti tar-rikorrenti li jgħid li l-ammonti bażiċi speċifiċi ddefiniti ma jirriflettux l-iżbilanċ flagranti li jirriżulta mill-pożizzjoni dominanti ta' Interbrew fuq is-suq tal-birra fil-Belġju, ġagħlet lill-Alken-Maes sabiex tnaqqas il-marġini progressiv ta' profitt tagħha u hija, f'kull każ, il-prova ta' l-inkapaċità tar-rikorrenti li tippreġudizzja l-kompetizzjoni, hemm lok li jiġi mfakkar li l-ksur ikkonstatat fid-deċiżjoni kkontestata mhuwiex ikkontestatat mir-rikorrenti. Konsegwentement, dan il-ksur, li jikkonsisti fil-ftehim kollu u/jew prattiċi miftiehma, jimplika, min-naħa, akkordju tal-volontajiet bejn il-partijiet u, min-naħa l-oħra, li d-dannu li ġie kkawżat lill-kompetizzjoni rriżulta minn dan il-ftehim u, għaldaqstant, mill-volontà ta' kull waħda mill-partijiet. Ir-rikorrenti m'għandix, konsegwentement, tressaq pressjoni li saret fuqha sabiex teżonera ruħha mid-dannu li hija kkawżat lill-kompetizzjoni.

164   Barra minn hekk, taħt titolu sussidjarju, għandu jiġi enfażizzat li hija ġurisprudenza stabbilità li impriża li tipparteċipa ma' oħrajn f'attivitajiet anti-kompetittivi ma tistax tipprevali ruħha mill-fatt li hija pparteċipat fihom taħt pressjoni minn parteċipanti oħra. Fil-fatt, hija setgħet tiddenunzja l-pressjonijiet li sarulha lill-awtoritajiet kompetenti u tressaq ilment quddiem il-Kummissjoni f'applikazzjoni ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 17 iktar milli tipparteċipa fl-attivitajiet in kwistjoni (sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Marzu 1992, Hüls vs Il-Kummissjoni, T‑9/89, Ġabra p. II‑499, punti 123 u 128; tas-6 ta' April 1995, Tréfileurope vs Il-Kummissjoni, T‑141/89, Ġabra p. II‑791, punt 58, u LR AF 1998 vs Il-Kummissjoni, punt 57 iktar 'il fuq, punt 142).

165   Fl-aħħar nett, rigward l-argument li skondthu l-ammont bażiku speċifiku applikat kontra r-rikorrenti jirrapreżenta perċentaġġ tal-fatturat ta' Alken-Maes superjuri sew minn dak li jirrapreżenta l-ammont applikat kontra Interbrew fir-rigward tal-fatturat tagħha, għandu l-ewwel nett jiġi mfakkar li l-imsemmija ammonti, kif diġà imsemmi fil-punti 159 u 160 iktar 'il fuq, ma jirriflettux biss id-dannu effettiv ikkawżat minn kull waħda mill-partijiet lill-kompetizzjoni, billi jinkludu wkoll l-objettiv ta' dissważjoni imsemmi mil-linji gwida. Fir-rigward ta' l-argument ibbażat fuq il-fatt li l-ammont impost fuq Alken-Maes huwa superjuri mil-limitu stabbilit mir-Regolament Nru 17 fit-termini ta' perċentaġġ tal-fatturat, huwa f'kull każ bla ebda relevanza, billi hija r-rikorrenti li kienet id-destinatarja tad-deċiżjoni kkontestata.

166   Għaldaqstant, hemm lok li jiġu miċħuda l-argumenti kollha bbażati fuq evalwazzjoni żbaljata mill-Kummissjoni, bi ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità, tal-potenzjal effettiv tal-parteċipanti li tipprokura dannu sinjifikattiv lill-operaturi l-oħra, b'mod partikolari lill-konsumaturi.

 Fuq l-iffissar ta' l-ammont tal-multa fuq skala li jassiguralha karattru suffiċjentement dissważiv

167   Mil-linji gwida jirriżulta li, fil-każijiet li jimplikaw diversi impriżi bħall-kartelli, l-ammont bażiku ġenerali jista' jiġi individwalizzat biex jistabbilixxi ammont bażiku speċifiku li jieħu in kunsiderazzjoni l-piż speċifiku, u konsegwentement l-impatt reali, tal-ksur ta' kull impriża fuq il-kompetizzjoni, b'mod partikolari meta teżisti disparità kunsiderevoli fid-dimensjoni ta' l-impriżi li kkommettew ksur ta' l-istess natura (ara punt 142 iktar 'il fuq). B'mod partikolari, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit l-ammont tal-multa fuq skala li tassiguralha karattru suffiċjentement dissważiv (ara punt 141 iktar 'il fuq).

168   Il-kunsiderazzjoni, għall-iffissar ta' l-ammont tal-multa li għandha tiġi applikata skond il-gravità, ta' dan l-objettiv ta' dissważjoni jinsab fil-kuntest ta' ġurisprudenza stabbilità sew li skondtha l-effett dissważiv tal-multi jikkostitwixxu wieħed mill-elementi li l-Kummissjoni tista' tieħu in kunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur u, konsegwentement, fl-iffissar tal-grad tal-multa, billi l-gravità tal-ksur għandha tiġi stabbilità b'riferenza għal diversi elementi, b'mod partikolari, bħaċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, il-kuntest tagħha u l-iskop dissważiv tal-multi, u dan is-sens li ġiet stabbilità lista li torbot jew eżawrjenti ta' kriterji li għandhom jiġu meħuda in kunsiderazzjoni (digriet SPO et vs Il-Kummissjoni, punt 137 iktar 'il fuq, punt 54 ; sentenzi Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni, punt 137 iktar 'il fuq, punt 33, u ta' l-14 ta' Mejju 1998, Sarrió vs Il-Kummissjoni, punt 137 iktar 'il fuq, punt 328).

169   Bl-istess mod, skond il-ġurisprudenza, is-setgħa tal-Kummissjoni li timponi multi fuq l-impriżi li, intenzjonalment jew b'negliġenza, jikkommettu ksur tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 81 KE jikkostitwixxi waħda mis-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni bl-għan li jippermettilha li takkomplixxi l-missjoni ta' sorveljenza li jikkonferilha d-dritt komunitarju, missjoni li tinkludi l-obbligu li ssegwi politika ġenerali bl-għan li tapplika fir-rigward ta' kompetizzjoni l-prinċipji stabbiliti mit-Trattat u torjenta f'dan is-sens il-komportament ta' l-impriżi. Konsegwentement, sabiex tiġi evalwata l-gravità ta' ksur bl-għan li jiġi stabbilit l-ammont tal-multa, il-Kummissjoni għandha tosserva l-karattru dissważiv ta' l-azzjoni tagħha, b'mod speċjali għat-tip ta' ksur b'mod partikolari dannuż għat-twettiq ta' l-objettivi tal-Komunità (sentenzi Musique diffusion française et vs Il-Kummissjoni, punt 50 iktar 'il fuq, punti 105 et 106, et ABB Asea Brown Boveri vs Il-Kummissjoni, punt 50 iktar 'il fuq, punt 166).

170   Fid-dawl ta' dak li jippreċedi, il-Kummissjoni kellha raġun li tieħu in kunsiderazzjoni l-objettiv ta' dissważjoni fl-iffissar ta' l-ammont bażiku speċifiku tal-multa tagħha, li tirrifletti preċisament il-gravità tal-ksur kommess. Fil-fatt, l-iskop ta' l-effett dissważiv tal-multi jagħmel parti integranti fl-individwalizzazzjoni tal-multi skond il-gravità tal-ksur, safejn hija timmira sabiex tevita' li metodu ta' kalkolu jwassal għall-ammonti ta' multi li, għall-ċerti impriżi, ma jilħqux l-iskala approprjata sabiex tassigura lill-multa effett suffiċjentement dissważiv (sentenza ABB Asea Brown Boveri vs Il-Kummissjoni, punt 50 iktar 'il fuq, punt 167).

171   Rigward l-argument tar-rikorrenti ibbażat fuq nuqqas ta' individwalizzazzjoni ta' l-element ta' dissważjoni kkunsidrat fil-kalkolu tal-multa, għandu jiġi nnotat li, għall-finijiet tat-teħid in kunsiderazzjoni ta' l-objettiv ta' dissważjoni, il-Kummissjoni ma ddefinitx fil-linji gwida ta' metodoloġija jew ta' kriterji individwalizzati li l-espożizzjoni speċifiku tagħhom għandhom effett li jorbot. Dan l-argument għandu għaldaqstant jiġi miċħud.

172   Hekk ukoll l-argument li skondtu l-prinċipji li wasslu f'dan il-każ għall-evalwazzjoni tal-ħtieġa ta' dissważjoni ma ġewx mogħtija espliċitament. Fil-fatt, hemm lok li jiġi nnotat li r-rikorrenti tirrikonoxxi hija stess li l-Kummissjoni indikat, fil-punt 305 tad-deċiżjoni kkontestata, li r-rikorrenti u Interbrew huma impriżi kbar internazzjonali u li r-rikorrenti hija barra minn hekk impriża ta' diversi prodotti (rikors, punt 119). Il-Kummissjoni żiedet fil-punt 306, li hija ħadet in kunsiderazzjoni l-fatt li r-rikorrenti tiddisponi minn konoxxenzi u infrastrutturi legali u ekonomiċi li jippermettulha li tevalwa aħjar in-natura ta' ksur tal-komportament tagħha u l-konsegwenzi li joħorġu minnu mill-perspettiva tad-dritt tal-kompetizzjoni. Għaldaqstant jidher li, kuntrarjament għal dak li tiddikjara r-rikorrenti, il-prinċipji li fuqhom kienet ġiet ibbażata l-evalwazzjoni ta' ħtieġa ta' dissważjoni ġew mogħtija espliċitament.

173   Fl-aħħar, għandhom jiġu analizzati l-argumenti differenti mqajma mir-rikorrenti li jgħidu li r-raġunament segwit mill-Kummissjoni b'sostenn tal-konstatazzjoni tagħha ta' ħtieġa ta' effett dissważiv speċifiku huwa mingħajr rilevanza u sproporzjonat.

174   L-argument li skonthu l-istat ta' reċidivista m'għandux jiġi kkunsidrat bħala rilevanti għandu jiġi miċħud mill-bidu nett, billi l-Kummissjoni ma bbażatx ir-raġunament tagħha dwar id-dissważjoni fuq dan l-ilment.

175   Fir-rigward ta' l-argument li skondthu d-daqs globali ta' l-impriża u d-dimensjoni internazzjonali tagħha mhumiex rilevanti fir-rigward ta' l-objettiv ta' kompetizzjoni li l-Kummissjoni għandha tosserva, għandu, l-ewwel nett, jiġi enfasizzat li l-fatt li r-rikorrenti ddisponiet minn konoxxenzi u minn infrastrutturi legali u ekonomiċi li jippermettulha li tevalwa aħjar in-natura ta' ksur tal-komportament tagħha u l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-perspettiva tad-dritt tal-kompetizzzjoni jista' jiġi kkunsidrat bħala li jirriżulta mir-riżorsi globali ta' l-impriża u għaldaqstant tad-daqs tagħha, li d-dimensjoni internazzjonali tagħha hija indikazzjoni fost oħrajn. Huwa għaldaqstant b'mod korrett li l-Kummissjoni ħadet konjizzjoni tiegħu. Fil-fatt, il-fatt li r-rikorrenti pparteċipat fl-akkordju kkonstatat minkejja l-mezzi li kellha sabiex tevalwa l-karattru ta' ksur u l-konsegwenzi tiegħu jiddenotaw oġġettivament ħtieġa adizzjonali ta' dissważjoni meta mqabbla ma' impriża li m'għandhiex dawn il-mezzi.

176   L-argument li skondthu l-kunsiderazzjoni, għall-finijiet ta' l-iffissar tal-grad ta' dissważjoni neċessarju, tal-karattru sigriet ta' l-akkordju mhijiex rilevanti, billi l-imsemmi akkordju ma kienx ġie mħolli bħala sigriet, jew almenu mhux minnu nnifsu, jibbaża ruħu fuq id-dikjarazzjoni li skondtha, fil-kuntest ta' l-akkordju, diversi laqgħat kienu saru fil-preżenza tal-kompetituri – per eżempju l-laqgħat tal-grupp tax-xogħol "Vision 2000" – jew ta' distributuri, bħal-laqgħa tat-28 ta' Jannar 1993 li inkludiet in-negozjanti tal-birra. Barra minn hekk, ittra ta' l-4 ta' Awissu 1997 indirizzata lil min jagħmel il-birra mill-federazzjoni tan-negozjanti tistabilixxi li dawn ta' l-aħħar segwew mill-qrib ħafna l-attivitajiet tal-partijiet fl-akkordju.

177   Fir-rigward, l-ewwel nett, il-laqgħat tal-grupp ta' xogħol "Vision 2000", għandu jiġi nnotat li, fil-punti 128 sa 155 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ma taqbilx ma' l-imsemmija laqgħat – uffiċjali billi saru fil-kuntest tal-konfederazzjoni tal-birreriji tal-Belġju (iktar il-quddiem il-"KBB") u li jġibu flimkien parti kbira tal-professjoni – kienu, fihom innifishom, l-atti li jagħtu lok għall-ksur. Il-Kummissjoni tikkonstata li, fil-kuntest tal-kuntratti tagħhom bilaterali, Interbrew u Alken-Maes adottaw linja komuni u rrejalizzaw bil-vantaġġi li kien hemm billi jieħdu ċerti inizjattivi fil-kuntest tal-KBB u li Interbrew u Alken-Maes kienu qablu li parti mill-akkordju, jiġifieri dik dwar l-investimenti u r-reklamar fuq is-suq horeca u fis-sistema ġdida ta' tariffi, setgħet tiġi implementata fil-kuntest tal-KBB). Il-Kummissjoni tqajjem għaldaqstant l-istrumentalizzazzjoni tal-KBB għall-finijiet ta' l-implementazzjoni, għall-inkonsapevolezza tal-parteċipanti l-oħra fil-laqgħat in kwistjoni, ta' ftehim bejn Interbrew u r-rikorrenti sabiex irażżnu ċerti riflessjonijiet tat-tariffi fil-kuntest ta' dan l-ambitu f'sens konformi ma' l-objettivi tal-ftehim tagħhom, bla ma jissuġġerixxi li l-parteċipanti l-oħra kienu ġew informati bl-eżistenza ta' din ta' l-aħħar. Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat li l-objettivi li Interbrew u r-rikorrenti kkommettew ruħhom li jimplemetaw permezz ta' l-intervent ta' KBB u l-laqgħat tal-grupp ta' xogħol "Vision 2000", jiġifieri l-limitu ta' l-investimenti u tar-reklamar fuq is-suq horeca u l-iżvilupp ta' struttura ġdida tat-tariffi, ma jirrapreżentawx f'kull każ ħlief aspett limitat ta' l-akkordju, li inkluda elementi oħra sigrieti, bħal patt ġenerali ta' non-aggressjoni, ftehim fuq il-prezzijiet u l-promozzjonijiet fil-kummerċ bl-imnut, qsim tal-klijentela fis-settur horeca jew anki qsim ta' informazzjoni fuq il-bejgħ. Iż-żamma tal-laqgħat tal-grupp ta' xogħol "Vision 2000" m'għandhiex għaldaqstant tippermetti li jiġi konkluż li l-akkordju ma kienx sigriet.

178   Konsegwentement, rigward il-laqgħa tat-28 ta' Jannar 1993 (ara l-punti 126 u 131 iktar 'il fuq), hemm lok li jiġi rrilevat li, jekk ir-rendikont mogħti ta' l-imsemmija laqgħa, stabbilit minn rappreżentant ta' Interbrew, jirreferi fil-fatt għal "laqgħa tan-negozjanti fil-birra" u jġib il-kliem ta' akkordju li għandu l-għan li jgħolli l-prezzijiet u li jiġu imposti prezzijiet minimi li jikkonċernaw il-birra mibjugħa minn ċerti kanali ta' distribuzzjoni, wieħed m'għandu bl-ebda mod jiddeduċi mill-imsemmi rendikont mogħti li l-proposti anti-kompettitivi li jinsabu fih ġew mressqa l-istess bħalma n-negozjanti fil-birra kellhom konoxxenza tagħhom waqt il-laqgħa tat-28 ta' Jannar 1993. Jekk dawn il-proposti jikkonfermaw li eżistiet koordinazzjoni mill-qrib tal-politika kummerċjali ta' Alken-Maes u ta' Interbrew, huma ma jippermettux, min-naħa l-oħra, li jiġi konkluż li n-neguzjanti fil-birra kienu informati bl-eżistenza ta' l-akkordju.

179   Rigward l-ittra ta' l-4 ta' Awissu 1997 indirizzata mill-federazzjoni tan-negozjanti lil Alken-Maes, bilfors li għandu jiġi kkonstatat li hija tillimita ruħha sabiex tiddenunċja l-politika ta' distribuzzjoni ta' Alken-Maes safejn hija tpoġġi f'periklu l-futur tad-distributuri indipendenti. Għaldaqstant, hija ma tippermettix bl-ebda mod li wieħed jasal għall-konklużjoni tal-konoxxenza ta' l-akkordju min-negozjanti fil-birra.

180   Għaldaqstant, hemm lok li jiġi miċħud l-argument li skondhu l-akkordju kkonstatat ma kienx sigriet.

181   Konsegwentement, il-Kummissjoni kellha kull dritt, fil-kuntest tal-missjoni tagħha hekk kif hija ġiet iddefinita mill-ġurisprudenza ċitata fil-punti 134 u 135 iktar 'il fuq u fir-rispett tal-kuntest legali, stabbilit mill-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17, tieħu in kunsiderazzjoni dawn l-elementi fl-evalwazzjoni tal-ħtieġa ta' effett dissważiv li għandha tikkunsidra.

182   Rigward l-argument tar-rikorrenti li skontu l-kunsiderazzjoni ta' objettiv ta' dissważjoni ssir superfluwa ġaladarba l-intervent tal-Kummissjoni poġġa tmiem għall-ksur, għandu jiġi miċħud billi jiġi enfasizzat li l-ħtieġa ta' effett dissważiv jimmira sabiex jorjenta l-komportament futur ta' l-impriża u li l-fatt li impriża tpoġġi tmiem għal komportament ta' ksur ġaladarba nqabad mill-Kummissjoni, billi din l-inizjattiva tirriżulta b'hekk minn pressjoni oġġettiva, mhuwiex biżżejjed sabiex jiġi konkluż li l-impriża in kwistjoni tkun effettivament dissważa li tirrepeti dan il-komportament fil-futur.

183   L-argumenti kollha bbażati fuq determinazzjoni skorretta tal-grad dissważiv tal-multa bi ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità għandhom għaldaqstant jiġu mwarrba.

 Fuq il-kunsiderazzjoni ta' konoxxenzi u infrastrutturi ġuridiċi u ekonomiċi li minnhom jiddiponu in ġenerali l-impriżi l-kbar

184   Mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-prinċipju non bis in idem, ukoll ipprovdut fl-Artikolu 4 tal-Protokoll nru 7 tal-Konvenzjoni Ewropea ta' salvagwardja tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali iktar 'il quddiem il-"KEDB", iffirmat f'Ruma fl-4 ta' Novembru 1950, jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt komunitarju li l-imħallef għandu jassigura li jiġi rispettat (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Mejju 1966, Gutmann vs Il-Kummissjoni, 18/65 u 35/65, Ġabra p. 149, 172, u ta' l-14 ta' Diċembru 1972, Boehringer vs Il-Kummissjoni, 7/72, Ġabra p. 1281, punt 3; sentenza PVC II, punt 154 iktar 'il fuq, punt 96, ikkonfermata, fuq dan il-punt, mis-sentenza Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il-Kummissjoni, punt 97 iktar 'il fuq, punt 59).

185   Fil-qasam tad-dritt komunitarju tal-kompetizzjoni, dan il-prinċipju jipprojbixxi li impriża hija kkundannata jew akkużata mill-ġdid mill-Kummissjoni dwar komportament anti-kompettitiv li għalih hija ġiet issanzjonata jew li għalih ġiet iddikjarata mhux responsabbli b'deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li għalih ma jistax isir iktar rikors. L-applikazzjoni tal-prinċipju non bis in idem huwa suġġett għal kundizzjoni tripla ta' identità tal-fatti, unità ta' min jikser il-liġi u unità ta' l-interess legali protett (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta' Jannar 2004, Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni, C‑204/00 P, C‑205/00 P, C‑211/00 P, C‑213/00 P, C‑217/00 P u C‑219/00 P, Ġabra p. I‑123, punt 338).

186   F'dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li, fil-punt 306 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkunsidrat, b'sostenn ta' żieda fil-grad tal-multa li għandu jiġi impost fuq ir-rikorrenti, il-fatt li hija ddisponiet minn konoxxenzi u infrastrutturi ġuridiċi u ekonomiċi li jippermettulha li tevalwa aħjar in-natura ta' ksur tal-komportament tagħha u l-konsegwenzi li rriżultaw minnu mill-perspettiva tal-liġi tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, fil-punt 314 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkunsidrat, b'sostenn ta' żieda fil-grad tal-multa li għandu jiġi impost fuq ir-rikorrenti, il-fatt li hija kienet diġà ġiet ikkundannata darbtejn talli kisret l-Artikolu 81 KE.

187   F'dan ir-rigward, bilfors għandu jiġi kkonstatat, l-ewwel nett, li l-kundizzjonijiet ta' applikabbiltà tal-prinċipju non bis in idem hekk kif ġie stabbilit mill-ġurisprudenza dwar il-kompetizzjoni (ara punt 185 iktar 'il fuq) mhumiex sodisfatti f'dan il-każ, billi l-Kummissjoni llimitat ruħha sabiex tikkunsidra, għall-finijiet tal-kalkolu tal-multa, kunsiderazzjonijiet fattwali, jiġifieri, min-naħa, li r-rikorrenti kienet, permezz tal-konoxxenzi tagħha u l-infrastrutturi tagħha ġuridiċi u ekonomiċi, f'miżura li tevalwa l-karattru ta' ksur tal-komportament tagħha u l-konsegwenzi tagħha u, min-naħa l-oħra, li hija kienet diġà ġiet ikkundannata darbtejn għal ksur ta' l-Artikolu 81 KE. F'kull każ, huwa minħabba kunsiderazzjonijiet distinti li l-Kummissjoni, fil-punti 306 u 314 tad-deċiżjoni kkontestata, ipproċediet għal żieda ta' skala tal-multa. Għaldaqstant, ir-raba' parti tal-motiv għandu jiġi miċħud.

 Fuq in-natura approprjata ta' l-ammont bażiku speċifiku fid-dawl taċ-ċirkustanzi mqajma mir-rikorrenti

188   Taħt titolu sussidjarju, ir-rikorrenti ssostni li, anki minkejja li l-Kummissjoni ma kinitx kisret il-prinċipju ta' trattament indaqs bil-kwalifika tal-ksur bħala gravi ħafna, l-ammont bażiku tal-multa għandu madankollu jiġi mnaqqas sabiex jiġi meħud in kunsiderazzjoni l-impatt debboli ħafna tal-ksur fuq is-suq komunitarju u l-volum debboli tal-bejgħ ta' prodotti li kienu s-suġġett ta' l-akkordju.

189   Għandu jiġi mfakkar li, f'konformità mal-metodu ddefinit fil-linji gwidi (ara punti 139 sa 143 iktar 'il fuq), il-Kummissjoni ħadet l-ewwel bħala punt ta' tluq, fil-kalkolu ta' l-ammont tal-multi, ammont bażiku ġenerali stabbilit in finzjoni tal-gravità tal-ksur, li wara hija individwalizzat l-imsemmi ammont bażiku in funzjoni, l-ewwel nett, bil-potenzjal effettiv ta' l-impriżi in kwistjoni li jiġi pprokurat dannu importanti lill-operaturi l-oħra, b'mod partikolari lill-konsumaturi, it-tieni nett, bil-ħtieġa li jiġi stabbilit l-ammont tal-multa fuq skala li jassiguralha karattru suffiċjentement dissważiva u, it-tielet nett, bil-ħtieġa li jiġi meħud in kunsiderazzjoni l-fatt li l-impriżi ta' dimensjoni kbira jiddisponu fil-biċċa l-kbira minn-konoxxenzi u minn infrastrutturi legali u ekonomiċi li jippermettulhom li jevalwaw aħjar in-natura ta' ksur tal-komportament tagħhom u l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-perspettiva tal-kompetizzjoni.

190   Ġie kkunsidrat fil-punti 133 sa 187 iktar 'il fuq li l-Kummissjoni, billi kkwalifikat il-ksur bħala gravi ħafna, min-naħa, u billi pproċediet għall-aġġustamenti suċċessivi fuq imsemmija, min-naħa l-oħra, ma kisret l-ebda mill-prinċipji mqajma mir-rikorrenti. Barra minn hekk, għandu jiġi mfakkar li, rigward ksur gravi ħafna, il-linji gwida jikkunsidraw ammonti ta' multi l-fuq minn EUR 20 miljun.

191   Rigward l-argument tar-rikorrenti li skontu l-ammont bażiku speċifiku kkunsidrat kien f'kull każ disproporzjonat fid-dawl tal-fatt li l-prodotti li huma s-suġġett ta' l-akkordju rrappreżentaw inqas minn 2,5% tal-konsum totali ta' dawn il-prodotti fl-Unjoni Ewropea, għandu jiġi nnotat li l-gravità ta' ksur m'għandix tiddependi biss la mill-firxa ġeografika u lanqas mill-proporzjon li l-bejgħ li huwa s-suġġett tal-ksur jirrapreżenta meta mqabbel mal-bejgħ imwettaq fl-Unjoni Ewropea kollha. Fil-fatt, indipendentement mill-kriterji fuq imsemmija, il-valur assolut ta' bejgħ ikkonċernat huwa wkoll indikatur rilevanti tal-gravità tal-ksur, billi jirrifletti b'mod preċiż l-importanza ekonomika tat-transazzjonijiet li l-ksur beħsiebu jiskapula mill-proċess normali tal-kompetizzjoni. Issa, f'dan il-każ, mhuwiex ikkontestat li l-valur tal-bejgħ ikkonċernat seta' jiġi evalwat għal xi EUR 1200 miljun, li jiddenota importanza ekonomika kunsiderevoli tas-settur. F'dan ir-rigward, l-ammont bażiku speċifiku ta' EUR 25 miljun impost fuq ir-rikorrenti m'għandux jiġi kkunsidrat bħala eċċessiv.

192   Rigward l-eċċezzjoni tal-prattika tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni Tubi ta' l-azzar mingħajr saldatura, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li hija nieqsa minn rilevanza fir-rigward tal-ġurisprudenza ċitata fil-punt 153 iktar 'il fuq.

193   Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni ħadet in kunsiderazzjoni, fl-imsemmija deċiżjoni, il-fatt li t-tipi ta' tubi mingħajr saldatura milquta mill-ksur ma rrapreżentawx ħlief 19% tat-totalità tat-tubi mingħajr saldatura li jistgħu jiġu użati mill-industrija taż-żejt u tal-gass, b'tali mod li l-impatt tal-ksur kien limitat billi l-industrija setgħet tagħmel użu minn prodotti oħra li mhux affetwati mill-akkordju (deċiżjoni Tubi ta' l-azzar mingħajr saldatura, punt 160). Konsegwentement, f'dan il-każ, il-ksur inkluda parti ħafna iktar sinjifikattiva mill-birra disponibblil fil-Belġju, billi l-Kummissjoni indikat fil-punt 4 tad-deċiżjoni kkontestata, bla ma saret objezzjoni fuq dan il-punt, li, fl-1988, il-partijiet fl-akkordju pproduċew kważi 70% tal-birra mibjugħa fil-Belġju.

194   Ikkunsidrati dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha li jippreċedu, hemm lok li jiġi miċħud l-argument tar-rikorrenti rigward in-natura allegatament inapproprjata ta' l-ammont tal-multa imposta.

195   Il-motiv għandu għaldaqstant jiġi miċħud fit-totalità tiegħu.

2.     Fuq il-motiv ibbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tad-dewmien tal-ksur

a)     L-argumenti tal-partijiet

196   Billi indikat li ma tikkontestax il-materjalità tal-fatti kkunsidrati kontriha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni attribwiet skop żbaljat lil ċerti fatti fid-determinazzjoni tad-dewmien tal-ksur. Il-Kummissjoni tirriferi b'mod partikolari għal kuntatt telefoniku u għal żewġ laqgħat bejn ir-rikorrenti u Interbrew, wara Lulju 1996 u mbegħdin minn xulxin b'diversi xhur, mqajma b'sostenn tal-konkluzjoni li skondtha l-ksur kompla sat-28 ta' Jannar 1998. Billi għamlet hekk, il-Kummissjoni ma kinitx stabbilit li l-ksur kompla wara x-xahar ta' Lulju 1996. Konsegwentement, għandu jiġi rrikonoxxut li l-allegat komportament ma damx iktar minn tliet snin u xitt xhur, li jiġġustifika żieda ta' l-ammont bażiku speċifiku tal-multa ħafna inqas minn 45%. Il-Qorti tal-Prim'Istanza għandha konsegwentement, f'konformità mal-ġurisprudenza tagħha, tnaqqas il-multa imposta lir-rikorrenti fid-dawl tad-dewmien reali tal-ksur.

197   Rigward, l-ewwel nett, il-kuntatt telefoniku tad-9 ta' Diċembru 1996 bejn Interbrew u r-rikorrenti, din ta' l-aħħar tirrileva li, kuntrarjament għal dak li tħalli illi jiġi implikat ir-riferenza tal-Kummissjoni għal dokumenti oħra ta' l-inkartament, in-noti miktuba bl-idejn u annotati mill-awditur ta' amministrazzjoni ta' Alken-Maes, M. L. B., datati mis-27 ta' Novembru 1996, jikkostitwixxu l-uniku dokument li fuqu l-Kummissjoni tibbaża l-konklużjonijiet tagħha.

198   Ir-rikorrenti ma tikkontestax li dawn in-noti miktuba bl-idejn ġew miktuba waqt laqgħa interna li saret f'Novembru 1996, li s-suġġett tagħha kien, skondtha, li jiġu analizzati t-tariffi ġodda ta' Interbrew wara l-otteniment minn Alken-Maes, permezz il-klijenti tagħha, ta' kundizzjonijiet ġodda ġenerali ta' bejgħ ta' Interbrew. Ir-rikorrenti tikkontesta, min-naħa l-oħra, l-interpretazzjoni mill-Kummissjoni tat-tliet annotazzjonijiet flimkien miġjuba ulterjorment fuq dawn in-noti, kull waħda minnhom kontenenti d-data "9/12/96" u li viżibbilment huma ta' risposta għal tliet mistoqsijiet ifformulati fin-noti inizjalment meħuda, dwar punti li għadhom mhumiex ikkjarifikati tal-politika tat-tariffi ta' Interbrew. Huwa b'mod żbaljat li l-Kummissjoni kkonkludiet li l-opinjoni ta' M. A. B., ta' Interbrew, kellu jiġi ssolleċitat dwar dan is-suġġett, liema opinjoni kienet ġiet mogħtija fid-9 ta' Diċembru 1996, fejn Interbrew tat risposta pożittiva u żewġ risposti negattivi. Skond ir-rikorrenti, l-elementi l-oħra ta' l-inkartament ċitati fid-deċiżjoni kkontestata ma jippermettux li tiġi mogħtija din l-interpretazzjoni. L-annotazzjonijiet miġjuba fuq in-noti tas-27 ta' Novembru 1996 setgħu rriżultaw minn verifika indipendenti minn kull kuntatt dirett ma' Interbrew, effettwat, per eżempju, mid-distributuri, li ma kienux għamlu ħlief għaddew l-interpretazzjoni li kienet ġiet mogħtija lilhom minn M.A.B. Madankollu, fil-kwalità tagħha ta' distributur parzjali ta' prodotti ta' Interbrew, kien ikun normali għall-Alken-Maes li tipprova tifhem it-tariffi l-ġodda ta' Interbrew rigward il-kundizzjonijiet loġistiċi. Id-dokument in kwistjoni mhuwiex għaldaqstant biżżejjed sabiex jipprova t-teżi ppreżentata mill-Kummissjoni.

199   Rigward, fit-tieni lok, il-laqgħa tas-17 ta' April 1997, ir-rikorrenti issostni li din il-laqgħa ma tikkostitwixxix prova ta' l-akkordju dwar is-suq Belġjan, għax hija kellha bħala skop, skond id-dikjarazzjoni ta' M. J. D., ta' Interbrew, iċċitata fil-punt 96 tad-deċiżjoni kkontestata, is-sinerġiji potenzjali bejn iż-żewġ gruppi u ż-żieda fir-profittabbiltà ta' l-impriżi, f'kuntest tax-xiri mill-ġdid minn Interbrew ta' Alken-Maes, sussidjarja tar-rikorrenti.

200   Ir-rikorrenti tikkontesta l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni li skontha d-dikjarazzjoni fuq imsemmija ta' M. J. D. tipprova l-karattru anti-kompettitiv ta' din il-laqgħa. Din id-dikjarazzjoni tikkontjeni sommarju tal-kuntatti kollha bejn Interbrew u.ALken-Maes. Rigward speċifikament il-laqgħa tas-17 ta' April 1997, M. J. D. tindika biss li l-parteċipanti fil-laqgħa effettwaw analiżi linja b'linja tal-kont tal-qligħ u telf ta' Alken-Maes, eżerċizzju obbligatorju f'kull negozzjar fuq trasferiment eventwali ta' impriża. Rigward il-ħamest punti ċċitati fid-dokument, huma kollha elementi li jinfluwenzaw ir-riżultat ta' strumentalizzazzjoni ta' Alke-Maes jew il-mod ta' kalkolu tagħha.

201   Ir-rikorrenti tikkontesta wkoll il-konklużjoni tal-Kummissjoni li skondtha l-preżenza fil-laqgħa in kwistjoni ta' M. R. V., id-diriġent ta' Alken-Maes, ma tantx hija plawsibbli fil-kuntest ta' diskussjoni dwar it-trasferiment ta' Alken-Maes, minħabba l-fatt illi tali operazzjoni tista' ma tkunx vantaġġjuża għalih. Skond ir-rikorrenti, ma kien hemm xejn ħażin fil-fatt li f'din il-kwistjoni d-diriġent kien preżenti, speċjalment jekk huwa xtaq iżomm postu fi ħdan il-kumpannija. Barra minn hekk, hija kienet tkun aktar u aktar iġġustifikata billi Interbrew kellha l-intenzjoni li takkwista permezz ta' "management buy out" – teknika li timplika rwol importanti fil-maniġġament kurrenti – hekk kif jaffermaw żewġ dikjarazzjonijiet impoġġija fl-inkartament, jiġifieri d-dikjarazzjonijiet ta' M. C.

202   Rigward, fit-tielet lok, il-laqgħa tat-28 ta' Jannar 1998 li timplika b'mod partikolari lill- M. A. D., ta' Interbrew, u M. N. V., ta' Alken-Maes, ir-rikorrenti ssostni li d-diskussjoni kkonċernat essenzjalment tifkira ta' relazzjonijiet ta' l-imgħoddi. Hija tosserva wkoll li, skond ir-rappreżentant ta' Interbrew, ir-rappreżentant ta' Alken-Maes ma kellu l-ebda konoxxenza ta' dawn l-evenimenti.

203   Xejn, skond ir-rikorrenti, ma jikkonferma t-teżi tal-Kummissjoni fuq l-iskop tan-noti bil-miktub ta' M. A. D. iddatati t-28 ta' Jannar 1998, jiġifieri li dawn ta' l-aħħar jaffermaw l-eżistenza ta' l-akkordju f'din id-data. Xejn ma jippermetti, b'mod partikolari, li jiġi konkluż li l-kontenut ta' l-imsemmija noti jista' jiġi attribwit liż-żewġ partijiet, li kif tagħmel b'mod żbaljat il-Kummissjoni, billi tidentifika l-kontenut tan-noti ta' M. A. D. bħala li huwa dak ta' allegata konverżazzjoni, waqt illi l-kontenut ta' dawn in-noti jista' ma jirriflettix ħlief il-perspettiva ta' Interbrew. F'dan il-każ, huwa b'mod ta' l-għaġeb li r-rappreżentant ta' Alken-Maes, mhux informat, seta' jiddeskrivi fid-dettall il-ftehim konkluż fl-1994. Barra minn hekk, mhuwiex ikkontestat, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-laqgħa tat-28 ta' Jannar 1998 ma kellha l-ebda segwitu. Għaldaqstant jirriżulta li n-noti in kwistjoni ma jistabilixxux l-eżistenza jew l-applikazzjoni ta' ftehim jew ta' prattika miftiehma fid-data imsemmija, imma biss evalwazzjoni pożittiva minn Interbrew ta' l-akkordju konkluż fl-1994 kif ukoll il-volontà tagħha li terġa ġġeddu.

204   Minn dan ir-rikorrenti tikkonkludi għaldaqstant li l-komportament ta' ksur ma jaqbiżx tliet snin u sitt xhur u, konsegwentement, iż-żieda tal-multa applikata skond id-dewmien għandha tiġi mnaqqsa.

205   Peress illi ssostni li l-akkordju ntemm f'Lulju 1996, il-Kummissjoni tenfażizza l-ewwel li, ir-rikorrenti tikkontesta d-dewmien tiegħu waqt illi hija tippretendi ma tikkontestax il-materjalità tal-fatti. Konsegwentement, il-Kummissjoni kienet stabbiliet għall-finijiet tal-liġi l-eżistenza ta' kuntatti anti-kompettitivi bejn ir-rikorrenti u Interbrew sat-28 ta' Jannar 1998. Fl-aħħar, ir-rikorrenti billi pubblikament ma żammitx ruħha l-bogħod minn laqgħat li l-iskop anti-kompettitiv tagħhom huwa stabbilit u li tirrikonoxxi illi pparteċipat fihom, ir-responsabbiltà tagħha sat-28 ta' Jannar 1998 huwa f'kull każ implikat.

b)     Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

206   Konformememt ma' l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17, id-dewmien tal-ksur jikkostitwixxi wieħed mill-elementi li għandu jiġi kkunsidrat fl-iffissar ta' l-ammont tal-multa li għandha tiġi imposta fuq l-impriżi ħatja ta' ksur tar-regoli ta' kompetizzjoni.

207   Il-linji gwida jistabilixxxu distinzjoni bejn il-ksur ta' dewmien qasir (in ġenerali inferjuri għal sena), li għalih l-ammont bażiku ffissat skond il-gravità m'għandux jiġi miżjud, il-ksur ta' dewmien medju (in ġenerali minn wieħed sa ħamest snin), li għalih l-ammont bażiku jista' jiġi miżjud b'50% u l-ksur ta' dewmien twil (in ġenerali oltrè ħamest snin), li għalih dan l-ammont jista' jiġi miżjud għal kull sena b'10%.

208   Fil-punt 281 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni indikat li tiddisponi minn provi dwar l-akkordju Interbrew/Alken-Maes għall-perijodu li jibda' mill-inqas mit-28 ta' Jannar 1992 sat-28 ta' Jannar 1998. Hija indikat illi "[f]it-28 ta' Jannar 1993, sar magħruf bl-ewwel laqgħa li għandha objettiv ċarament anti-kompettitiv" u li "[f]it-28 ta' Jannar 1998 saret l-aħħar laqgħa miżmuma fil-kuntest ta' l-akkordju li l-Kummissjoni tiddisponi mid-dokumenti fuqu". Il-Kummissjoni kkonkludiet li "[il-]ksur dawm għaldaqstant ħamest snin u ġurnata". Din il-konklużjoni ġiet irripetuta fid-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata, li fiha l-Kummissjoni indikat li l-ksur seħħ "waqt il-perijodu li jibda' mit-28 ta' Jannar 1993 sat-28 ta' Jannar 1998".

209   Fil-punt 282 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni indikat li d-dewmien tal-ksur kien ikkontestat mir-rikorrenti u li din ta' l-aħħar sostniet li d-diskussjonijiet bejn Alken-Maes u Interbrew ma bdewx ħlief fit-12 ta' Ottubru 1994 u ġew fit-tmiem tagħhom mix-xaħar ta' Lulju 1996. Madankollu, il-Kummissjoni ċaħdet din l-argumentazzjoni billi tikkunsidra li d-dewmien tal-ksur ikkonstatat ġie stabbilit b'mod suffiċjentement korrett.

210   Fil-kuntest tal-motiv preżenti, l-argumentazzjoni żviluppata mir-rikorrenti tikkunsidra mill-ġdid il-fatt li l-Kummissjoni ma ddeterminatx b'mod korrett id-dewmien tal-ksur. Ir-rikorrenti ma tikkontestax iż-żieda tal-multa safejn il-ksur, skondtha, ma damx oltrè Lulju 1996.

211   Barra minn hekk għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma titlobx espliċitament l-annullament ta' l-ewwel artikolu tad-deċiżjoni kkontestata, li jiddefinixxi d-dewmien tal-parteċipazzjoni tagħha fl-akkordju. Fil-fatt, ir-rikorrenti ma qajmitx it-talba relatata mad-dewmien tal-ksur ħlief sussidjarjament, b'sostenn għal talba ta' riduzzjoni ta' l-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha.

212   Madankollu, f'dan il-każ, jirriżulta mid-dokumenti tar-rikorrenti li din ta' l-aħħar tikkontesta, essenzjalment, il-legalità tad-deċiżjoni kkontestata billi tikkonstata, hekk kif inhuwa indikat fl-ewwel artikolu tad-dispożittiv tagħha, li l-ksur kien mifrux fuq perijodu mill-bidu tat-28 ta' Jannar 1993 sat-28 ta' Jannar 1998. B'hekk, ir-rikorrenti indikat, fir-rikors għall-ftuħ tal-kawża, li "id-deċiżjoni [ikkontestata] mhijiex fondata safejn tikkonstata li l-ksur dam mit-28 ta' Jannar 1993 sat-28 ta' Jannar 1998" u li l-Kummissjoni "ma [stabbilitx] [...] b'mod suffiċjenti skond il-liġi li l-ksur dam oltrè Lulju 1996". Fir-replika tagħha, ir-rikorrenti kompliet billi indikat li "qari korrett ta' l-inkartament kellu […] iwassal [lill-Kummissjoni] sabiex tikkonstata l-inqas dewmien tal-komportament tal-ksur u tistabilixxi l-konsegwenzi fuq skala ta' l-ammont tal-multa". Barra minn hekk, huwa stabbilit li r-rikorrenti kkontestat id-dewmien tal-ksur quddiem il-proċedura amministrattiva, b'mod partikolari fir-risposta tagħha għall-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, hekk kif inhu espost fil-punt 512 iktar 'il quddiem.

213   Rigward dak li jippreċedi, hemm għaldaqstant lok li jiġi kkunsidrat illi, bil-preżenti sottomissjoni dwar id-dewmien, ir-rikorrenti titlob mhux biss ir-riduzzjoni tal-multa, imma wkoll l-annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata u b'mod partikolari ta' l-ewwel artikolu tad-dispożittiv tagħha, safejn il-Kummissjoni tikkonstata fih li l-ksur dam sejjer sat-28 ta' Jannar 1998.

214   Konsegwentement, għandu jiġi ddeterminat, fil-kuntest tal-preżenti sottomissjoni, jekk il-Kummissjoni stabbilitx b'mod ġust, fuq il-bażi tal-fatti mressqa, li l-ksur dam sejjer sat-28 ta' Jannar 1998.

215   F'dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li, fir-rigward tal-ġbir tal-provi ta' ksur ta' l-Artikolu 81(1) KE, il-Kummissjoni għandha ġġib il-prova tal-ksur li hija tikkonstata u tistabilixxi l-provi neċessarji sabiex jintwera, b'mod korrett, l-eżistenza ta' fatti li jikkostitwixxu ksur (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Diċembru 1998, Baustahlgewebe vs Il-Kummissjoni, C‑185/95 P, Ġabra p. I‑8417, punt 58, u tat-8 ta' Lulju 1999, il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni, C‑49/92 P, Ġabra p. I‑4125, punt 86). L-eżistenza ta' dubju fil-moħħ ta' l-imħallef għandu jiswi ta' ġid lill-impriża destinatarja tad-deċiżjoni li tikkonstata ksur. L-imħallef m'għandux għaldaqstant jikkonkludi li l-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza tal-ksur in kwistjoni b'mod korrett jekk għadu jippersisti dubju f'moħħu fuq din il-kwistjoni, b'mod partikolari fil-kuntest ta' rikors li jwassal għall-annullament ta' deċiżjoni li timponi multa.

216   Fil-fatt, f'din l-aħħar sitwazzjoni, huwa neċessarju li jiġi kkunsidrat il-prinċipju tal-preżunzjoni ta' l-innoċenza, hekk kif jirriżulta b'mod partikolari mill-Artikolu 6(2) ta' l-ECHR, li jagħmel parti mid-drittijiet fundamentali li, skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, barra minn hekk iddikjarata għal darba oħra fil-preambolu ta' l-Att uniku Ewropew u mill-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Artikolu 47 tal-karta Ewropea tal-drittijiet fundamentali ppreżentata fis-7 ta' Diċembru 2000 f'Nizza (ĠU C 364, p. 1), huma protetti fl-ordni ġuridiku komunitarju. Rigward in-natura tal-ksur in kwistjoni kif ukoll in-natura u l-grad ta' severità tas-sanzjonijiet konnessi miegħu, il-prinċipju tal-preżunzjoni ta' l-innoċenza japplika b'mod partikolari għall-proċeduri relatati mal-ksur tar-regoli ta' kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi li jistgħu jwasslu għall-impożizzjoni ta' ammendi jew multi (ara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Lulju 1999, Hüls vs Il-Kummissjoni, C‑199/92 P, Ġabra p. I‑4287, punti 149 u 150, u Montecatini vs Il-Kummissjoni, C‑235/92 P, Ġabra p. I‑4539, punti 175 u 176).

217   B'hekk huwa neċessarju li l-Kummissjoni tressaq provi preċiżi u konkordanti sabiex tibbaża l-konvinzjoni soda li l-ksur ġie mwettaq (ara s-sentenza Volkswagen vs Il-Kummissjoni, punt 99 iktar 'il fuq, punti 43 u 72, u l-ġurisprudenza ċitata).

218   Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li kull prova mressqa mill-Kummissjoni m'għandhiex neċessarjament tirrispondi għal dawn il-kriterji f'paragun ma' kull element tal-ksur. Huwa biżżejjed li n-numru ta' provi mressqa mill-Kummissjoni, evalwat globalment, jirrispondi għal din l-eżiġenza (ara, f'dan is-sens, is-sentenza PVC II, punt 154 iktar 'il fuq, punti 768 sa 778, b'mod partikolari, il-punt 777, konfermata fuq il-punt rilevanti mill-Qorti tal-Ġustizzja, f'appell, fis-sentenza Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il-Kummissjoni, punt 97 iktar 'il fuq, punti 513 sa 523).

 Fuq il-kuntatt telefoniku tad-9 ta' Diċembru 1996

219   Rigward l-allegat kuntatt ta' ksur tad-9 ta' Diċembru 1996, għandu l-ewwel nett jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni tissottometti, fil-punt 91 tad-deċiżjoni kkontestata, li "sussegwentement għal laqgħa li saret fid-19 ta' Settembru [1996], l-awditur ta' amministrazzjoni ta' Alken-Maes, fid-9 ta' Diċembru 1996, kellu laqgħa telefonika mad-direttur 'Food' ta' Interbrew dwar diversi numru ta' mistoqsijiet li Alken-Maes kellha dwar l-istudju tat-tariffi". F'sostenn għal din il-konklużjoni, il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq l-aħħar paġina ta' dokument li jikkostitwixxi l-anness 42 ta' l-ittra ta' Alken-Maes lill-Kummissjoni tas-7 ta' Marzu 2000 (ara l-punt 72 iktar 'il fuq), misjuba f'paġina 8513 ta' l-inkartament tagħha. Huwa stabbilit bejn il-partijiet li l-imsemmi dokument jikkontjeni noti bil-miktub meħuda minn M. L. B. ta' Alken-Maes, fis-27 ta' Novembru 1996, waqt laqgħa interna li s-suġġett tagħha kien li janalizza t-tariffi l-ġodda ta' Interbrew, u li xi annotazzjonijiet ġew magħmula sussegwentement fuq dan id-dokument mill-awtur tiegħu, li huma ta' risposta għall-mistoqsijiet li kien ifformula inizjalment fin-noti tiegħu.

220   Mistiedna mill-Qorti tal-Prim'Istanza, permezz ta' mistoqsija bil-miktub, sabiex tippreċiża l-elementi li wassluha sabiex tikkonkludi, fil-punt 91 tad-deċiżjoni kkontestata, li laqgħa telefonika kienet saret fid-9 ta' Diċembru 1996, rigward it-tariffi ta' Interbrew, bejn M. L. B. (Alken-Maes) u M. A. B. (Interbrew), il-Kummissjoni l-ewwel indikat li l-isfond tal-laqgħa interna tas-27 ta' Novembru 1996, li matulha n-noti miktuba bl-idejn ġew meħuda, hija kostitwita minn laqgħa li saret fid-29 ta' Lulju 1996 bejn Interbrew u Alken-Maes, li matulhom l-intenzjonijiet ta' Interbrew f'dak li jikkonċerna l-element loġistiku tal-politika kummerċjali tagħha hekk kif kellu jiġi mmodifikat u applikat mid-dħul fis-seħħ ta' tariffa ġdida mill-bidu ta' l-1 ta' Jannar 1997, ġew diskussi fid-dettall.

221   Il-Kummissjoni indikat li kienet ddeduċiet mill-eżami tan-noti meħuda fis-27 ta' Novembru 1996, kontenenti sitt punti segwiti minn test miktub bl-idejn ta' wieħed jew żewġ linji li jikkontjenu kull darba punt interrogattiv, li l-imsemmija noti kkontenew xi mistoqsijiet li M. L. B. (Alken-Maes) poġġa lilu nnifsu f'dik il-ġurnata fir-rigward tat-tariffa ta' Interbrew u li l-annotazzjonijiet miġjuba sussegwentement fuq id-dokument kienu jsemmu kemm il-post fejn setgħet tingħata r-risposta, kemm ir-risposta għall-imsemmija mistoqsijiet. F'dan il-każ, l-annotazzjonijiet li jservu bħala risposta għal ċerti mistoqsijiet jippermettu li jiġi stabbilit li r-risposti għall-mistoqsijiet ġew mogħtija minn Interbrew fid-9 ta' Diċembru 1996.

222   Meħuda in kunsiderazzjoni l-kontestazzjoni formali ta' din l-interpretazzjoni mir-rikorrenti, għandu jiġi eżaminat f'liema miżura jirriżultaw dawn l-addizzjonijiet, u, għaldaqstant, jikkostitwixxu l-prova, ta' kuntatt anti-kompettitiv bejn Alken-Maes u Interbrew.

223   F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li d-dokument, datat is-27 ta' Novembru 1996 u intitolat "Tariefstudie", jippreżenta ruħu, fl-aħħar paġina tiegħu, bħala lista ta' sitt mistoqsijiet fuq is-sistema ta' tariffi ta' Alken-Maes.

224   Konsegwentement, jidher li kull waħda mis-sitt mistoqsijiet ifformulati implikat, fil-moħħ ta' l-awtur tan-noti inizjali, risposta li għadha pendenti fid-data meta ġew miktuba. Id-dokument jissuġġerixxi, fil-fatt, li xi provvedimenti kienu ġew meħuda fir-rigward ta' kull waħda mis-sitt mistoqsijiet, bl-għan li tinstabilhom risposta. B'hekk, l-ewwel u s-sitt mistoqsijiet, li jittrattaw aspetti legali, jirreferu espliċitament għal persuna msejħa "[P. V. D.]" u jirreferu ruħhom, skond kull probabbiltà, għall-konsulent legali ta' Alken-Maes f'dik id-data. Bl-istess mod, it-tielet mistoqsija tistieden għal verifika għand il-klijenti permezz tad-distribuzzjoni.

225   Rigward it-tieni, ir-raba' u l-ħames mistoqsijiet, li fir-rigward tagħhom ġew magħmula sussegwentement it-tliet annotazzjonijiet in diskussjoni, għandu jiġi nnotat li t-tieni mistoqsija tibda bil-kliem " check IB ", fejn " IB " tfisser b'mod ċar Interbrew. Konsegwentement, huwa preċiżament fir-rigward ta' din it-tieni mistoqsija li ġiet miġjuba l-kitba bil-miktub sussegwenti " Ja, volgen [M. A. B.] (IB) 9/12/96 ". Din l-annotazzjoni tissuġġerixxi li, f'konformità mal-provvediment meħud fir-rigward ta' din il-mistoqsija sabiex tingħata risposta, M. L. B. (Alken-Maes) ikkuntatja lill-Interbrew, fid-9 ta' Diċembru 1996, irrappreżentata minn M. A. B., li ta risposta posittiva. Għaldaqstant għandha ssir interpretazzjoni bl-istess mod taż-żewġ addizzjonijiet miktuba bl-idejn li jġibu d-data tad-9 ta' Diċembru 1996.

226   Rigward l-argument tar-rikorrenti li skondthu huwa plawsibbli li r-risposti msemmija kienu ġew ottenuti mingħand id-distributuri, għandu jiġi kkonstatat li din it-teżi hija kkontradita mill-fatt li n-noti dwar it-tielet mistoqsija jistiednu speċifikament risposta mill-klijenti u mid-distribuzzjoni, u li preċiżament ma ġietx miġjuba, fir-rigward ta' din it-tielet mistoqsija, addizzjoni tat-tip ta' dawk li jiffiguraw fir-rigward tat-tieni, ir-raba' u l-ħames mistoqsijiet.

227   Għaldaqstant, jidher stabbilit li r-risposti mogħtija, min-naħa, għat-tielet mistoqsija u, min-naħa l-oħra, għat-tieni, r-raba u l-ħames mistoqsijiet ġew mogħtija permezz ta' l-intermedjarji msemmija. F'dan il-kuntest, il-fatt li t-tielet mistoqsija kellha bħala skop li tiġi ċċarata mill-klijenti u li l-formulazzjoni tat-tieni mistoqsija tinvita espliċitament għal verifika mingħand Interbrew tikkonferma li kien ġie previst li tiġi kkuntatjata din ta' l-aħħar bl-għan li tingħata risposta lil ċerti mistoqsijiet. Barra minn hekk, il-fatt li tliet aċċenni li jikkostitwixxu risposti għall-mistoqsijiet iġibu b'mod identiku d-data tad-9 ta' Diċembru 1996 u li waħda minnhom tirreferi ruħha espliċitament għal Interbrew u għal wieħed mir-rappreżentanti tagħha jippermetti li jiġi kkonfermat, oltrè kull dubju raġonevoli, li kuntratt anti-kompetittiv ġie stabbilit fid-9 ta' Diċembru 1996, kemm jekk il-kuntatt kien telefoniku jew le.

228   Għaldaqstant, hemm lok li jiġi konkluż li l-prova ta' kuntatt illegali fid-9 ta' Diċembru 1996 ġiet stabbilità.

 Fuq il-laqgħa tas-17 ta' April 1997

229   Rigward il-laqgħa allegatament illegali tas-17 ta' April 1997, il-Kummissjoni tissottometti, fil-punt 95 tad-deċiżjoni kkontestata, li d-diriġenti ta' Interbrew, tar-rikorrenti u ta' Alken-Maes intaqgħu Pariġi fis-17 ta' April 1997. Ir-rikorrenti ma tikkontestax li tali laqgħa kienet saret.

230   Barra minn hekk il-Kummissjoni tissottometti, fil-punt 96 tad-deċiżjoni kkontestata, id-dikjarazzjoni tad-direttur ġenerali ta' Interbrew ta' dak iż-żmien, M. J. D., dwar il-kontenut ta' din il-laqgħa u tikkonkludi minnha, kif joħroġ mill-inċiż 284, li din il-laqgħa kellha bħala suġġett il-koordinazzjoni ta' komportamenti ta' Interbrew u tar-rikorrenti fuq is-suq, li r-rikorrenti tikkuntesta formalment.

231   F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat, sussidjarjament, li r-rikorrenti ma tikkontestax in-natura probatorja tad-dikjarazzjoni ta' Interbrew sakemm tikkonsisti biss fid-dikjarazzjoni unilaterali ta' impriża, imma biss safejn ir-rendikont mogħti fuq x'sar fil-laqgħa ma jistabbilixxix is-suġġett tagħha anti-kompetittiv.

232   Is-silta tad-dikjarazzjoni ta' Interbrew dwar il-laqgħa tas-17 ta' April 1997 tippreżenta ruħha kif ġej:

" Saru xi laqgħat fuq skala għolja ma' Kronenbourg, li għaliha jiena ma pparteċipajtx. Sussegwentement saru xi "laqgħat ta' istruzzjonijiet", li għalihom aħna pparteċipajna kollha (diretturi ġenerali u diretturi ta' 'Food' u 'Horeca').

[…]

Il-laqgħa tas-[17 ta' April 1997] ma kienet xejn iktar ħlief waħda minn dawn il-laqgħat ta' istruzzjoni mar-[rikorrenti] (M. K. kien preżenti għar-[rikorrenti]). Aħna (‘Belgique’ u ‘France’, iżda kull waħda separatament) kellna nagħtu rendikont rigward is-sinerġiji. Matul din il-laqgħa, irrivedejna l-P&L [kont ta' Qligħ u Telf] linja b'linja u eżaminajna b'mod sistematiku kif inaqqsu l-ispejjeż u nżidu l-profitt. Is-suġġetti kienu s-segwenti: 1) produzzjoni ; 2) pjattaformi komuni ta' distribuzzjoni; 3) roħs fil-prezzijiet qabel jew wara d-dazju (kien ukoll suġġett ikkunsidrat minn CBB); 4) marketing u investimenti fir-reklamar (share of voice) ; 5) żieda fuq is-suq tal-birra u metodi taż-żieda tal-volum, ibbażati fuq is-suċċess magħmul mis-suq ta' l-ilma fi Franza.

Fuq it-twettiq, aħna wettaqna numru mhux ħażin ta' affarijiet fis-settur Food; ħafna iktar milli fis-settur Horeca, fejn xejn jew kważi xejn ma sar.

Fis-settur Food, intlaħaq xi ftehim fuq:

–       ir-riduzzjonijiet permezz ta' promozzjonijiet iddestinati lill-konsumatur (p. eż. 5 + 1 b'xejn)

–       il-kwistjonijiet kummerċjali (p. eż. il-valur ta' kupun f'avvenimenti promozzjonali)

–       il-frekwenza tal-fowlders (p. eż. mass ; 10 fowlders għand GIB għar-reċipjenti tal-birra)

[…] "

233   Għandu jiġi nnotat li r-riferenza, fl-imsemmija dikjarazzjoni, għal silta rriveduta tal-kont tal-qligħ u telf "linja b'linja" ma tippermettix li jiġi stabbilit b'ċertezza jekk hija tirreferixxi ruħha għal eżami komuni tal-kont tal-qligħ u telf ta' Kronenbourg/Alken-Maes jew inkella għal eżami parallel ta' l-aħħar kont tal-qligħ u telf ta' din ta' l-aħħar, min-naħa, u ta' Interbew, min-naħa l-oħra.

234   Barra minn hekk għandu jiġi nnotat li, indipendentement mill-karattru divergenti ta' l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-partijiet f'risposta għal mistoqsija bil-miktub tal-Qorti tal-Prim'Istanza, jirriżulta mis-silta tad-dikjarazzjoni dwar il-laqgħa tas-17 ta' April 1997 li din ta' l-aħħar kellha, oltrè kull raġonevoli dubju, karattru illegali.

235   L-iskop anti-kompettitiv tal-laqgħa ħareġ, fl-ewwel lok, mis-suġġetti speċifiċi ta' diskussjoni. Is-sempliċi fatt li s-suġġetti bħall-"produzzjoni", "roħs fil-prezzijiet" jew "marketing u investimenti fir-reklamar" kienu s-suġġett ta' ftehim bejn id-diriġenti l-aktar għolja ta' żewġ kompetituri prinċipali fuq is-suq tal-birra jippermetti li jiġi pprovat skop anti-kompetittiv.

236   Fit-tieni lok, jirriżulta b'mod ċar mis-silta tad-dikjarazzjoni ta' Interbrew, imsemmija fil-punt 96 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-laqgħa tas-17 ta' April 1997 hija ppreżentata bħala eżempju ta' "laqgħat ta' istruzzjonijiet" bl-għan li tagħti segwitu għal-laqgħat oħra ta' l-akkordju fuq livell l-aktar għoli, b'tali mod li m'hemmx dubju dwar in-natura anti-kompetittiva tiegħu.

237   Fit-tielet lok, u f'dan il-kuntest, l-użu tat-terminu "sinerġija", fis-silta tad-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 96, jissuġġerixxi li dan ta' l-aħħar jirreferi ruħu b'mod ġeneriku għar-riżultati li dawk responsabbli fuq livell l-aktar għoli għall-akkordju stennew "laqgħat ta' istruzzjonijiet", li l-laqgħa tas-17 ta' April 1997 hija mogħtija bħala eżempju, u mhux għall-kwistjoni speċifika tax-xiri mill-ġdid ta' Kronenbourg/Alken-Maes. Barra minn hekk, kif tenfasizza ġustament il-Kummissjoni fil-kontroreplika tagħha, dan it-terminu huwa preliminarjament użat mill-awtur tad-dikjarazzjoni sabiex jirreferi mhux għad-diskussjonijiet fiq l-akkwist eventwali ta' Kronenbourg/Alken-Maes, iżda għal ċerti aspetti tal-kollaborazzjoni bejn Interbrew u Alken-Maes fi Franza. Dawn l-elementi huma wkoll favur il-konstatazzjoni tal-karattru anti-kompetittiv tal-laqgħa tas-17 ta' April 1997.

238   Fir-raba' lok, għandhom, kif tindikah il-Kummissjoni, jiġu analizzati l-elementi kollha fuq imsemmija fid-dawl ta' dikjarazzjonijiet oħra magħmula minn Alken-Maes matul il-proċedura amministrattiva. Konsegwentement, għandu jiġi nnotat li, fir-risposta tagħha tas-27 ta' Diċembru 1999 għat-talba għall-informazzjoni mill-Kummissjoni tal-11 ta' Novembru 1999, Alken-Maes indikat, waqt li titlob fl-istess ħin għall-benefiċċju tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni, li "kienu saru bosta laqgħat bejn kollaboraturi ta' Alken-Maes u prinċipalment M. R. V., dak iż-żmien direttur delegat, bejn 1992 u 1998 mal-kollaboraturi ta' Interbrew, prinċipalment M. T. u M. J. D., li matulhom id-distribuzzjoni u l-bejgħ ta' birra fil-Belġju kienu s-suġġett ta' ftehim".

239   Rigward l-argument ibbażat fuq il-preżenza ta' M. R. V. fil-laqgħa tas-17 ta' April, għandu jiġi kkunsidrat li tali preżenza ma tistax twassal għal preżunzjoni kwalunkwe f'sens jew ieħor, b'tali mod li għandu jiġi mwarrab.

240   Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha li jippreċedu, għandu jiġi konkluż li l-karattru illegali tal-laqgħa tas-17 ta' April 1997 ġie stabbilit b'mod korrett skond il-liġi mill-Kummissjoni.

 Fuq il-laqgħa tat-28 ta' Jannar 1998

241   Rigward il-kontenut tal-laqgħa tat-28 ta' Jannar 1998, li l-fatt li saret mhijiex ikkontestata mir-rikorrenti, il-portata li għandha tiġi attribwita lin-noti miktuba bl-idejn tad-direttur kummerċjali għall-Belgique ta' Interbrew, M. A. D., tiddependi mill-konklużjonijiet li wieħed jista' jasal għalihom minn żewġ elementi, jiġifieri n-natura ta' dak li jikkontjenu u l-istadju ta' attwalità tagħhom.

242   F'dak li jikkonċerna, l-ewwel nett, in-natura tal-kontenut tagħhom, in-natura omoġenea u strutturat tan-noti tar-rappreżentant ta' Interbrew, M. A. D., bla ebda kanċellamenti, iwassal sabiex jiġi konkluż li mhuwiex dwar rendikont ta' konverżazzjoni, imma ta' aide-mémoire.

243   Sussegwentement, f'dak li jikkonċerna, il-grad ta' attwalità tan-noti, jidher li ċertu numru ta' elementi ġew ipperċepita bħala attwali mill-awtur tagħhom. Huwa hekk, per eżempju, minn l-ewwel żewġ punti intitolati "organizzazzjoni, ftehim" u "fajliet attwali" li jidhru taħt l-ewwel rubrika intitolata "Suġġetti". Bl-istess mod, it-tielet rubrika "Ftehim horeca" tidher tikkonċerna l-organizzazzjoni futura tal-ftehim in kwistjoni. Barra minn hekk, it-tieni rubrika intitolata "Retroattività 1.1.1994" issemmi t-"twettiq" u ma tippermettix li jiġi mwarrab il-fatt li dan it-twettiq għadu jipproduċi, fil-moħħ ta' l-awtur, l-effetti tiegħu.

244   Billi huwa magħruf illi l-laqgħa tat-28 ta' Jannar 1998 bejn Interbrew u r-rikorrenti mhijiex ikkontestata, għandha tiġi analizzata, bħala riżultat ta' dak li kien sar rigward il-laqgħa tas-17 ta' April 1997 (ara l-punt 237 iktar 'il fuq), il-portata li għandha tiġi attribwita lil dawn in-noti fid-dawl tar-risposta ta' Alken-Maes tas-27 ta' Diċembru 1999 għat-talba għall-informazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Novembru 1999, li skondha "kien hemm bosta laqgħat bejn il-kollaboraturi ta' Alken-Maes u prinċipalment [M. R. V.], dak iż-żmien direttur delegat, bejn 1992 u 1998 mal-kollaboraturi ta' Interbrew, prinċipalment [M. T.] u [M. J. D.], li matulhom id-distribuzzjoni u l-bejgħ ta' birra fil-Belġju kienu s-suġġett ta' ftehim". Din id-dikjarazzjoni tikkostitwixxi, fiha nnifisha, ammissjoni min-naħa tar-rikorrenti tal-fatt li l-laqgħat anti-kompetittivi li jimplikawha baqgħu sejrin sa' l-1998. Konsegwentement, il-kontenut tagħha jippermetti li jiġi attribwit lin-noti miktubin bl-idejn ta' M. A. D. portata li tistabbilixxi n-natura antikompetittiva tal-laqgħa tat-28 ta' Jannar 1998.

245   Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat li jirriżulta mill-ġurisprudenza li, meta jkun ġie stabbilit li impriża pparteċipat f'laqgħat bejn impriżi b'karattru manifestament anti-kompetittiv, għandha l-obbligu li tressaq il-provi ta' natura li jistabbilixxu li l-parteċipazzjoni tagħha fl-imsemmija laqgħat kienet mingħajr kull ħsieb anti-kompetittiv, billi turi li hija indikat lill-kompetituri tagħha li hija kienet qed tipparteċipa fihom b'mir differenti minn tagħhom (sentenzi Hüls vs Il-Kummissjoni, punt 216 iktar 'il fuq, punt 155; Montecatini vs Il-Kummissjoni, punt 216 iktar 'il fuq, punt 181, u Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni, punt 185 iktar 'il fuq, punt 81). Fin-nuqqas ta' tali prova ta' tbegħid, parteċipazzjoni, anki jekk passiva, fl-imsemmija laqgħat jippermetti li jiġi kkunsidrat li l-impriża tipparteċipa fl-akkordju li jirriżulta minnha (sentenza Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni, punt 185 iktar 'il fuq, punt 84, u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' Marzu 2002, HFB et vs Il-Kummissjoni, T‑9/99, Ġabra p. II‑1487, punt 223). Barra minn hekk, il-fatt li din l-impriża ma tikkonformax ruħha mar-riżultati ta' dawn il-laqgħat mhuwiex ta' natura li jeżoneraha mir-responsabbiltà sħiħa tagħha mill-fatt tal-parteċipazzjoni tagħha fl-akkordju (sentenzi Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni, punt 185 iktar 'il fuq, punt 85 ; Mayr-Melnhof vs Il-Kummissjoni, punt 57 iktar 'il fuq, punt 135, u Ciment, punt 31 iktar 'il fuq, punt 1389).

246   F'dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma ressqietx provi ta' natura li jistabbilixxu li l-parteċipazzjoni tagħha, mhux ikkuntestata, fil-laqgħa tat-28 ta' Jannar 1998 kienet mingħajr kull ħsieb anti-kompetittiv billi turi b'mod partikolari li hija indikat lir-rappreżentant ta' Interbrew li hija kienet qed tipparteċipa b'mir differenti minn tiegħu.

247   Jirriżulta minn dak li jippreċedi li l-Kummissjoni stabbiliet b'mod korrett skond il-liġi li l-ksur in kwistjoni dam sejjer sat-28 ta' Jannar 1998.

248   F'dawn il-kundizzjonijiet, hemm lok li dan il-motiv jiġi miċħud.

3.     Fuq il-motiv ibbażat fuq karattru infondat taċ-ċirkustanza aggravanti meqjusa minħabba l-pressjoni eżerċitata fuq Interbrew

a)     L-argumenti tal-partijiet

249   Skond ir-rikorrenti, billi tikkonkludi li hija eżerċitat, waqt il-laqgħa tal-11 ta' Mejju 1994, pressjoni fuq Interbrew, konsistenti f'theddida li taqlaha 'il barra mis-suq Franċiż fil-każ li tirrifjuta li tassenja kwota ta' bejgħ ta' 500 000 ettolitri fuq is-suq Belġjan, li wassal għal estensjoni ta' l-akkordju minn dik id-data, il-Kummissjoni ma kkunsidratx sew il-portata tal-fatti in kwistjoni.

250   Fl-ewwel lok, jekk huwa veru li, waqt il-perijodu preċedenti għal-laqgħa tal-11 ta' Mejju 1994, id-diskussjonijiet kienu essenzjalment dwar il-prezzijiet, l-introduzzjoni ta' elementi addizzjonali wara dan il-perijodu, jiġifieri r-rispett tal-klijentela ta' kull waħda u sistema ġdida ta' tariffi, m'għandux jiġi interpretat bħala estensjoni sinifikattiva tal-ksur. B'mod partikolari, il-kwistjoni tar-rispett ta' klijenteli ta' xulxin ma ġietx imposta jekk mhux minħabba l-problemi kkawżati min-nuqqas ta' rispett minn Interbrew ta' ftehim esklużiv li jorbtu lill-Alken-Maes ma' ċerti klijenti tagħha. Barra minn hekk, suġġetti oħra ġew miġjuba fuq l-aġenda tal-laqgħat, kemm qabel kif ukoll wara l-laqgħa tal-11 ta' Mejju 1994, b'tali mod illi jkun eċċessiv li s-suġġetti diskussi mill-partijiet ta' estenżjoni tal-kooperazzjoni f'Mejju 1994 jiġu kklassifikati.

251   Fit-tieni lok, jekk kien hemm żvilupp mir-relazzjonijiet lejn akkordju iktar strutturat wara 1994, dan l-iżvilupp sarraf f'interessi ta' żewġ partijiet, jiġifieri, għal dak li jikkonċerna s-sistema ta' tariffi, għal dawk ta' Interbrew b'mod partikolari, l-ebda aspett ta' l-akkordju ma huwa fl-interess esklużiv tar-rikorrenti.

252   B'hekk, l-interess ta' Interbrew sabiex tikkonkludi, qabel Mejju 1994, patt ta' non-aggressjoni hu spjegat mill-biża tagħha li l-prezzijiet ma jiġux imnaqqsa fuq is-suq Belġjan. Kif tammetti l-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, Interbrew xtaqet b'ħilitha kollu ftehim fuq il-prezzijiet fil-Belġju sabiex tiskapula ruħha mill-politika aggressiva tar-rikorrenti fuq dan is-suġġett, filwaqt li tkompli politika aggressiva fir-rigward ta' l-akkordji esklużivi li jorbtu lill-Alken-Maes ma' ċerti klijenti tagħha, u sabiex tevita l-importazzjonijiet paralleli bi prezzijiet baxxi minn Franza. Minkejja li s-saħħa tagħha ppermettietilha, permezz ta' 'gwerra kummerċjali', li telimina lill-Alken-Maes mis-suq, Interbrew tat lilha nnifisha l-objettiv li tippaċifika s-suq Belġjan li hija ddominat sabiex tkun tista' tiffinanzja l-espansjoni tagħha internazzjonali grażżi għall-profitt imwettaq fil-Belġju, fejn il-prezzijiet kienu iktar għoljin. Konsegwentement, Alken-Maes wieġbet għal din ix-xewqa ta' paċifikazzjoni, almenu għall-ewwel b'kompetizzjoni feroċi bl-iskop ammess li tilħaq il-livell ta' profittabilità tagħha. Għaldaqstant Interbrew kellha interess immedjat għall-konklużjoni ta' patt ta' non-aggressjoni.

253   Barra minn hekk, Interbrew kellha interess li tinftiehem mar-rikorrenti bl-iskop tax-xiri mill-ġdid tas-settur tagħha "birra". L-akkordju tagħha ma' Alken-Maes jispjega ruħu anki mix-xewqa tagħha li jkollha sieħeb fl-impożizzjoni fuq is-suq ta' struttura ġdida ta' tariffi. Barra minn hekk, filwaqt li tirriskja kundanna għal abbuż ta' pożizzjoni dominanti, Interbrew setgħet kellha interess li tinftiehem ma' Alken-Maes iktar milli teliminaha mis-suq.

254   Barra minn hekk, l-allegati riluttanzi ta' Interbrew qabel 1994, li fuqhom il-Kummissjoni tibbaża ruħha fid-deċiżjoni kkontestata u fid-difiża tagħha, billi tagħmel riferenza b'mod partikolari għal nota interna ta' Interbrew ta' Marzu 1993, jirriżultaw minn interpretazzjoni ħażina mogħtija mill-Kummissjoni fuq il-portata ta' dan id-dokument. Jekk is-silta ċitata mill-Kummissjoni tinterpreta "riżervi" tajjeb, l-użu tagħha hija madankollu preġudikanti billi joħroġ minn dan l-istess dokument mhux biss li dawn ir-riżervi kienu relatati ma' ċensura skond l-Artikolu 82 KE, imma wkoll li l-uffiċjal esekuttiv prinċipali (CEO) ta' Interbrew ta' dak iż-żmien kien sforza lill-awtur ta' l-imsemmija nota sabiex jiddiskuti ma' Alken-Maes, li tagħti prova għall-kuntrarju tal-parteċipazzjoni volontarja u bla riżervi fl-akkordju, dak iż-żmien deċiża mid-diriġent l-aktar għoli ta' Interbrew. Fl-aħħar, il-Kummissjoni nesiet tinnota li l-awtur tan-nota li jagħmel riferiment għar-riżervi f'Marzu 1993 huwa dak li, sitt xhur iktar tard, meta sar is-CEO ta' Interbrew, ħa xi inizjattivi li jisforzaw lil Alken-Maes għal kooperazzjoni sabiex tilħaq il-prezz mixtieq minn Interbrew.

255   Il-Kummissjoni wkoll ma kkunsidratx il-fatt li Interbrew stabbiliet oġġettivi ċari għall-akkordju minn 1994, kif jiġi sottomess f'diversi punti tad-deċiżjoni kkontestata, li jsaħħu r-rwol prinċipali fl-akkordju qabel 1994 hekk kif inhuwa msemmi wkoll fid-deċiżjoni kkontestata. L-isem ta' l-akkordju minn Interbrew taħt numru kodiċi jikkonferma, barra minn hekk, l-approċċ strutturat tal-prattiċi in kwistjoni. Fl-aħħar, id-dikjarazzjoni tad-direttur delegat ta' Alken-Maes li skondtu l-parti l-kbira ta' diriġenti ta' Interbrew xtaqu akkordju minn qabel 1994 turi wkoll l-ineżistenza ta' l-allegati riluttanzi ta' Interbrew.

256   Fit-tielet lok, jekk ir-rikorrenti tirrikonoxxi, min-naħa, li hija wissiet lil Interbrew, waqt il-laqgħa tal-11 ta' Mejju 1994, dwar il-kompliċità tagħha fil-kuntratti illegali tagħha ta' distribuzzjoni fi Franza, hija ma setgħetx madankollu tassigura r-rispett skrupluż ta' l-imsemmija kuntratti, u konsegwentement bħala fatt ma teżerċita l-ebda pressjoni. It-teżi tat-theddida li saret kontra Interbrew hija barra minn hekk ikkontradita, fid-deċiżjoni kkontestata, bil-konstatazzjoni li skondtha Interbrew ma kinitx attenta għall-eżiġenza tar-rikorrenti dwar it-trasferiment ta' 500 000 ettolitri lill-Alken-Maes.

257   Min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta' simmetrija tar-relazzjonijiet ta' forza tar-rikorrenti u ta' Interbrew fi Franza u f'Belġju rispettivament kienet b'saħħitha ħafna. Mill-fatt tan-nuqqas ta' pożizzjoni dominanti tar-rikorrenti fi Franza, din ta' l-aħħar kienet, f'kull każ, inkapaċi milli taqla' lil Interbrew 'il barra minn dan it-territorju. Billi l-ħwienet tal-bejgħ huma s-suġġett ta' ftehim ta' distribuzzjoni konklużi mar-rikorrenti li ma rrappreżentawx ħlief 16% tal-ħwienet fi Franza, ikun manifestament infondat li jiġi emnut li Interbrew setgħet tagħmel kreditu b'kull riskju li tiġi mitfuha l-barra. Barra minn hekk, il-konsegwenzi eventwali ta' applikazzjoni stretta mir-rikorrenti tal-kuntratti tagħha ta' distribuzzjoni fi Franza ma kienu jkunu qatt ekwivalenti mar-riskju meħud mis-sussidjarja tar-rikorrenti fil-Belġju, fir-rigward ta' l-influwenza reali tas-saħħa finanzjarja ta' Interbrew fil-Belġju. Għaldaqstant, teżisti sproporzjon manifesta bejn l-eżistenza allegata ta' theddida li ma kinitx ġiet eżegwita u ż-żieda ta' l-ammont effettwat skond din iċ-ċirkustanza.

258   Barra minn hekk, waqt li attribwiet importanza għat-twissija indirizzata lil Interbrew, li ma kkonċernatx skondtha ħlief użu ta' mezzi legali – f'dan il-każ li ma ġiex implementat – sabiex twaqqaf il-kompliċità ta' Interbrew dwar il-kuntratti illegali fi Franza, il-Kummissjoni ma kkunsidratx it-theddid u l-miżuri eżerċitati minn Interbrew kontra Alken-Maes waqt dan il-perijodu kollu. B'hekk, ir-reazzjoni sproporzjonata ta' Interbrew għall-politika kummerċjali aggressiva ta' Alken-Maes fl-1994, id-diżinvoltura li biha hija kienet intenzjonata li tikkonvinċi lil Alken-Maes li ssegwi l-politika tagħha ta' żieda fil-prezz fl-1993 jew anki l-attakki taħt it-tmexxija ta' Interbrew fuq il-kafeteriji marbuta ma' Alken-Maes, li din ta' l-aħħar ġarbet, huma diversi provi ta' l-aggressjoni kostanti magħmula mir-rikorrenti f'isem Interbrew, impriża dominanti li "itterorizzat is-suq", billi ssib ruħha fit-triq li teskludi lil Alken-Maes.

259   Rigward is-sodisfazzjoni espressa minn Interbrew, f'Jannar 1998, fir-rigward tar-riżultati ta' l-akkordju, kif jixhdu n-noti meħuda mid-direttur kummerċjali tagħha għall-Belġju, hija ma taqbilx mat-teżi ta' pressjoni eżerċitata minn Alken-Maes fuq Interbrew.

260   Fir-raba' u fl-aħħar lok, ir-rikorrenti ssostni li, f'kull każ, il-prova tat-theddida li allegatament hija kienet għamlet ma nġabitx. Id-dikjarazzjonijiet kollha ta' Interbrew ġew stabbiliti fis-sena 2000 u kkomunikati lill-Kummissjoni f'stadju avvanzat tal-proċedura ta' investigazzjoni. Huma huma f'konformità ma' l-istrateġija tad-difiża ta' Interbrew u m'għandhomx, għaldaqstant, jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni bħala elementi probatorji. Rigward l-uniku dokument li tressaq minn terz b'sostenn għat-teżi tal-Kummissjoni, jiġifieri d-dokument Heineken, m'għandux l-anqas jikkostitwixxi prova valida.

261   Dan id-dokument, billi jikkwota d-dikjarazzjonijiet ta' Interbrew, mhuwiex konstatazzjoni indipendenti tal-pressjoni allegata. Barra minn hekk, billi mhuwiex magħruf la l-awtur tiegħu u lanqas id-data tiegħu, hemm lok, li s-sinċerità tal-proposti kkwotati jiġu ddubitati, iktar u iktar billi huwa impossibli li jiġi ddeterminat jekk id-dokument ġiex ddraftjat minn responsabbli ta' Heineken jew ta' Interbrew. Barra minn hekk in-natura tiegħu hija diffiċli sabiex tiġi evalwata u l-kontenut tiegħu huwa sibillina. Id-dokument mhuwiex fil-fatt la ittra u lanqas nota, imma pjuttost silta ta' lista li fuqha jidher l-isem miktub ħażin ta' diriġent ta' Interbrew fil-kariga fis-snin 90 (M. C.) u li fiha jissemmew tliet partijiet minn sentenza ta' sentenzi mibdija b'daxxijiet, li jidhru jagħmlu parti minn enumerazzjoni. It-tieni daxx isegwi xi kliem segwenti miktub bl-Olandiż: "Tliet snin ilu [M. K.] poġġa lil Interbrew quddiem l-għażla li [tagħti] 500 000 [ettolitri] [lil Maes] jew jaqlagħha barra minn Franza". Għaldaqstant, it-terminu "tagħti" mhuwiex imniżżel fis-silta bl-Olandiż u l-kliem "lil Alken-Maes" kienu ġew miżjuda bil-miktub. Għaldaqstant huwa impossibli li jingħata sens ċar lill-erba' linji, separati mill-kuntest proprju tagħhom, li jikkostitwixxu d-dokument Heineken. Billi l-Kummissjoni ma pprovatx totjeni informazzjoni iktar vasta fuq id-dokument Heineken u fuq l-importanza tal-kontenut tiegħu, dan ta' l-aħħar hija nieqsa minn kull valur probatorju.

262   Skond il-Kummissjoni, joħroġ mill-punti 45 u 46 tad-deċiżjoni kkontestata, li ma kienux ikkontestati mir-rikorrenti, min-naħa, li qabel il-laqgħa tal-11 ta' Mejju 1994 Interbrew kienet riluttanti sabiex testendi l-kooperazzjoni tagħha mar-rikorrenti fil-Belġju u li hija ħadet pożizzjoni "li ma tibdiex gwerra" u, min-naħa l-oħra, li wara din id-data ġie konkluż patt ta' non-aggressjoni. It-teżi żviluppata mir-rikorrenti ta' l-intenzjoni ta' Interbrew, qabel 1994, li tinftiehem ma' Alken-Maes sabiex twaqqaf il-politika kummerċjali aggressiva ta' din ta' l-aħħar mhijiex ħlief spekulattiva, billi kien avvera ruħu l-karattru aggressiv tal-politika ta' Alken-Maes kontra Interbrew. Fid-dawl ta' l-iżvilupp immarkat bl-attitudni ta' Interbrew, hemm lok li jiġi dedott minnu l-eżistenza ta' rabta kawżali bejn it-theddida li saret mir-rikorrenti, li barra minn hekk tammetti r-realtà ta' l-estensjoni tal-kooperazzjoni mill-bidu tal-11 ta' Mejju 1994, u l-iżvilupp ta' l-attitudni ta' Interbrew.

263   Il-fatt li Interbrew hija l-attur l-iktar importanti fuq is-suq tal-birra fil-Belġju ma jippermettix li jiġi eskluż li hija kellha xi riluttanzi fir-rigward ta' twessiegħ ta' l-akkordju, u lanqas li hija kienet is-suġġett ta' theddid ta' gwerra kummerċjali mill-parti ta' attur ekonomiku globalment iktar importanti minnha u b'mod partikolari b'saħħtu fi Franza, stat fejn Interbrew kienet min-naħa l-oħra f'pożizzjoni debboli. Dan ix-xenarju huwa iktar u iktar kredibbli billi t-theddida in kwistjoni kkonsistiet f'azzjoni miftiehma tar-rikorrenti u ta' Heineken u li Alken-Maes ma kinitx impriża isolata, imma sussidjarja tar-rikorrenti, b'hekk ta' grupp internazzjonali. Fl-aħħar nett, il-fatt li Interbrew kienet setgħet tiddikjara ruħha sodisfatta, lejn it-tmiem ta' l-akkordju, bir-riżultati miksuba, m'għandux jippermetti l-konklużjoni tan-nuqqas ta' riluttanzi inizzjali.

264   Dwar l-argument tar-rikorrenti li skondtu ċ-ċitazzjoni estratta min-nota ta' M. M. tat-12 ta' Marzu 1993 hija preżentazzjoni preġudikata tar-realtà, il-Kummissjoni, l-ewwel, issostni li l-użu ta' din iċ-ċitazzjoni fil-punt 45 tad-deċiżjoni kkontestata ma tnaqqasx bl-ebda mod il-pressjonijiet adoperati mill-ġerarkija ta' Interbrew. Barra minn hekk, jirriżulta mill-istess ċitazzjoni li r-rikorrenti xtaqet tirrinforza din il-kooperazzjoni u li hija kellha aktar x'terbaħ minnha minn Interbrew, li r-rikorrenti tastjeni sewwa milli ssemmi. Il-fatt li r-riluttanzi ta' Interbrew setgħu kienu mmotivati mill-biża ta' azzjonijiet legali għal ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni huwa bla konsegwenza fuq l-eżistenza ta' dawn ir-riluttanzi. Hekk ukoll dwar l-inizjattiva li l-awtur tar-riżervi inizjali ta' Interbrew konsegwentement irrenda ruħu ħati sabiex jisforza lil Alken-Maes sabiex jilħaq il-prezz mixtieq minn Interbrew. Rigward id-dikjarazzjoni ta' l-amministratur preċedenti ta' Alken-Maes preċedenti, li skondtha l-maġġorità kbira ta' diretturi ta' Interbrew xtaqu l-konklużjoni ta' ftehim qabel 1994, hija tiġi wara l-fatti u l-użu li kienet saret minnha hija selettiva ħafna, li titratta bil-moħbi ċerti mis-silti tagħha li jagħmlu riferenza għat-theddida li saret kontra Interbrew.

265   Il-Kummissjoni ssostni li hija qatt ma poġġiet f'dubju l-interess ta' Interbrew li tikkonkludi ftehim, iżda sempliċement uriet li l-estenżjoni ta' din ta' l-aħħar kien ir-riżultat tat-theddida li saret mir-rikorrenti.

266   L-argument tar-rikorrenti li skondtu, qabel 1994, Interbrew xtaqet tiftiehem fuq il-prezzijiet sabiex twaqqaf il-politika kummerċjali aggressiva ta' Alken-Maes u tipprevjeni l-importazzjonijiet paralleli bi prezz baxx minn Franza mhuwa bbażat fuq ebda prova. Id-dokumenti meqjusa li jipprovaw il-politika ta' prezz aggressiv ta' Alken-Maes isemmu laqgħa bejn ir-responsabbli ta' Alken-Maes u ta' Interbrew wara Mejju 1994, li ma jippermettix li jiġi dedott li l-estenżjoni tal-ftehim f'din id-data rriżulta minn volontà ta' Interbrew. Id-dokumenti relatati ma' l-importazzjonijiet paralleli mhumiex fir-rigward tagħhom konklużivi, mhux iktar minn dawk li suppost juru l-volontà ta' Interbrew li tiffinanzja l-espansjoni internazzjonali tagħha grazzi għall-profitti magħmula fil-Belġju. Rigward għan-negozjati dwar xiri mill-ġdid eventwali ta' Kronenbourg minn Interbrew, huma ma jurux interess spontanju ta' din ta' l-aħħar għall-ftehim, mhux iktar mill-biża ta' azzjonijiet legali għal abbuż ta' pożizzjoni dominanti ma setax wassal li jinkuraġġixxi lil Interbrew li tifrex ftehim, li huwa wkoll illegali mill-perspettiva tad-dritt tal-kompetizzjoni.

267   Il-Kummissjoni issostni, konsegwentement, li l-ispjegazzjoni tal-laqgħa tal-11 ta' Mejju 1994 u ta' l-evokazzjoni ta' 500 000 ettolitri mir-rikorrenti mhijiex kredibbli, billi tinnota li din ta' l-aħħar ma tikkontestax li kienet saret effettivament allusjoni għal din il-kwantità, kif ukoll għal ċertu tip ta' theddida.

268   Rigward il-kontestazzjoni mir-rikorrenti tal-prova ta' din it-theddida, il-Kummissjoni ssostni, l-ewwel nett, li r-rikorrenti semmiet, fir-risposta tagħha għall-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, li wieħed responsabbli ta' Alken-Maes (M. R. V.) informa lil Interbrew, "li kien irritat bil-politika aggressiva tagħha, li ma kienx qed jistenna li jingħata iktar minn 500 000 ettolitri, li kkorisponda għal-livell ta' profittabilità tagħha". Barra minn hekk, Interbrew kienet ġiet notifikata, fir-rigward tal-prattiċi predaturi fis-settur horeca fil-Belġju, li r-rikorrenti "setgħet tadotta politika iktar stretta fil-konfront ta' Interbrew fi Franza jekk Interbrew ma ġabietx fi tmiem l-abbużi tagħha fil-Belġju". Minn dawn iż-żewġ asserzjonijiet jirriżulta ċertu theddida, għax il-fatt li li l-kompetitur jiġi mitlub li jpoġġi fi tmiem ċerti prattiċi billi jiġi infurmat bin-neċessità li jiddisponi minn ċertu volum sabiex jagħmel profitt ifisser li jiġi mitlub it-trasferiment ta' dan il-volum taħt it-theddida ta' ritaljazzjoni.

269   Il-Kummissjoni tinnota barra minn hekk li rappreżentant ta' Interbrew (M. C.) iddikjara li rappreżentant ta' Alken-Maes [M. K.] "irrepeta l-esiġenzi tiegħu li jiġu ttrasferiti 500 000 [ettolitri] lill-[Alken-Maes] taħt it-theddida tad-distruzzjoni ta' [Interbrew] fi Franza". Barra minn hekk huwa "irrakkomanda komportament [Interbrew]/[Alken-Maes] fil-Belġju li jkun xempju 'tal-ftehim fi Franza' ", billi nnota li l-"mekkaniżmu Franċiż ifisser li d-[d]iretturi ta' bejgħ alimentari (Food) ta' Heineken u Kronenbourg jiftehmu spiss ħafna sabiex jikkontrollaw sehem tas-suq rispettivi billi jimmanipulaw – il-promozzjonijiet, -il-prezzijiet, - il-kundizzjonijiet".

270   Il-Kummissjoni tipproduċi fil-kontroreplika tagħha, b'risposta għall-affermazzjoni tar-rikorrenti li skondtha hija ma bbażatx ruħha, sabiex turi l-eżistenza ta' theddida, ħlief fuq id-dokument Heineken, dikjarazzjoni ta' Interbrew ta' l-14 ta' Jannar 2000, li fiha l-awtur tad-dikjarazzjoni jikteb: "[i]l-pożizzjoni tar-[rikorrenti] kienet li s-sitwazzjoni ta' [Alken-Maes] kienet diffiċli ħafna u li [Interbrew] kellha tghinha. Il-bastun kbir li kellhom sabiex jikkonvinċuna kien li Kronenbourg setgħet tirrendilna l-ħajja diffiċli ħafna fi Franza".

271   Barra minn hekk, it-theddida kienet ipprovata b'mod indipendenti mid-dokument Heineken, iċċitata fil-komunikazzjoni ta' l-ilmenti kif ukoll fid-deċiżjoni kkontestata. Dan id-dokument, mhux iddatat u mhux iffirmat iżda misjub f'kexxun ta' l-uffiċċju ta' membru tal-bord tad-diretturi ta' Heineken, isemmi li, tliet snin qabel, responsabbli ta' Alken-Maes, M. K., "poġġa lil Interbrew quddiem l-għażla li ċċedi 500 000 ettolitri lill-Alken-Maes jew li tiġi mitfugħa l-barra minn Franza. Id-dokument għamel riferenza għall-modalitajiet ta' kooperazzjoni bejn Heineken u Kronenbourg fi Franza". 

272   Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-forza probatorja ta' dan id-dokument, li għalih ir-rikorrenti kellha aċċess fil-verżjoni tagħha mhux kunfidenzjali, mhijiex alterata bin-nuqqas ta' data u ta' identifikazzjoni ta' l-awtur tagħha jew tal-persuni li kellhom konoxxenza tiegħu. Meħud in kunsiderazzjoni l-post fejn ġie misjub, kollox iwassal sabiex jiġi emnut li d-dokument Heineken ġie ddraftjat għal jew min-membru tal-bord tad-diretturi ta' Heineken. Barra minn hekk, il-parir ta' Heineken kien ikkonferma li l-klijentela tiegħu kienet sewwa sew fl-oriġini tad-dokument

273   Skond il-Kummissjoni, in-natura koerenti ta' l-ammissjonijiet tar-rikorrenti, tad-dikjarazzjonijiet ta' Interbrew u tal-kontenut tad-dokument Heineken jipprovaw il-fatt li theddida kienet effettivament saret kontra Interbrew.

274   Rigward l-argumenti żviluppati mir-rikorrenti, fir-replika tagħha, b'sostenn għat-teżi li skondtha t-theddida kienet bla effetti, il-Kummissjoni tosserva, taħt titolu preliminari, li huma jippresupponu impliċitament li kienet saret theddida. Id-dikjarazzjonijiet, miġjuba mir-rikorrenti, ta' wieħed mid-diretturi tagħha ta' dak iż-żmien) huma barra minn hekk inkoerenti. Jekk dan ta' l-aħħar jindika, fil-fatt, li "Kronenbourg qatt ma kinet f'miżura li titfa' l-barra lill-Interbrew", dan huwa kontradittorju mal-fatt li hija semmiet "li Danone setgħet tadotta politika iktar stretta fil-konfront ta' Interbrew fi Franza jekk Interbrew ma poġġietx tmiem għall-abbużi tagħha f'Belġju". Mhuwiex verosimili li kienet saret theddida b'konoxxenza sħiħa ta' l-impossibbiltà tat-twettiq tagħha. Rigward għall-allegat nuqqas ta' attenzjoni miġjub min-naħa ta' Interbrew, ir-rikorrenti mhijiex f'miżura li tistabilixxih, waqt li jirriżulta mill-inkartament li Interbrew ħadet il-minaċċi tagħha serjament.

275   Kontrattakk eventwali ta' Interbrew wara l-inizjattivi ta' Alken-Maes fuq il-ħwienet tax-xorb m'għandux barra minn hekk jippermetti li jiġi eskluż li Interbrew kienet ħadet bis-serjetà dak li pperċepiet bħala theddida. Rigward għad-dokumenti mressqa b'sostenn tad-dimostrazzjoni tat-"terrur" li Interbrew kienet ġabet fuq is-suq, huma mhumiex konklużivi. Ma jirriżulta mill-ebda wieħed minnhom li Interbrew kienet sistematikament attakkat il-ħwienet ta' Alken-Maes.

276   Fl-aħħar, il-Kummissjoni tenfasizza li r-rikorrenti, billi tikkontesta li kienet għamlet theddida, ma tidhirx tikkontesta li theddida, li kienet mingħajr segwitu, tikkostitwixxi ċirkustanza aggravanti.

b)     Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

277   Hekk kif jirriżulta mill-ġurisprudenza, meta sar ksur minn diversi impriżi, hemm lok, fil-kuntest ta' l-iffissar ta' l-ammont tal-multi, li tiġi eżaminata l-gravità dwar il-parteċipazzjoni ta' kull waħda minnhom (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Diċembru 1975, Suiker Unie et vs Il-Kummissjoni, 40/73 sa 48/73, 50/73, 54/73 sa 56/73, 111/73, 113/73 u 114/73, Ġabra p. 1663, punt 623), li jimplika, b'mod partikolari, li jiġu stabbiliti r-rwolijiet tagħhom rispettivi fil-ksur waqt id-dewmien tal-parteċipazzjoni tagħhom f'din ta' l-aħħar (sentenza Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni, punt 215 iktar 'il fuq, punt 150 ; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 1991, Enichem Anic vs Il-Kummissjoni, T‑6/89, Ġabra p. II‑1623, punt 264).

278   Din il-konklużjoni tikkostitwixxi l-konsegwenza loġika tal-prinċipju ta' individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet li tgħid li impriża m'għandiex tiġi sanzjonata ħlief għall-fatti li huma individwalment allegati kontriha, prinċipju li huwa applikabbli fil-proċedura kollha amministrattiva li jista' iwassal għal sanzjonijiet skond regoli komunitarji ta' kompetizzjoni (ara, f'dak li jikkonċerna l-imputazzjoni ta' multa, is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Diċembru 2001, Krupp Thyssen Stainless et Acciai speciali Terni vs Il-Kummissjoni, T‑45/98 u T‑47/98, Ġabra p. II‑3757, punt 63).

279   Konformement ma' dawn il-prinċipji, il-punti 2 u 3 tal-linji gwida jipprovdu aġġustament ta' l-ammont bażiku tal-multa in funzjoni ta' ċerti ċirkustanzi aggravanti u attenwanti, li huma proprji għal kull impriża kkonċernata. Il-punt 2 jistabilixxi, b'mod partikolari, lista mhux eżawrjenti taċ-ċirkustanzi aggravanti li jistgħu jiġu meħuda in kunsiderazzjoni.

280   F'dan il-każ, il-Kummissjoni kkunsidrat kontra r-rikorrenti, fil-punt 315 tad-deċiżjoni kkontestata, il-fatt li hija "sforzat lill-Interbrew sabiex twessa' l-kooperazzjoni tagħhom billi heddieta b'ritaljazzjoni fil-każ li hija rrifjutat".

281   Taħt titolu preliminari, għandu jiġi nnotat li huwa b'mod korrett li l-Kummissjoni kkunsidrat li l-fatt li impriża parti minn akkordju tisforza parti oħra fl-imsemmi akkordju sabiex twessa' l-kamp ta' dan ta' l-aħħar billi theddida b'ritaljazzjonijiet f'każ ta' rifjut jista' jiġi kkunsidrat bħala ċirkustanza aggravanti. Fil-fatt, dan il-komportament għandu bħala effett dirett li jżid id-danni kkrejati mill-akkordju u impriża li tadotta tali komportament għandha minn dan il-fatt iġġorr responsabbiltà partikolari (ara, b'analoġija ma' l-evalwazzjoni tar-rwol ta' « kap» ta' akkordju, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Novembru 1983, IAZ et vs Il-Kummissjoni, 96/82 sa 102/82, 104/82, 105/82, 108/82 u 110/82, Ġabra p. 3369, punti 57 u 58, u tas-16 ta' Novembru 2000, Finnboard vs Il-Kummissjoni, C‑298/98 P, Ġabra p. I‑10157, punt 45 ; is-sentenza Mayr-Melnhof vs Il-Kummissjoni, punt 57 iktar 'il fuq, punt 291).

282   Il-Kummissjoni tistabilixxi b'sostenn tal-konstatazzjoni taċ-ċirkustanza aggravanti preċitata rabta ta' kawżalità bejn l-estenżjoni tal-kooperazzjoni, hekk kif hija b'mod partikolari miġbura fil-qosor fil-punti 236, 239, 243 u 244 tad-deċiżjoni kkontestata, li jibbażaw rwieħhom fuq il-fatti li jikkonċernaw is-sena 1994 deskritti fil-punti 51 sa 68, u t-theddida, li saret mir-rikorrenti, ta' ritaljazzjonijiet kontra Interbrew f'ipoteżi ta' rifjut ta' estenżjoni tal-kooperazzjoni.

283   Sabiex jiġi ddeterminat il-mertu tal-konstatazzjoni mill-Kummissjoni taċ-ċirkustanza aggravanti applikata fil-konfront tar-rikorrenti, għandhom jiġu eżaminati suċċessivament ir-realtà tal-formulazzjoni ta' theddida ta' ritaljazzjonijiet, dik ta' l-estenżjoni tal-kooperazzjoni u, fl-ipoteżi fejn dawn iż-żewġ elementi ta' fatt ikunu kkonfermati, jekk it-theddida li saret kellhiex effettivament bħala effett l-estenżjoni tal-kooperazzjoni.

284   Fl-ewwel lok, rigward il-prova tal-formulazzjoni ta' theddida, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni kkonkludiet f'dan is-sens fuq il-bażi, min-naħa, tad-dikjarazzjoni ta' M. C., ta' Interbrew, tat-12 ta' Jannar 2000, miżjuda f'anness 18 ta' l-ittra ta' Interbrew lill-Kummissjoni tat-28 ta' Frar 2000, u, min-naħa l-oħra, tal-kontenut tad-dokument Heineken (ara punt 271 iktar 'il fuq). Skond il-Kummissjoni, il-veraċità tad-dikjarazzjoni ta' Interbrew li skondtha theddida kienet saret matul il-laqgħa tal-11 ta' Mejju 1994 hija kkonfermata mid-dokument Heineken, li jġib il-formulazzjoni ta' l-imsemmija theddida.

285   Rigward l-argument tar-rikorrenti li skondtu d-dikjarazzjoni ta' Interbrew m'għandhiex tiġi kkunsidrata bħala probatorja, għandu jiġi mfakkar li, skond il-ġurisprudenza, l-ebda dispożizzjoni u lanqas l-ebda prinċipju ġenerali tad-dritt komunitarju ma jipprojbixxi lill-Kummissjoni li tipprevali ruħha kontra impriża mid-dikjarazzjonijiet ta' impriżi oħra inkriminati. Jekk tali ma kienx il-każ, l-oneru tal-prova fuq il-Kummissjoni ta' komportamenti kuntrarji għall-artikoli 81 KE u 82 KE, ikun insostenibbli u inkompatibbli mal-missjoni ta' sorveljanza ta' l-applikazzjoni tajba ta' dawn id-dispożizzjonijiet li hija attribwita lilha mit-Trattat KE (sentenza PVC II, punt 154 iktar 'il fuq, punt 512). Madankollu, id-dikjarazzjoni ta' impriża akkużata li kienet ipparteċipat f'akkordju, li l-eżattezza tagħha hija kkontestata minn diversi impriżi akkużati, ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li tikkostitwixxi prova suffiċjenti tal-fatti in kwistjoni mingħajr ma tiġi elaborata minn provi oħra (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Mejju 1998, Enso-Gutzeit vs Il-Kummissjoni, T‑337/94, Ġabra p. II‑1571, punt 91). Billi l-akkordju jimplika, f'dan il-każ, żewġ partijiet biss, il-kontestazzjoni tal-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' Interbrew mir-rikorrenti huwa biżżejjed sabiex jiġi rikjest li jiġu elaborati bi provi oħra. Dan huwa iktar u iktar il-każ fir-rigward ta' dikjarazzjoni li twassal sabiex tnaqqas ir-responsabbiltà ta' l-impriża liema dikjarazzjoni saret f'isimha, billi tiġi eżebita r-responsabbiltà ta' impriża oħra. Għaldaqstant, hemm lok li jiġi stabbilit jekk id-dikjarazzjoni ta' Interbrew hijiex ikkorroborata bi provi oħra.

286   Billi l-Kummissjoni xorta waħda bbażat ruħha, sabiex tikkonkludi għall-veraċità tad-dikjarazzjoni ta' Interbrew, fuq id-dokument Heineken, li jistabilixxi l-formulazzjoni ta' l-imsemmija theddida u li l-karattru probatorju tiegħu huwa wkoll ikkontestat mir-rikorrenti, għandu jiġi ddeterminat jekk l-imsemmi dokument jistabilixxi, b'mod suffiċjentement probatorju, il-formulazzjoni ta' theddida sabiex, fuq il-bażi ta' l-imsemmi dokument u tad-dikjarazzjoni ta' Interbrew, il-formulazzjoni ta' theddida tiġi kkunsidrata bħala stabbilità. F'dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li, sabiex tiġi evalwata l-valur probatorju ta' dokument, għandu fl-ewwel lok tiġi vverifikata l-veraċità ta' l-informazzjoni li tinsab fih. Għaldaqstant, għandhom jiġu kkunsidrati, b'mod partikolari, l-oriġini tad-dokument, iċ-ċirkustanzi ta' l-elaborazzjoni tiegħu, d-destinatarju tiegħu, u wieħed għandu jistaqsi ruħu jekk, mill-kontenut tiegħu, id-dokument jidhirx raġonevoli u kredibbli (konklużjonijiet ta' l-imħallef M. Vesterdorf li jaqdi l-funzjoni ta' Avukat Ġenerali fuq ordni tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-24 ta' Ottubru 1991, Rhône-Poulenc vs Il-Kummissjoni, T‑1/89, Ġabra p. II‑867, II‑869, II‑956; is-sentenza Ciment, punt 31 iktar 'il fuq, punt 1838).

287   F'dan il-każ, għandu l-ewwel nett jiġi kkonstatat li d-dokument Heineken jattribwixxi lid-direttur ġenerali tad-diviżjoni tal-"birra" tar-rikorrenti fiż-żmien tal-fatti in kwistjoni l-fatt li kien "poġġa lil Interbrew quddiem l-għażla li ċċedi 500 000 [ettolitri] lil Maes jew li tiġi mitfugħa l-barra minn Franza [u] […] għamel riferenza għall-modalitajiet ta' kooperazzjoni bejn Heineken u Kronenbourg fi Franza". F'dan ir-rigward, billi jirreferi ruħu għall-formulazzjoni ta' eżiġenza miżjuda b'miżuri eventwali ta' ritaljazzjonijiet, huwa jikkostitwixxi theddida.

288   Konsegwentement, rigward il-grad ta' kredibbiltà tad-dokument, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li, minkejja li mhux iddatat, id-dokument Heineken loġikament ġie applikat qabel it-22 ta' Marzu 2000, billi ġie iffotokopjat għand Heineken, waqt investigazzjoni mmexxija skond l-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 17, f'din id-data (ara punt 39 iktar 'il fuq), u li għaldaqstant, kien jeżisti qabel il-bidu tal-proċedura u qabel ma ntbagħtet il-komunikazzjoni ta' l-ilmenti lill-impriżi in kwistjoni. Fit-tieni lok, għandu jiġi kkunsidrat li, minkejja li d-dokument Heineken mhuwiex iffirmat, il-fatt li ġie misjub fil-kexxun ta' membru tal-bord tad-diretturi ta' Heineken, jiġifieri fl-uffiċċju ta' diriġent għoli ta' terza impriża, jippermetti li jiġi konkluż li l-kontenut tad-dokument huwa denju ta' fiduċja. Fit-tielet lok, il-fatt li l-proposti in kwistjoni kienu setgħu jiġu attribwiti lil Heineken minn Interbrew, kif tissuġġerixxi r-rikorrenti, mhuwiex ta' natura li tpoġġi f'dubju l-veraċità tal-kontenut tagħhom. Fil-fatt, wieħed m'għandux jagħti kreditu lit-teżi waħedha li tista' issostni dan id-dubju tal-veraċità tal-kontenut tad-dokument, jiġifieri li Interbrew kienet setgħet iddeskriviet intenzjonalment fatti imaġinarji lil Heineken bl-uniku skop li jistabilixxi, fil-perspettiva ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa, teżi tal-pressjoni li tippermettilha li timinimizza r-rwol tagħha fl-akkordju.

289   Fl-aħħar, għandu jiġi nnotat li, jekk ir-rikorrenti tikkontesta l-fatt li l-laqgħa tal-11 ta' Mejju 1994 wasslet għall-formulazzjoni ta' theddida, hija ma tikkontestax madankollu la li kienet saret twissija f'din l-okkażjoni (ara punt 256 iktar 'il fuq), u lanqas li kien hemm kwistjoni, matul il-laqgħa, ta' volum ta' 500 000 ettolitri, u laqqas, finalment, li d-dokument Heineken jirreferi ruħu għal-laqgħa tal-11 ta' Mejju 1994.

290   Jirriżulta minn dak li jippreċedi li d-dokument Heineken għandu valur probatorju elevat u li, fir-rigward ta' l-elementi kontestwali li r-rikorrenti tastjeni ruħha milli tikkontesta, id-dikjarazzjoni ta' M. C. ta' Interbrew tat-12 ta' Jannar 2000 u tad-dokument Heineken flimkien jistabilixxu li r-rikorrenti effettivament għamlet theddida kontra Interbrew fil-11 ta' Mejju 1994.

291   Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-kwistjoni tar-realtà ta' l-estenżjoni tal-kooperazzjoni kkonstatata, għandu l-ewwel nett jiġi nnotat li, jekk ir-rikorrenti tikkunsidra li huwa eċċessiv li tikkwalifika bħala estenżjoni tal-kooperazzjoni l-modifikazzjoni tas-suġġetti diskussi bejn il-partijiet, hija tammetti madankollu li kien hemm żvilupp tad-diskussjonijiet wara Mejju 1994, anki jekk skondtha, l-ewwel nett, dan l-iżvilupp ma jikkonċernax, ħlief ir-"rispett tal-klijentela ta' kull waħda minnhom" billi din ta' l-aħħar kienet marbuta bil-ftehim ta' esklussività.

292   Għandu jiġi nnotat ukoll li r-rikorrenti ma tikkontestax il-konklużjonijiet kontenuti fid-deċiżjoni kkontestata, li skondthom l-akkordju inkluda ftehim ta' qsim tas-suq taħt il-forma ta' patt ta' non-aggressjoni. Fil-fatt, hija stess indikat lill-Kummissjoni l-eżistenza ta' patt ta' non-aggressjoni, kif turi l-ittra ta' Alken-Maes lill-Kummissjoni tas-7 ta' Marzu 2000, li tipprovdi:

"Jidher b'mod partikolari li fl-aħħar tas-sena 1994 kien sar ftehim bejn iż-żewġ kumpanniji li jkopri l-kanali ta' distribuzzjoni fil-Belġju iżda b'dettall partikolari li jikkonċerna l-kanali ta' l-horeca. Il-ftehim kien jikkomporta b'mod partikolari […] patt ta' non-agressjoni […]"

293   Fl-aħħar, bilfors għandu jiġi kkonstatat li, b'mod partikolari fil-punti 56, 59 sa 65, 73 u 104 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni tistabilixxi b'mod korrett skond il-liġi li l-akkordju inkuda mit-tieni semestru tas-sena 1994 komponent ta' qsim tas-suq. Barra minn hekk jirriżulta mill-punti 53 sa 58 tad-deċiżjoni kkontestata li l-proċess li wassal għal din l-inklużjoni kien beda mill-bidu ta' Mejju 1994.

294   Għaldaqstant għandu jiġi konkluż li effettivament hemm estenżjoni tal-kooperazzjoni fi qsim tas-suq tal-birra permezz ta' patt ta' non-aggressjoni mill-bidu ta' Mejju 1994.

295   Fit-tielet lok, għandu jiġi eżaminat jekk it-theddida li saret fil-11 ta' Mejju 1994 mir-rikorrenti ġegħlet, b'mod deċiżiv, lill-Interbrew sabiex tikkonsenti għal estenżjoni ta' l-imsemmi akkordju għal patt ta' non-aggressjoni. Dan l-eżami għandu jibbaża ruħu fuq analiżi komparattiva ta' l-attitudni adottata, min-naħa, mir-rikorrenti u s-sussidjarja tagħha Alken-Maes u, min-naħa l-oħra, minn Interbrew kemm qabel u kemm matul u wara t-tieni semestru tas-sena 1994, li waqtu l-proċess ta' estenżjoni tal-ftehim wassal għall-patt ta' non-aggressjoni konkluż fit-12 ta' Ottubru 1994. L-eżami ta' l-attitudni ta' Interbrew għandu f'dan ir-rigward importanza partikolari.

296   Taħt titolu preliminari, għandu jiġi nnotat li, fil-punt 313 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni indikat li kemm ir-rikorrenti u kemm Interbrew ħadu xi inizjattivi relatati ma' elementi differenti ta' l-akkordju, b'tali mod li l-ebda mill-partijiet implikati ma kellu rwol prinċipali għall-akkordju kollu.

297   Fl-ewwel lok, rigward l-attitudni rispettiva tal-partijiet fl-akkordju qabel u matul it-tieni semestru tas-sena 1994, għandu l-ewwel jiġi kkonstatat li jirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata li r-rikorrenti u s-sussidjarja tagħha Alken-Maes kienu sewwa sew l-oriġini ta' l-estenżjoni ta' l-akkordju għal patt ta' non-aggressjoni, li jimplika ftehim fuq sehem tas-suq jew, almenu, fuq il-qsim tal-klijentela.

298   Fil-fatt jekk l-akkordju inizjalment kien jikkonċerna l-prezzijiet u r-riduzzjoni ta' l-investimenti kummerċjali, il-pożizzjoni espressa mir-rikorrenti, fiha nnifisha, skond id-dikjarazzjonijiet ta' Interbrew, miġjuba matul laqgħa interna ta' Interbrew fil-5 ta' Mejju u ripetuta waqt il-laqgħa tal-11 ta' Mejju 1994, billi dan l-aħħar punt li ġie avverat mid-dokument Heineken, ikkonsista fit-talba għall-ewwel darba tal-kunsiderazzjoni ta' kriterji ta' volumi ta' bejgħ, li jista' jiġi assimilat ma' proposta ta' estenżjoni ta' l-akkordju fil-qsim tas-suq. Barra minn hekk, jirriżulta mid-dikjarazzjoni ta' Interbrew ċitata fil-punti 54 u 57 tad-deċiżjoni kkontestata, ikkorroborata bil-kontenut ta' nota interna ta' l-awtur ta' din id-dikjarazzjoni ddatata fil-5 ta' Ottubru 1994 u ċitata fil-punt 58 ta' l-imsemmija deċiżjoni, li l-volontà ta' qsim tas-suq kienet ippreżentata minn Alken-Maes u miftehma minn Interbrew bħala volontà li jiġu traspożti fil-Belġju mekkaniżmi ta' ftehim li r-rikorrenti pparteċipat fihom fi Franza. Barra minn hekk jirriżulta mill-istess dokumenti li Interbrew kienet riluttanti fil-konfront ta' din il-proposta.

299   Madankollu għandu jiġi nnotat li l-attitudni ta' Interbrew hija prova, sa' Mejju 1994, ta' komportament attiv fl-akkordju. B'hekk il-Kummissjoni tafferma fil-punt 310 tad-deċiżjoni kkontestata li Interbrew ħadet l-inizjattiva ta' l-iskambju ta' informazzjoni mibdi fl-1992 u li jirriżulta mill-provi bil-miktub li, f'Awissu u f'Novembru 1993, Interbrew kellha rwol determinanti dwar il-ftehim ta' prezzijiet fil-kummerċ bl-imnut. Għandu wkoll jiġi konkluż min-nota interna lil Interbrew tat-12 ta' Marzu 1993 li l-iktar diriġent għoli ta' din l-impriża kien ħa parti attiva fl-ewwel fażi ta' l-akkordju, billi impona lis-subordinati tiegħu li jipparteċipaw fil-ftehim. In-nota tikkontjeni fil-fatt is-silta segwenti: "[h]uma jixtiequ b'mod realistiku jirrinforzaw il-'kooperazzjoni' fil-Belġju. [Is-CEO preċedenti ta' Interbrew] sfurzana sabiex niddiskutu 'għax aħna għandna bżonn ftit flus', iżda aħna konna riżervati ħafna fuq dan is-suġġett, għaliex aħna rridu nevitaw kull problema marbuta ma' l-Artikoli 8[1] u 8[2] [KE].".

300   Barra minn hekk jidher li, ħames xhur wara, min kiteb in-nota preċitata, li sar is-CEO ta' Interbrew, min-naħa tiegħu kompla b' din l-attitudni fil-konfront ta' l-akkordju. F'nota interna lil Interbrew tad-19 ta' Awissu 1993, M.M. jenfasizza fil-fatt id-disponibbiltà tiegħu sabiex jgħin ħalli jikkonvinċi lil Alken-Maes fid-dawl tat-twettiq ta' żieda fil-prezzijiet ta' 4%. Barra minn hekk, jagħti rendikont f'nota tat-3 ta' Novembru 1993, tal-kuntatti li kellu mad-distribuzzjoni kbira f'dawn it-termini:

"[…] tapprezza ħafna li Interbrew tieħu l-inizjattiva li timxi f'relazzjoni ma' […] u […] [NB: L-ikbar tliet ktajjen ta' supermarkits Belġjani] bl-iskop li jaslu għal żieda gradwali tal-prezzijiet tal-birra […] b'tali mod li jintlaħaq il-prezz mixtieq minn [Interbrew]. […] Meta ftehim ikun ser jiġi milħuq, wieħed ikun jista' jikkunsidra laqgħa bejn [tlieta] […]. Jien nemmen li mhijiex ideja ħażina li tistiednuni għal-laqgħa tas-summit ma' […] u […]. […] L-inizjattiva ta' Maes tas-sena preċedenti ma werietx ruħha prattikabbli: a) ma kienx hemm il-fiduċja, imma wkoll u ċertament b) Maes kienet żgħira wisq. Biss [Interbrew] tista' tasal għalih."

301   Jirriżulta minn dak li jippreċedi li, jekk il-komportament tar-rikorrenti u tas-sussidjarja tagħha Alken-Maes matul it-tieni semestru tas-sena 1994 jipprovaw il-volontà tagħhom li jwessgħu l-kooperazzjoni fil-qsim tas-suq, il-komportament ta' Interbrew matul l-ewwel fażi tal-ksur kien attiv, kif jipprovaw it-teħid ta' l-inizjattivi li l-iskop restrittiv tagħhom m'għandux ikun ikkontestat.

302   Fir-rigward, fit-tieni lok, ta' l-attitudni tal-partijiet fl-akkordju bejn il-11 ta' Mejju 1994, data li fiha saret it-theddida, u l-24 ta' Novembru 1994, data li fiha l-patt ta' non-aggressjoni konkluż fit-12 ta' Ottubru 1994 kien ġie diskuss mill-ġdid bejn il-partijiet, hemm l-ewwel nett lok li jiġi kkonstatat li, minkejja t-theddida li saret mir-rikorrenti, l-attitudni ta' Interbrew ma tikkorispondix ma' dik ta' impriża obbligata li taċċetta, taħt l-effett ta' pressjoni, l-estenżjoni tal-ftehim restrittiv li hija tagħmel parti minnu.

303   B'hekk għandu jiġi nnotat li s-CEO ta' Interbrew indika, fis-7 ta' Lulju 1994, li kien ftiehem ma' l-aktar diriġent għoli tar-rikorrenti "sabiex ma jibdewx gwerra, imma li jippruvaw ikollhom żmien iżjed" (inċiż 56 tad-deċiżjoni kkontestata). Madankollu, l-pożizzjoni adottata mir-rikorrenti u Alken-Maes waqt l-ewwel fażi ta' l-akkordju, li testendi ruħha mill-bidu tas-sena 1993 sa l-aħħar ta' l-ewwel semestru tas-sena 1994, kienet aggressiva fil-konfront ta' Interbrew, u l-pożizzjoni meħuda mir-rikorrenti fil-11 ta' Mejju 1994, minkejja li hija kienet immarkata b'theddida, kellha bħala sfond il-possibbiltà l-bidu ta' gwerra kummerċjali fi Franza. L-attitudni ta' Interbrew tista' għaldaqstant tiġi analizzata mhux biss unikament bħala f'kondixxendenza mat-theddida tar-rikorrenti, imma wkoll bħala rifjut supponut li tinbeda gwerra kummerċjali, jiġifieri li jiġi adottat komportament anti-kompetittiv. F'dan ir-rigward, hemm ukoll lok li jiġi rrilevat li l-Kummissjoni indikat fil-punt 51 tad-deċiżjoni kkontestata, wara li għamlet riferenza għall-formulazzjoni tat-theddida, li "minkejja li ma tagħtix attenzjoni lill-eżiġenza [tar-rikorrenti] relatata mat-trasferiment ta' 500 000 ettolitri lil Alken-Maes, Interbrew ma tixtieqx tibda konflitt u ż-żewġ partijiet jibqgħu f'kuntatt viċin".

304   Għaldaqstant jidher, min-naħa, li Interbrew ma akkordatx ħlief attenzjoni moderata lit-theddida magħmula u, min-naħa l-oħra, li l-komportament ta' Interbrew jikkostitwixxi r-riżultat tal-volontà tagħha li ma tidħolx f'kunflitt mar-rikorrenti, li jissuġġerixxi li l-estenżjoni ta' l-akkordju ma setax kien ir-riżultat ta' pressjoni, imma pjuttost il-konsegwenza ta' xelta magħmula minn Interbrew. Barra minn hekk, il-Kummissjoni indikat fil-punt 235 tad-deċiżjoni kkontestata li l-ebda effett ma ġie mogħti għall-eżiġenza tat-trasferiment ta' 500 000 ettolitri bi profitt ta' Alken-Maes, anki jekk hija immedjatament ittaffi din il-konstatazzjoni billi tiddikjara li Interbrew madankollu weriet ruħha disposta, minn dak il-mument, li tkabbar il-portata tal-ftehim ma' Alken-Maes u li ma tillimitax iktar ruħha għal skambju ta' informazzjoni u għal ftehim dwar il-prezzijiet applikabbli għall-kummerċ bl-imnut.

305   Barra minn hekk, in-nota ppreparata mid-direttur kummerċjali tas-settur horeca għall-Belġju ta' Interbrew fid-dawl tal-laqgħa tat-12 ta' Ottubru 1994 li fih il-patt ta' non-aggressjoni ġie imsemmi ma jipprovax retiċenza mill-prinċipju għall-perspettiva ta' tali ftehim fuq il-qsim tas-suq jew tal-perċezzjoni ta' pressjoni li twassal għal din il-perspettiva. Hija tirrifletti anki iktar evalwazzjoni rraġunata mill-awtur tagħha tal-vantaġġi u ta' l-inkonvenjenti ta' tali akkordju għall-Interbrew, inkluż ukoll komparattivament il-vantaġġi li Alken-Maes tkun tista' tagħmel minnu. Wieħed jista' jaqra' fiha wkoll li "minħabba l-pożizzjoni dominanti tagħha u tal-liġi ta' April 1993 li tikkonċerna dan is-suġġett, [Interbrew] weħel riskju addizzjonali", jew ukoll li "tali akkordji joffru iktar vantaġġi għall-isfidant milli għal min imexxi s-suq". In-nota ma tippreżentax il-perspettiva tal-ftehim ma' Alken-Maes b'mod pożittiv, minħabba li l-awtur tagħha jikteb: "Evalwazzjoni personali: jiena ma nemminx f'tali ftehim minħabba li ma jistgħu qatt jiġu mpoġġija fil-prattika u għax mhumiex ta' vantaġġ fondamentali għall-[Interbrew]." Hija ma tipprovax madankollu pressjoni subita minn Interbrew, minħabba li l-proposti li jinsabu jistgħu wkoll jiġu interpretati bħala li jirrilataw ma' proċess ta' riflessjoni mibdi minn Interbrew fir-rigward tal-mod kif ftehim anti-kompetittiv seta' jiġi implementat b'mod effettiv.

306   Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat li n-nota interna ta' Interbrew ta' l-14 ta' Ottubru 1994, li tirraporta r-riżultati tal-laqgħa tat-12 ta' Ottubru 1994, ma tissuġġerix li Interbrew rat lilha nfisha timponi l-patt ta' non-aggressjoni taħt l-effett tal-pressjoni, iżda pjuttost li Interbrew ħadet parti sħiħa fid-diskussjoni, billi kompliet sakemm issottomettiet l-approċċ proprju tagħha lil Alken-Maes. Id-direttur ġenerali għall-Belġju ta' Interbrew jikteb fil-fatt fl-imsemmija nota: "hawn anness issibu dokument tal-ħbieb tagħna u l-approċċ f'paġina waħda li jiena ssuġġerejt. Il-prinċipju fih innifsu ġie aċċettat mill-ħbieb tagħna". Għaldaqstant, l' "approċċ f'paġina waħda" issuġġerit minn Interbrew, li huwa kkopjat mill-Kummissjoni fil-punt 60 tad-deċiżjoni kkontestata, jagħmel preċiżament riferenza għal "[g]entlemen’s agreement ", li jinkludi b'mod partikolari l-punti segwenti: "l-ebda attakk ta' l-obbligi" (jiġifieri l-ħwienet tal-bejgħ tas-settur horeca li magħhom ġie konkluż kuntratt ta' xiri esklussiv) u "l-ebda attakk sistematiku tat-trade marks fil-kuntest ta' l-obbligi ta' kull wieħed".

307   Fit-tielet lok, rigward l-attitudni tal-partijiet wara t-tieni semestru tas-sena 1994, hemm l-ewwel nett lok li jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni tinnota fil-punt 77 tad-deċiżjoni kkontestata, fuq il-bażi ta' dokumenti ta' Lulju 1995, magħmula minn Interbrew, li d-diriġenti tagħha jqisu li rrispettaw il-ftehim fil-Belġju. Il-Kummissjoni tenfasizza barra minn hekk fil-punt 310 tad-deċiżjoni kkontestata li Interbrew ħadet l-inizjattiva, fl-1995, li tibda diskussjonijiet dwar is-sistema tat-tariffi. Id-deskrizzjoni, fil-punti 83 sa 92, tad-diskussjonijiet immexxija miż-żewġ partijiet fl-1996 fir-rigward tal-proġetti tagħhom tas-sistema ġdida ta' tariffi tikkonferma l-eżistenza ta' intenzjoni ta' kooperazzjoni spontanju. Fil-punt 92, il-Kummissjoni tikkwota, per eżempju, il-kontenut ta' faks tal-11 ta' Ottubru 1996 ta' diriġent ta' Interbrew lil azzjonist ta' l-impriża, li tippreċiża: "[h]ija sena issa li ilna niddiskutu flimkien dwar kompetizzjoni kostruttiva fil-Belġju. Essenzjalment, ma ġara xejn. U probabbilment, ir-responsabiltajiet huma, f'dan ir-rigward, maqsuma. Sejrin nipprovaw il-ġimgħa d-dieħla li nerġgħu nibdew dan il-proċess".

308   Fl-aħħar nett, bilfors irid jiġi kkonstatat li n-noti tad-direttur kummerċjali tas-settur horeca għall-Belġju ta' Interbrew stabbiliti fl-okkażjoni tal-laqgħa tat-28 ta' Jannar 1998 jixhdu attitudni pożittiva lejn l-akkordju u jintegraw, skond l-oġġettivi ta' l-akkordju, f'dak li jikkonċerna l-horeca, ir-"rispett ta' l-obbligi u drittijiet ta' kunsinna". In-noti jsemmu wkoll skond il-ftehim horeca "kuntatt dirett għall-każijiet importanti u l-kompetizzjoni li tikkonċerna l-klijenti nazzjonali" (inċiż 104 tad-deċiżjoni kkontestata).

309   Jirriżulta minn dak li jippreċedi li, fuq it-total tal-perijodu ta' ksur, kull waħda mill-partijiet fl-akkordju ħadet l-inizjattivi li l-iskop tagħhom kien anti-kompetittiv u, b'mod partikolari, li wieħed m'għandux jikkonkludi minnu, fuq il-bażi tal-fatti tal-każ, li huwa taħt l-effett biss ta' pressjoni li Interbrew ikkonsentiet għall-estenżjoni ta' l-akkordju għal patt ta' non-aggressjoni. Minkejja l-fatt li l-Kummissjoni tippreċiża, fil-kitbiet tagħha, li ċ-ċirkustanza aggravanti kkunsidrata kontra r-rikorrenti ma teżonerax lil Interbrew mir-responsabbiltà tagħha fl-akkordju, l-attitudni li kellha din ta' l-aħħar waqt il-perijodu kollu ta' ksur ma jippermettix li tiġi konkluża l-eżistenza ta' ness ta' kawżalità diretta bejn it-theddida magħmula mir-rikorrenti fil-11 ta' Mejju 1994 u l-estenżjoni ta' l-akkordju.

310   Għaldaqstant, fir-rigward ta' l-attitudni tal-partijiet lejn l-akkordju qabel u wara t-tieni semestru tas-sena 1994, kif ukoll tal-portata li seta' kellha din it-theddida fir-rigward tal-kuntest li fih hija ġiet magħmula, il-Kummissjoni ma stabbilitx b'mod suffiċjenti n-ness ta' kawżalità li jeżisti bejn it-theddida magħmula u l-estenżjoni ta' l-akkordju, billi l-kawżi ta' din ta' l-aħħar setgħu ma kienux limitati għal theddida, iżda kienu jirriżultaw b'mod iktar ġenerali mill-objettiv ta' eliminazzjoni tal-kompetizzjoni kontinwat bi ftehim miż-żewġ partijiet fl-akkordju.

311   Għaldaqstant jirriżulta minn dak li jippreċedi li huwa żbaljat li l-Kummissjoni applikat kontra r-rikorrenti ċ-ċirkustanza aggravanti li skondtha hija sfurzat lil Interbrew sabiex testendi l-kooperazzjoni tagħhom billi hedditha b'konsegwenzi fil-każ li hija tirrifjuta.

312   Interrogata, waqt is-seduta, fuq il-perċentaġġi ta' żieda rispettivi li hija stabbiliet taħt kull wieħed miż-żewġ ċirkustanzi aggravanti applikati kontra r-rikorrenti, billi kienet taf li żieda globali ta' 50% ta' l-ammont bażiku tal-multa kienet ġiet effettwata, il-Kummissjoni indikat li, fir-rigward, min-naħa, ta' l-importanza relattiva mogħtija lill kull waħda minn dawn iż-żewġ ċirkustanzi aggravanti fil-motivi tad-deċiżjoni kkontestata u, min-naħa l-oħra, tal-prattika deċiżjonali tagħha f'dan ir-rigward, għandu jiġi kkunsidrat li ċ-ċirkustanza aggravanti ta' reċidività kellha rwol preponderanti u li ċ-ċirkustanza aggravanti kkunsidrata fil-konfront tal-pressjoni kellha għaldaqstant rwol inqas.

313   F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Prim'Istanza tikkunsidra li għandha teżerċita s-setgħa ta' ġurisdizzjoni illimitata li huwa konferit lilha skond l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 17 billi tiffissa ż-żieda globali ta' l-ammont bażiku ta' 40% tal-multa fid-dawl taċ-ċirkustanzi aggravanti.

4.     Fuq il-motiv ibbażat fuq il-kunsiderazzjoni infondata taċ-ċirkustanza aggravanti ta' reċidività fil-konfront tar-rikorrenti

a)     L-argumenti tal-partijiet

314   Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li l-kunsiderazzjoni, mill-Kummissjoni, ta' allegata reċidività mill-parti tagħha jikkostitwixxi ksur tad-delegazzjoni tas-setgħa kkonferita mill-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 17, billi l-Kummissjoni m'għandhiex is-setgħa li tistabbilixxi l-ammont tal-multi li hija timponi ħlief fir-rigward tal-gravità intrinsika tal-ksur u tad-dewmien tiegħu.

315   Jirriżulta mil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali ta' l-Istati Membri li l-istat ta' reċidività jirrileva mhux miċ-ċirkustanzi li jaggravaw il-ksur, jiġifieri mill-evalwazzjoni oġġettiva tal-gravità tal-fatti, iżda mill-attribuzzjoni ta' fatt proprju lill-awtur tal-ksur, jiġifieri t-tendenza tiegħu li jikkommetti tali ksur.

316   F'risposta għall-argument tal-Kummissjoni li skonthu r-reċidività tidher fil-linji gwida bħala ċirkustanza aggravanti, ir-rikorrenti tindika li ma tpoġġix in kwistjoni l-fakultà tal-Kummissjoni li tħabbar permezz ta' komunikazzjoni interpretattiva l-metodoloġija tagħha fir-rigward ta' l-impożizzjoni ta' multi. Min-naħa l-oħra, hija tiddenunċja dak li hija tikkunsidra li huwa abbuż ta' poter, jiġifieri l-fatt li l-Kummissjoni tassumi l-fakultà li taggrava piena għar-reċidività, bla awtorizzazzjoni legali, kif ukoll li tiddeċiedi b'mod diskrezzjonali fuq il-modalitajiet ta' applikazzjoni ta' dan il-kunċett.

317   F'dak li jikkonċerna l-osservazzjoni tal-Kummissjoni li skontha r-rikorrenti ma qajmitx l-eċċezzjoni ta' illegalità skond l-Artikolu 241 KE, din ta' l-aħħar issostni li l-eżistenza ta' tali proċedura legali ma topponix ruħha għal fatt illi hija tqajjem l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tar-Regolament Nru 17, anki meta din ta' l-aħħar tagħmel applikazzjoni tal-linji gwida. Fir-rigward tar-rifjut mill-Qorti tal-Prim'Istanza, ukoll imqajjem mill-Kummissjoni, ta' l-eċċezzjoni ta' illegalità imqajjem fil-kawża li tat lok għas-sentenza HFB et vs Il-Kummissjoni, punt 245 iktar 'il fuq, ir-rikorrenti tenfasizza li s-sentenza in kwistjoni ma kkonċernatx ħlief punt preċiż tal-linji gwida u għaldaqstant m'għandhiex il-portata ġenerali li l-Kummissjoni tixtieq tattribwilha.

318   Dwar l-argument tal-Kummissjoni li skonthu l-Qorti tal-Prim'Istanza rrikonoxxiet f'diversi sentenzi l-kunċett ta' reċidività, ir-rikorrenti tirrispondi li, fl-ebda minn dawn is-sentenzi, il-Qorti tal-Prim'Istanza ma esprimiet ruħha fuq il-legalità ta' l-applikazzjoni tal-kunċett ta' reċidività fir-rigward tar-Regolament Nru 17, u lanqas barra minn hekk fir-rigward tal-prinċipji ġenerali tad-dritt komunitarju. B'hekk, fis-sentenza PVC II, punt 154 iktar 'il fuq, il-Qorti tal-Prim'Istanza bbażat ruħha fuq il-fatt li impriża kienet diġà kkommettiet ksur simili mhux sabiex iżżid l-ammont tal-multa imposta, imma biss sabiex tikkonstata l-mertu taċ-ċaħda mill-Kummissjoni ta' l-applikazzjoni ta' ċirkustanza attenwanti. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Prim'Istanza ma kinitx irrikonoxxiet il-prinċipju ta' reċidività.

319   Jekk huwa veru, skond ir-rikorrenti, li l-Kummissjoni tista' tieħu in kunsiderazzjoni, għall-finijiet ta' l-iffissar ta' l-ammont bażiku tal-multa, ksur preċedenti sabiex tiġġustifika l-konstatazzjoni tagħha ta' l- informazzjoni ta' ksur ġdid min-naħa tar-rikorrenti, dan ma jimplikax li l-eżistenza ta' ksur preċedenti jista' iwassal għall-applikazzjoni ta' piena iktar iebsa għal reċidività bla awtorizzazzjoni legali espressa. Tali żieda jammonta, fil-fatt, sabiex jiġi kkrejat tip ġdid ta' piena li jiġi miżjud mal-piena prinċipali, li jispjega għala l-kunċett ta' reċidività huwa kkunsidrat fis-sistemi ġuridiċi nazzjonali bħala li joħroġ mil-liġi u bħala li għandu interpretazzjoni dejqa. Għaldaqstant, ir-Regolament Nru 17 ma jikkontjeni l-ebda awtorizzazzjoni espressa li tippermetti lill-Kummissjoni li ttaqqal multa għal reċidività.

320   Fir-rigward tas-sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Marzu 1999, Thyssen Stahl vs Il-Kummissjoni (T-141/94, Ġabra p. II 347), u Enichem Anic vs Il-Kummissjoni, punt 277 iktar 'il fuq, ir-rikorrenti ssostni li, jekk il-Qorti tal-Prim'Istanza fil-fatt iċċitat fihom ir-reċidività bħala ċirkustanza aggravanti, l-illegalità ta' l-implementazzjoni ta' dan il-kunċett fir-rigward tar-Regolament Nru 17 ma kienx ġie mqajjem mir-rikorrenti.

321   Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju nulla poena sine lege, għax it-teħid in kunsiderazzjoni taċ-ċirkustanza aggravanti ta' reċidività m'għandhiex bażi legali fis-sistema legali komunitarja. Għaldaqstant, il-Qorti għandha tistabilixxi li l-prinċipju ġenerali tad-dritt nulla poena sine lege jimponi limitu lis-setgħa diskrezzjonarja ta' l-istituzzjonijiet billi sanzjoni, anki jekk kellha karattru mhux penali, ma tistax tiġi imposta ħlief jekk hija bbażata fuq bażi legali ċar u mhux ambigwu (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta' Settembru 1984, Könecke, 117/83, Ġabra p. 3291, punt 11). Barra minn hekk, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kienet ukoll ikkonkludiet li l-prinċipji ġenerali u l-garanziji marbuta mad-drittijiet tad-difiża huma applikati għal kull sanzjoni li l-iskop tagħha huwa preventiv u repressiv fl-istess ħin, tkun xi tkun il-kwalifika mogħtija lill-ksur fid-dritt intern (ara l-Qorti Ewropea D. H., sentenza Ostürk tal-21 ta' Frar 1984, serje A nru 73). Biss il-Kunsill u l-Parlament jiddisponu, skond is-setgħa tagħhom leġiżlattiva, mill-fakultà li jikkonferixxu l-bażi legali neċessarja lill-applikazzjoni tal-kunċett ta' reċidività sakemm hija ċirkustanza aggravanti mill-Kummissjoni.

322   Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Qorti qatt ma kellha l-okkażjoni li tesprimi ruħha fuq il-legalità tal-prinċipju ta' reċidività fir-rigward tal-prinċipju nulla poena sine lege fil-kawżi ċitati mill-Kummissjoni fid-difiża tagħha, jiġifieri s-sentenzi PVC II, punt 154 iktar 'il fuq, Thyssen Stahl vs Il-Kummissjoni, punt 320 iktar 'il fuq, u Enichem Anic vs Il-Kummissjoni, punt 277 iktar 'il fuq.

323   Barra minn hekk, l-analiżi tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali jpoġġu fid-dawl l-applikazzjoni dejqa ħafna tal-kunċett ta' reċidività fl-Istati Membri kif ukoll in-natura leġiżlattiva ta' l-atti li jistabilixxuha.

324   Fit-tielet lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' sigurtà legali kif ukoll il-prinċipji tal-legalità tas-sanzjonijiet u tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Marzu 1961, Snupat vs Haute Autorité, 42/59 u 49/59, Ġabra p. 103, punt 159), peress illi, fin-nuqqas ta' kull bażi legali li jistabilixxi b'mod partikolari d-dewmien massimu bejn żewġ kundanni li tippermetti l-applikazzjoni tal-kunċett ta' reċidività, hija ħadet in kunsiderazzjoni ksur sanzjonat rispettivament fl-1984 u fl-1974.

325   L-analiżi tal-leġiżlazzjonijet nazzjonali jenfasizzaw, taħt numru ta' kundizzjonijiet stretti ta' applikazzjoni tal-kunċett ta' reċidività, l-eżistenza ta' dewmien massimu, li ma jaqbiżx in ġenerali għaxar snin, li jissepara l-ksur eżaminat minn kundanna preċedenti. In-nuqqas, fil-linji gwida, ta' limitazzjoni fiż-żmien tal-fakultà li tiġi kkunsidrata r-reċidività, li fuqu l-Kummissjoni tibbaża ruħha fid-difiża tagħha, hija preċiżament dak li jagħmel għar-rikorrenti l-karattru bla difiża tas-sitwazzjoni li hija tiddenunċja, raġuni għalfejn hija tikkunsidra li l-Kummissjoni kellha tiddefinixxi tali limitu fil-linji gwida tagħha. Fil-fatt, m'għandux jiġi milqugħ, li l-Kummissjoni tista' tieħu in kunsiderazzjoni ksur kommess 40 sena ilu, tabilħaqq minn entità ġuridika differenti.

326   Fir-raba' lok, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser f'żewġ waqtiet il-prinċipju ġenerali tad-dritt komunitarju non bis in idem. Fil-fatt, l-applikazzjoni ta' sanzjoni iktar iebsa f'każ ta' reċidività tibbaża ruħha fuq żewġ motivi essenzjali, jiġifieri n-neċessità li tiddisswadi r-reċidività li jiġi kommess ksur ieħor fil-futur u l-fatt li r-reċidivista kien jaf in-natura illegali ta' l-atti tiegħu mill-fatt tal-kundanna tiegħu preċedenti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni, bl-ammissjoni li dawn iż-żewġ motivi huma l-bażi tal-konstatazzjoni tagħha ta' reċidività, tikkommetti l-iżball li tqajjem kull wieħed minnhom għat-tieni darba fid-deċiżjoni kkontestata u li żżid b'hekk l-ammont tal-multa f'żewġ waqtiet għall-istess raġunijiet.

327   B'hekk, il-Kummissjoni kienet diġà ħadet in kunsiderazzjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, min-naħa, li tfittex effett dissważiv skond l-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur u, min-naħa l-oħra, il-konoxxenza mir-rikorrenti tal-karattru illegali tal-komportament tagħha, meta l-Kummissjoni tiddikjara li ħadet in kunsiderazzjoni l-fatt li r-rikorrenti kienet tiddisponi minn konoxxenzi u infrastrutturi legali-ekonomiċi li ppermettulha li tevalwa aħjar l-karattru intenzjonali tal-komportament tagħha u l-konsegwenzi li rriżultaw minnu mill-perspettiva tad-dritt tal-kompetizzjoni Billi żiedet konsegwentement, skond ir-reċidività, l-ammont tal-multa għall-istess żewġ raġunijiet bħal dawk li kienu l-bażi ta' l-iffissar tal-multa fir-rigward tal-gravità tal-ksur, il-Kummissjoni kienet, għaldaqstant, kisret il-prinċipju non bis in idem.

328   Fil-ħamest lok, ir-rikorrenti ssostni li, billi ħadet in kunsiderazzjoni r-reċidività fuq il-bażi ta' fatti li jmorru lura xi 40 sena, u għaldaqstant preċedenti għaż-żmien ta' ħamest snin previst mill-ewwel Artikolu tar-Regolament (KEE) Nru 2988/74 tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 1974 li jikkonċerna l-perjodi ta' limitazzjoni fil-proċedimenti u l-infurzar tas-sanzjonijiet taħt ir-regoli tal-Komunità Ekonomika Ewropea dwar it-trasport u l-kompetizzjoni (ĠU L 319, p. 1), il-Kummissjoni tikser ir-regoli ta' preskrizzjoni applikabbli fir-rigward ta' preskrizzjoni applikabbli u ta' infurzar fil-qasam tal-kompetizzjoni.

329   Fis-sitt u l-aħħar lok, ir-rikorrenti ssostni, taħt titolu sussidjarju, li l-Kummissjoni adottat kunċett manifestament eċċessiv tal-kunċett ta' reċidività.

330   Min-naħa, ir-raġunament tal-Kummissjoni ma kienx interament fondat fil-fatt peress illi d-deċiżjoni 74/292/KEE tal-Kummissjoni, tal-15 ta' Mejju 1974, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 85 tat-Trattat KEE (IV/400 – ftehim bejn manifatturi ta' ħġieġ għall-ippakkjar) (ĠU L 160, p. 1, iktar 'il quddiem id-"deċiżjoni Ħġieġ għall-ippakkjar"), ma kinitx ikkostitwiet kundanna ta' l-impriża Boussois-Souchon-Neuvesel (BSN) SA (predeċessur tar-rikorrenti), iżda sempliċement ir-rifjut, wara n-notifika ta' ftehim, li jeżentaw dawn ta' l-aħħar skond l-Artikolu 81(3) KE. Il-Kummissjoni kienet barra minn hekk ammettietu impliċitament billi enfasizzat, fid-difiża tagħha, li, anki jekk din id-deċiżjoni ma kellhiex tiġi meħuda in kunsiderazzjoni, id-deċiżjoni Ħġieġ ċatt Benelux hija biżżejjed sabiex tiġi kkonstatata l-eżistenza ta' reċidività.

331   Għaldaqstant, severità eċċessiva fil-konfront tar-rikorrenti tirriżulta mill-fatt stess ta' teħid in kunsiderazzjoni, għall-finijiet ta' konstatazzjoni ta' reċidività, ta' deċiżjoni meħuda fuq il-bażi ta' notifika, li l-istess prinċipju tagħha huwa li tiġi assigurata sigurtà legali lill-impriżi waqt il-perijodu kollu li fih il-Kummissjoni ma esprimietx ruħha. Konsegwentement, ikun perikoluż li d-deċiżjoni preċitata tiġi kkwalifikata bħala "konstatazzjoni ta' ksur" sabiex tiġġustifika ż-żieda ta' l-ammont tal-multa imposta lir-rikorrenti.

332   Min-naħa l-oħra, anki meta ma jeżistix limitu temporanju għas-setgħa tal-Kummissjoni li tikkonstata reċidività, iż-żieda tal-multa li tirriżulta mit-teħid in kunsiderazzjoni ta' fatti li ilhom ħafna – li jammontaw f'dan il-każ għal kważi 40 sena -, minbarra l-insigurtà legali kkrejata, tkun manifestament eċċessiva. Fil-fatt, hija kienet twassal sabiex timponi multa fuq dik l-impriża li kienet l-iżgħar fost żewġ impriżi fuq is-suq multa ekwivalenti għal dik imposta lill-impriża li kienet l-attur dominanti. Hija trid tagħmel b'mod li jiġi emnut li r-rikorrenti hija impriża multireċidivista li tikser id-dritt komunitarju minn 40 sena ilu.

333   Il-Kummissjoni ssostni li r-reċidività hija msemmija fil-linji gwida bħala ċirkustanza aggravanti u li hija setgħet validament tiġi meħuda in kunsiderazzjoni. Il-Kummissjoni kienet f'diversi drabi applikat din iċ-ċirkustanza aggravanti bla ma ġiet ikkontradita mill-Qorti tal-Prim'Istanza.

334   Il-prinċipju nulla poena sine lege jirriżulta mid-dritt penali u mhuwiex applikabbli f'dan il-każ. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tilfet mill-mir li l-bażi legali tas-sanzjonijiet tal-ksur fid-dritt tal-kompetizzjoni huwa l-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 17 u li l-Kummissjoni tiddisponi, f'dan il-kuntest, minn marġinu ta' evalwazzjoni fl-iffissar ta' l-ammont tal-multi sabiex torjenta l-komportament ta' l-impriżi. Billi ssir ċirkustanza aggravanti mir-reċidività, il-linji gwida bl-ebda mod ma kienu jikkrejaw sanzjoni addizjonali mċaħħda minn bażi legali.

335   Fir-rigward tal-ksur allegat tal-prinċipju ta' sigurtà legali, l-eżempji nazzjonali ċitati mir-rikorrenti kienu kkonfinati għall-isfera penali u l-linji gwida ma jinkludux limitazzjoni taż-żmien massimu li jista' jgħaddi bejn il-konstatazzjoni ta' ksur preċedenti u t-teħid in kunsiderazzjoni tal-fatt ta' reċidività. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti hija żbaljata li tikkunsidra fatti li seħħew 40 sena ilu bħala li jagħtu lok għal reċidività, waqt illi ż-żewġ konstatazzjonijiet ta' ksur jiddataw rispettivament minn 19 u 9 snin qabel il-bidu tal-ksur in kwistjoni, u jipprovaw li jakkreditaw li dawn il-konstatazzjonijiet kienu jikkunsidraw entitajiet legali oħra barra mir-rikorrenti, waqt illi nbidel biss l-isem ta' din ta' l-aħħar.

336   Rigward il-ksur allegat tal-prinċipju non bis in idem, il-Kummissjoni ssostni li t-teħid in kunsiderazzjoni tal-fatt ta' reċidività ma jagħmilx użu doppju ma' dik tal-fatt, konċernanti l-gravità, li r-rikorrenti setgħet, fid-dawl tal-konoxxenzi tagħha legali-ekonomiċi, tevalwa l-karattru tal-ksur ta' l-azzjonijiet tagħha.

337   Rigward il-ksur allegat tar-Regolament Nru 2988/74, il-fatti in kwistjoni ma jaqgħux taħt l-effett tar-regoli ta' preskrizzjoni fir-rigward ta' impożizzjoni ta' multi u jkun assurd li tiġi applikata l-preskrizzjoni meta tiġi meqjusa d-data tal-fatti li kienu s-suġġett ta' konstatazzjoni preċedenti ta' ksur. Il-punt ta' tluq ta' fatti relatati ma' ksur preċedenti mhuwiex, f'kull każ, rilevanti, billi, fir-rigward ta' reċidività, huwa l-konstatazzjoni tal-ksur li jirriżulta mill-fatti in kwistjoni li huwa determinanti.

338   Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tikkontesta li kellha kunċett manifestament eċċessiv tar-reċidività u tosserva li din ta' l-aħħar hija, f'kull każ, kostitwita fid-dawl tad-deċiżjoni Ħġieġ Ċatt Benelux.

b)     Evalwazzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza

339   Rigward il-ksur allegat tar-Regolament Nru 17, hemm l-ewwel nett lok li jiġi mfakkar li, skond l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17, "[i]l-Kummissjoni tista' permezz ta' deċiżjoni timponi fuq l-impriżi jew assoċjazzjonijiet ta' mpriżi multi minn 1000 [EUR] sa 1 000 000 [EUR] unit ta' rendikont, jew somma li taqbeż dan iżda li ma taqbiżx 10% tat-turnover fis-sena ta' negozju preċedenti ta' kull impriża li tkun qed tipparteċipa fil-ksur fejn, jew intenzjonalment jew b' negliġenza […] dawn jiksru l-Artikolu [81] (1) […] tat-Trattat". Huwa pprovdut, fl-istess dispożizzjoni, li "[f]l-iffissar ta' l-ammont tal-multa, għandhom jiġu kkunsidrati kemm il-gravita kif ukoll id-dewmien tal-ksur" (sentenza LR AF 1998 vs Il-Kummissjoni, punt 57 iktar 'il fuq, punt 223).

340   Għaldaqstant, il-linji gwida jipprovdu, fil-punt 1(1), li għall-kalkolu ta' l-ammont tal-multi, l-ammont bażiku huwa ddeterminat in funzjoni tal-gravità u tad-dewmien tal-ksur, kriterji kkunsidrati biss fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 (sentenza LR AF 1998 vs Il-Kummissjoni, punt 57 iktar 'il fuq, punt 224).

341   Konsegwentement, il-linji gwida jiċċitaw, bħala eżempju, lista ta' ċirkustanzi aggravanti u attenwanti li jistgħu jiġu meħuda in kunsiderazzjoni sabiex iżidu jew jiddiminwixxu l-ammont bażiku, wara jirreferu għall-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni (sentenza LR AF 1998 vs Il-Kummissjoni, punt 57 iktar 'il fuq, punt 229).

342   Skond rimarka ġenerali, il-linji gwida jippreċiżaw li r-riżultat finali tal-kalkolu tal-multa skond din l-iskema (ammont bażiku miżjud bil-perċentaġġi ta' aggravazzjoni u ta' attenwazzjoni) ma jista' fl-ebda każ jaqbeż 10% tat-turnover totali ta' l-impriżi f'konformità ma' l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 [punt 5(a)]. Barra minn hekk, il-linji gwida jipprovdu li għandhom, skond iċ-ċirkustanzi, wara li huma effettwati l-kalkoli deskritti iktar 'il fuq, jiġu meħuda in kunsiderazzjoni ċerti fatti oġġettivi bħall-kuntest ekonomiku speċifiku, il-vantaġġ ekonomiku jew finanzjarju eventwalment akkwistat minn min ikkommetta l-ksur, il-karatteristiċi proprji ta' l-impriżi in kwistjoni kif ukoll il-kapaċità tagħhom kontributiva reali f'kuntest soċjali partikolari sabiex jiġi adattat, in fine, l-ammont tal-multi kkunsidrat [punt 5(b)] (sentenza LR AF 1998 vs Il-Kummissjoni, punt 57 iktar 'il fuq, punt 230).

343   Konsegwentement, wara l-metodoloġija pprovduta fil-linji gwida, il-kalkolu ta' l-ammont tal-multi jkompli jiġi effettwat in funzjoni ta' żewġ kriterji msemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17, jiġifieri l-gravità tal-ksur u tad-dewmien ta' dan ta' l-aħħar, b'tali mod li xorta waħda jiġi rrispettat il-limitu massimu meta mqabbel mat-turnover ta' kull impriża, stabbilità mill-istess dispożizzjoni (sentenza LR AF 1998 vs Il-Kummissjoni, punt 57 iktar 'il fuq, punt 231).

344   Konsegwentement, il-linji gwida ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala li jmorru oltrè il-kuntest legali tas-sanzjonijiet hekk kif ddefinit minn din id-dispożizzjoni (sentenza LR AF 1998 vs Il-Kummissjoni, punt 57 iktar 'il fuq, punt 232).

345   Fl-ewwel inċiż tal-punt 2 tal-linji gwida, il-Kummissjoni indikat il-possibbiltà li żżid l-ammont bażiku tal-multa skond iċ-ċirkustanza aggravanti li tikkostitwixxi r-reċidività ta' waħda jew diversi impriżi għal ksur ta' l-istess tip.

346   Huwa ta' ġurisprudenza stabbilità li l-effett dissważiv tal-multi jikkostitwixxi wieħed mill-elementi li l-Kummissjoni tista' tieħu in kunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur u, konsegwentement, fl-iffissar tal-grad tal-multa, peress illi l-gravità tal-ksur għandu jiġi stabbilit in funzjoni ta' diversi elementi bħal, b'mod partikolari, iċ-ċirkustanza partikolari tal-kawża, il-kuntest tagħha u l-portata dissważiva tal-multi, u dan is-sens li ġiet stabbilità lista li torbot jew eżawrjenti ta' kriterji li għandhom b'mod obbligatorju jiġu meħuda in kunsiderazzjoni (ara, f'dan is-sens, digriet SPO et vs Il-Kummissjoni, punt 137 iktar 'il fuq, punt 54; sentenzi Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni, punt 137 iktar 'il fuq, punt 33 ; ta' l-14 ta' Mejju 1998, Sarrió vs Il-Kummissjoni, punt 137 iktar 'il fuq, punt 328, u HFB et vs Il-Kummissjoni, punt 245 iktar 'il fuq, punt 443).

347   Mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li, sabiex tevalwa l-gravità ta' ksur bl-iskop li tistabilixxi l-ammont tal-multa, il-Kummissjoni għandha tieħu in kunsiderazzjoni mhux biss iċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ, iżda wkoll il-kuntest li fih seħħ il-ksur u tħares in-natura dissważiva ta' l-azzjoni taghħa, speċjalment għat-tip ta' ksur b'mod partikolari dannuż għat-twettiq ta' l-oġġettivi tal-Komunità (sentenzi Musique diffusion française et vs Il-Kummissjoni, punt 50 iktar 'il fuq, punti 105 u 106, u ABB Asea Brown Boveri vs Il-Kummissjoni, punt 50 iktar 'il fuq, punt 166).

348   F'dan ir-rigward, l-analiżi tal-gravità tal-ksur kommess għandha tieħu in kunsiderazzjoni reċidività eventwali (sentenza Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni, punt 185 iktar 'il fuq, punt 91). Fil-fatt, f'perspettiva ta' dissważjoni, ir-reċidività hija ċirkustanza li tiġġustifika żieda kunsiderevoli ta' l-ammont bażiku tal-multa. Hija tikkostitwixxi fil-fatt il-prova li s-sanzjoni preċedentement imposta ma kinitx suffiċjentement dissważiva (sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Settembru 2003, Michelin vs Il-Kummissjoni, T‑203/01, Ġabra p. II‑4071, punt 293).

349   Barra minn hekk, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, iċ-ċirkustanza ta' reċidività, minkejja l-fatt li hija tikkonċerna karatteristika li hija attribwita lil min jikkommetti l-ksur, jiġifieri l-inklinazzjoni tiegħu li jikkommetti tali ksur, hija preċiżament, għal din ir-raġuni stess, sinjal sinifikattiv ħafna tal-gravità tal-komportament in kwistjoni u, għaldaqstant, tan-neċessità li jiġi mgħolli l-grad ta' sanzjoni għall-finijiet ta' dissważjoni effettiva.

350   Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li, billi r-riċerka ta' effett suffiċjentement dissważiv jaqa' fuq il-Kummissjoni, fir-rigward b'mod partikolari ta' ksur l-iktar dannuż u sakemm l-objettiv ta' dissważjoni jirriżulta mill-evalwazzjoni tal-gravità ta' ksur mill-Kummissjoni fil-kuntest ta' l-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 17, il-Kummissjoni ma kkommettiet l-ebda ksur ta' l-imsemmi Artikolu billi applikat iċ-ċirkustanza aggravanti ta' reċidività fil-konfront tar-rikorrenti.

351   Il-Kummissjoni ma kisritx lanqas, billi kkonstatat reċidività tar-rikorrenti, il-prinċipju nulla poena sine lege, billi huwa stabbilit li din il-possibbiltà hija mniżżla fl-ewwel inċiż tal-punt 2 tal-linji gwida u li dawn ta' l-aħħar ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala li jmorru oltrè l-kuntest legali ta' sanzjonijiet hekk kif ddefinit mill-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 (sentenza LR AF 1998 vs Il-Kummissjoni, punt 57 iktar 'il fuq, punti 231 u 232).

352   Fir-rigward tal-ksur allegat tal-prinċipju ta' sigurtà legali, għandu jiġi mfakkar li perijodu ta' preskrizzjoni ma jistax jassigura funzjoni ta' protezzjoni tas-sigurtà legali u l-ksur tagħha ma jikkostitwiex ksur ta' dan il-prinċipju ħlief jekk tali perijodu ta' preskrizzjoni kien ġie iffissat bil-quddiem (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Lulju 1970, ACF Chemiefarma vs Il-Kummissjoni, 41/69, Ġabra p. 661, punt 19).

353   Għaldaqstant, la l-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 17, li jikkostitwixxi l-kuntest legali ta' sanzjonijiet li jistgħu jiġu imposti mill-Kummissjoni għal ksur mir-regoli komunitarji ta' kompetizzjoni (ara punti 133 sa 135 iktar 'il fuq), u lanqas il-linji gwida ma jipprovdu żmien massimu għall-konstatazzjoni ta' reċidività fir-rigward ta' impriża. L-ebda ksur tal-prinċipju ta' sigurtà legali m'għandha, għaldaqstant, tiġi kkonstatata f'dan il-każ.

354   F'kull każ, għandu jiġi nnotat li l-Kummissjoni għallinqas ibbażat ruħha, sabiex takkolji r-reċidività, fuq il-fatt li kien ġie preliminarjament ikkonstatat ksur fil-konfront tar-rikorrenti fit-23 ta' Lulju 1984, fid-deċiżjoni Ħġieġ Ċatt Benelux. Għaldaqstant, fid-dawl ta' l-oġġettiv li l-Kummissjoni għandha meta żżid il-multa għal reċidività, jiġifieri tiddisswadi min ikkommetta l-ksur milli jikkommetti mill-ġdid ksur simili, il-fatt illi kkunsidrat għal dan il-fini ksur ikkonstatat sbatax-il sena qabel m'għandux jikser il-prinċipju ta' sigurtà legali. Dan huwa iktar u iktar minnu billi, f'dan il-każ, il-ksur beda fit-28 ta' Jannar 1993, jiġifieri biss tmien snin u sitt xhur wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni Ħġieġ Ċatt Benelux. Fil-fatt, politika ta' sanzjoni tar-reċidività m'għandhiex effett utli fuq min ikkommetta l-ewwel ksur sakemm it-theddida ta' sanzjoni iktar severa f'każ ta' ksur ġdid ma żżomx l-effetti tagħha matul iż-żmien, b'hekk illi jiddixxiplina l-komportament tiegħu.

355   Il-validità ta' dan ir-raġunament m'għandux jiġi invalidat mill-fatt illi l-Kummissjoni semmiet ukoll, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-ewwel ksur simili kien ġie kkonstatat fil-konfront tar-rikorrenti fil-15 ta' Mejju 1974, fid-deċiżjoni Ħġieġ ta' ippakkjar, jiġifieri, f'dan il-każ, 27 sena qabel il-konstatazzjoni tal-ksur. Dan huwa iktar u iktar minnu illi, kif kienet osservat tajjeb il-Kummissjoni matul is-seduta, il-fatt illi, f'żewġ waqtiet, iddekada inqas minn għaxar snin bejn il-konstatazzjonijiet ta' ksur li ġraw fil-15 ta' Mejju 1974 u fit-23 ta' Lulju 1984 rispettivament u r-repetizzjoni mir-rikorrenti ta' komportament ta' ksur juri tendenza ta' din ta' l-aħħar li ma waslitx għall-konsegwenzi approprjati ta' konstatazzjoni fil-kap tagħha ta' ksur tar-regoli komunitarji ta' kompetizzjoni.

356   Fir-rigward tal-ksur allegat tal-prinċipju non bis in idem, għandu jiġi rrilevat, min-naħa, li l-Kummissjoni indikat, fir-raba' pragarafu tal-punt 1 A, tal-linji gwida, l-intenzjoni tagħha li tieħu in kunsiderazzjoni, fl-iffissar ta' l-ammont bażiku tal-multa stabbilit skond il-gravità, il-potenzjal ekonomiku effettiv ta' min jikkommetti ksur sabiex jikkreja dannu sinjifikattiv lill-operaturi oħra, b'mod partikolari lill-konsumaturi, u li tistabilixxi l-ammont tal-multa fuq skala li tassiguralha karattru suffiċjentement dissważiv. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni żiedet tgħid fil-ħamest paragrafu ta' l-istess punt tal-linji gwida li jista' ukoll jiġi meħud in kunsiderazzjoni l-fatt li l-impriżi ta' dimensjoni kbira jiddisponu l-parti l-kbira tad-drabi minn konoxxenzi u infrastrutturi legali-ekonomiċi li jippermettulhom li jevalwaw aħjar in-natura ta' ksur tal-komportament tagħhom u l-konsegwenzi li jirriżultaw minnu mill-perspettiva tad-dritt tal-kompetizzjoni. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni iċċitat fil-punt 2 tal-linji gwida, bħal eżempju taċ-ċirkustanzi aggravanti li jistgħu jwasslu għal żieda ta' l-ammont bażiku, ir-reċidività ta' l-istess impriża għal ksur ta' l-istess tip.

357   F'dan il-każ, il-Kummissjoni indikat, fil-punt 305 tad-deċiżjoni kkontestata, li ħadet in kunsiderazzjoni, fid-dawl tan-neċessità li tistabilixxi l-ammont tal-multi fuq skala li jassigurawlhom karattru suffiċjentement dissważiv, il-fatt li r-rikorrenti hija impriża kbira internazzjonali u, barra minn hekk, impriża ta' multiprodotti. Il-Kummissjoni wara indikat, fil-punt 306, li ħadet in kunsiderazzjoni l-fatt li r-rikorrenti u, fid-data ta' adozzjoni tad-deċiżjoni, is-sussidjarja tagħha Alken-Maes kienu jiddisponu minn konoxxenzi u infrastrutturi legali-ekonomiċi li jippermettulhom li jevalwaw aħjar in-natura illegali tal-komportament tagħhom u l-konsegwenzi li jirriżultaw minnu mill-perspettiva tad-dritt tal-kompetizzjoni. Fl-aħħar nett, fil-punt 314 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni rrilevat, fil-kuntest ta' żviluppi ddedikati liż-żieda tal-multa skond iċ-ċirkustanzi aggravanti, li r-rikorrenti kienet diġà ġiet ikkundannata darbtejn għal ksur analogu għall-Artikolu 81 KE.

358   F'dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, l-ewwel nett, li l-kundizzjonijiet ta' applikabbiltà tal-prinċipju non bis in idem hekk kif kien ġie stabbilit mill-ġurisprudenza dwar il-kompetizzjoni (ara punt 185 iktar 'il fuq) mhumiex misjuba f'dan il-każ, billi l-Kummissjoni llimitat ruħha sabiex tikkunsidra, għall-fini tal-kalkolu ta' l-ammont tal-multa, flimkien ta' kunsiderazzjonijiet fattwali kkunsidrati bħala rilevanti għall-finijiet ta' l-iffissar tal-multa fuq skala li jassiguralha karattru suffiċjentement dissważiv.

359   F'kull każ, jidher illi t-teħid in kunsiderazzjoni ta' kull wieħed minn dawn il-kriterji ta' evalwazzjoni tal-gravità jirrileva minn motivi distinti. B'hekk, l-ewwel nett, it-teħid in kunsiderazzjoni tal-kwalità ta' impriża internazzjonali u ta' multiprodotti tar-rikorrenti tibbaża ruħha fuq in-neċessità li l-multa tiġi stabbilita fuq skala li hija suffiċjentement dissważiva fir-rigward tas-saħħa tagħha ekonomika u finanzjarja (ara punti 167 sa 182 iktar 'il fuq). Konsegwentement, it-teħid in kunsiderazzjoni tal-pussess, mir-rikorrenti, ta' konoxxenzi u ta' infrastrutturi legali-ekonomiċi li jippermettulha li tevalwa aħjar in-natura illegali tal-komportament tagħha u l-konsegwenzi tiegħu tibbaża ruħha, fir-rigward tagħha, mill-ħtieġa addizzjonali ta' dissważjoni li juri l-fatt li hija kkommettiet il-ksur in kwistjoni minkejja l-mezzi li hija kellha, fid-dawl tal-potenzjal speċifiku ta' analiżi, li tevalwa l-karattru illegali tal-komportament tagħha u l-konsegwenzi tiegħu (ara punt 175 iktar 'il fuq). Fl-aħħar nett, it-teħid in kunsiderazzjoni tar-reċidività tiġġustifika ruħha mill-ħtieġa ta' dissważjoni supplementarja li juri l-fatt li żewġ konstatazzjonijiet ta' ksur preċedenti ma kienux biżżejjed sabiex iwaqqfu r-ripetizzjoni ta' tielet ksur.

360   Rigward l-allegat ksur tar-Regolament Nru 2988/74, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li dan ta' l-aħħar jikkonċerna ż-żmien ta' preskrizzjoni applikabbli tas-setgħa tal-Kummissjoni li tagħti multi fir-rigward ta' ksur tar-regoli ta' kompetizzjoni, iżda illi ma jikkontjenix, min-naħa l-oħra, l-ebda dispożizzjoni li tillimita s-setgħa tal-Kummissjoni li tieħu in kunsiderazzjoni, bħala ċirkustanza aggravanti u għall-iffissar ta' l-ammont ta' multa għal ksur tar-regoli ta' kompetizzjoni, il-fatt li impriża kienet diġà ġiet ikkundannata għal ksur ta' l-istess regoli ta' kompetizzjoni. L-ebda ksur tar-Regolament Nru 2988/74 m'għandu, għaldaqstant, jirriżulta mill-konstatazzjoni mill-Kummissjoni ta' tali ċirkustanza aggravanti fil-konfront tar-rikorrenti.

361   F'dak li jikkonċerna l-argument li skondthu l-Kummissjoni kienet adottat kunċett manifestament eċċessiv tal-kunċett ta' reċidività, għandu jiġi rrilevat li, fil-punt 2 tal-linji gwida, il-Kummissjoni ddefiniet iċ-ċirkustanza aggravanti għal reċidività bħala "reċidività mill-istess jew mill-istess impriżi għal ksur ta' l-istess tip".

362   Barra minn hekk, għandu jiġi mfakkar, li l-kunċett ta' reċidività, hekk kif inhu miftiehem f'ċertu numru ta' sistemi legali nazzjonali, jimplika li persuna kkommettiet ksur mill-ġdid wara li kienet ġiet issanzjonata għal ksur simili (sentenzi Thyssen Stahl vs Il-Kummissjoni, punt 320 iktar 'il fuq, punt 617, u tat-30 ta' Settembru 2003, Michelin vs Il-Kummissjoni, punt 348 iktar 'il fuq, punt 284).

363   Madankollu għandu jiġi ppreċiżat li l-kunċett ta' reċidività, fir-rigward ta' l-iskop li huwa għandu, ma jimplikax neċessarjament il-konstatazzjoni preliminari ta' sanzjoni bi ħlas, iżda biss dak ta' ksur preliminari. Fil-fatt, it-teħid in kunsiderazzjoni tar-reċidività jikkonċerna, għal ksur partikolari, is-sanzjoni iktar severa ta' l-impriża li kienet rrendiet ruħha ħatja tal-fatti li jikkostitwuh billi javvera ruħu li konstatazzjoni preċedenti ta' ksur min-naħa tagħha ma kinitx biżżejjed sabiex tipprevjeni r-ripetizzjoni ta' komportament ta' ksur. F'dan ir-rigward, l-element determinanti tar-reċidività mhuwiex l-impożizzjoni preliminari ta' sanzjoni, iżda l-konstatazzjoni preliminari ta' ksur minn min ikkommetta l-ksur.

364   Fir-rigward ta' l-argument tar-rikorrenti li skondtha d-deċiżjoni Ħġieġ ta' ippakkjar, li tagħha hija kienet destinatarja fl-1974, m'għandhiex tiġi meħuda in kunsiderazzjoni għall-iffissar taċ-ċirkustanza ta' reċidività f'dan il-każ, minħabba illi din id-deċiżjoni kellha bħala oriġini notifika u li hija ma mponietx multi, għandu jiġi rrilevat li d-deċiżjoni preċitata tipprovdi fl-Artikolu 3 tagħha li "l-impriżi li jipparteċipaw fil-ftehim imsemmi fl-ewwel Artikolu huma mistennija li jġibu fi tmiem immedjatament il-ksur ikkonstatat".

365   Ir-rikorrenti għaldaqstant diġà kienet is-suġġett ta' konstatazzjoni ta' ksur għall-fatti analogi għal dawk f'dan il-każ. Konsegwentement, din iċ-ċirkustanza ma waqfietx ir-rikorrenti milli tirrepeti l-komportament tagħha ta' ksur. Huwa għaldaqstant b'mod legali li l-Kummissjoni applikat r-reċidività fir-rigward tagħha.

366   F'kull każ, bilfors għandu jiġi kkonstatat li d-deċiżjoni Ħġieġ ċatt Benelux ta' l-1984, min-naħa tagħha, tat lok għal sanzjoni bi ħlas u li r-reċidività hija kkonstitwita f'dan ir-rigward. Madankollu, xejn ma jindika fid-deċiżjoni kkontestata li l-konstatazzjoni mill-Kummissjoni li r-reċidività tirriżulta minn żewġ preċedenti tat lok għal żieda ta' l-ammont tal-multa għal ċirkustanza aggravanti superjuri għal dik li kienet tiġi stabbilita fil-każ li preċedenti wieħed biss kien ġie identifikat.

367   Fl-aħħar nett, fir-rigward ta' l-argument li skondthu ż-żieda tal-multa għal reċidività hija eċċessiva billi twassal għal fatt li r-rikorrenti hija imposta b'multa ekwivalenti għal ta' Interbrew, minkejja d-daqs iżgħar tagħha fuq is-suq, għandu jiġi mfakkar li jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilità li, fost il-provi tal-gravità tal-ksur, jistgħu, skond il-każ, jiffiguraw il-volum u l-valur ta' merkanzija li jagħmlu s-suġġett tal-ksur, id-daqs u s-saħħa ekonomika ta' l-impriża u, għaldaqstant, l-influwenza li din ta' l-aħħar setgħet teżerċita fuq is-suq. Minn dan jirriżulta illi huwa permess, fid-dawl ta' l-iffissar ta' l-ammont tal-multa, li tingħata kunsiderazzjoni kemm għat-turnover globali ta' l-impriża u kemm għall-parti minn din iċ-ċifra li tirriżulta mill-bejgħ ta' merkanzija li hija s-suġġett tal-ksur, iżda illi m'għandux jiġi attribwit la lil waħda u lanqas lill-oħra minn dawn iċ-ċifri importanza sproporzjonata meta mqabbla mal-provi l-oħra (ara, f'dan is-sens, sentenzi Musique diffusion française et vs Il-Kummissjoni, punt 50 iktar 'il fuq, punti 120 u 121; Parker Pen vs Il-Kummissjoni, punt 115 iktar 'il fuq, punt 94, u SCA Holding vs Il-Kummissjoni, punt 158, punt 176).

368   Barra minn hekk, l-effett dissważiv tal-multi jikkostitwixxi wieħed mill-elementi li l-Kummissjoni tista' tikkunsidra fl-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur u, konsegwentement, fl-iffissar tal-grad tal-multa, billi l-gravità tal-ksur għandu jiġi stabbilit in funzjoni ta' diversi elementi bħal, b'mod partikolari, iċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, il-kuntest tagħha u l-portata dissważiva tal-multi, u dan is-sens li ġiet stabbilità lista li torbot jew eżawrjenti ta' kriterji li għandhom b'mod obbligatorju jiġu meħuda in kunsiderazzjoni (digriet SPO et vs Il-Kummissjoni, punt 137 iktar 'il fuq, punt 54; sentenzi Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni, punt 137 iktar 'il fuq, punt 33 ; ta' l-14 ta' Mejju 1998, Sarrió vs Il-Kummissjoni, punt 137 iktar 'il fuq, punt 328).

369   Minn dan jirriżulta li l-fatt li r-rikorrenti hija imposta b'multa mhux proporzjonali għad-daqs tagħha fuq is-suq in kwistjoni ma jirriżultax minn kunċett manifestament eċċessiv tal-kuntest ta' reċidività, iżda tat-totalità tal-kunsiderazzjonijiet li l-Kummissjoni setgħet, b'mod legali, tieħu in kunsiderazzjoni sabiex tistabilixxi l-ammont tal-multa li kellu jiġi impost fuq ir-rikorrenti.

370   Peress illi t-totalità ta' l-ilmenti ppreżentati mir-rikorrenti fil-kuntest tal-preżenti motiv ġew miċħuda, għandu jiġi miċħud dan ta' l-aħħar fit-totalità tiegħu.

5.     Fuq il-motiv ibbażat fuq il-kunsiderazzjoni insuffiċjenti taċ-ċirkustanzi attenwanti applikabbli

371   Il-motiv jinqasam f'erba' partijiet. Fl-ewwel parti, ir-rikorrenti tqajjem ir-rifjut ta' teħid in kunsiderazzjoni mill-Kummissjoni tan-nuqqas ta' effetti tal-ksur fuq is-suq. Fit-tieni parti, hija ssostni li l-Kummissjoni, b'mod żbaljat, ma ħaditx in kunsiderazzjoni l-influwenza fuq il-komportamenti in kwistjoni ta' l-iskema ta' kontroll tal-prezzijiet u tat-tradizzjoni korporatista sekulari li tikkaratterizza s-settur tal-birra. Fit-tielet parti, ir-rikorrenti tqajjem is-sitwazzjoni ta' kriżi li kienet tipprevali fl-epoka tal-fatti. Fl-aħħar nett, fir-raba' parti, hija tqajjem in-natura ta' theddida tal-pożizzjoni ta' Interbrew.

a)     Fuq l-ewwel parti, ibbażata fuq ir-rifjut tal-Kummissjoni li tieħu in kunsiderazzjoni n-nuqqas ta' effetti tal-ksur fuq is-suq

 L-argumenti tal-partijiet

372   Ir-rikorrenti ssostni li, skond il-linji gwida, li ddedikaw fuq dan il-punt prattika kurrenti tal-Kummissjoni, din ta' l-aħħar għandha tieħu in kunsiderazzjoni, bħala ċirkustanza attenwanti, il-fatt li l-akkordju ma kellhux ħlief effett limitat fuq il-kompetizzjoni. F'diversi kawżi, il-Kummissjoni kienet fil-fatt ħadet in kunsiderazzjoni, bħala ċirkustanza attenwanti, in-nuqqas ta' effetti fuq is-suq ta' ftehim kontenzjuż, kif ukoll il-fatt li l-imsemmi ftehim ma kienx ġie implementat, jew ma kienx hekk ġie ħlief in parti biss. Il-fatt li l-Kummissjoni mhijiex marbuta mal-prattika preċedenti tagħha ma tistax tiġġustifika li tali prattika tiġi injorata fi preżenza ta' fatti simili

373   Il-Kummissjoni tadopera, barra minn hekk, konfużjoni bejn l-evalwazzjoni tal-gravità ta' l-akkordju u l-kunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi attenwanti. Minkejja n-neċessità tal-Kummissjoni li tieħu in kunsiderazzjoni l-effetti tal-ksur fuq is-suq għall-finijiet ta' evalwazzjoni tal-gravità tagħha, għandha tieħu in kunsiderazzjoni, skond iċ-ċirkustanzi attenwanti, in-non-applikabbiltà effettiva tal-ftehim jew tal-prattiċi ta' ksur in kwistjoni.

374   Meta kkonkludiet li l-fatt li l-partijiet ma applikawx il-ftehim kollu partikolari li huwa rilevat mill-akkordju ma jfissirx madankollu li dan ta' l-aħħar, bħala tali, ma kienx ġie implementat u li l-fatt li ċerti elementi tal-ksur ma ġewx ikkonkretizzati mhuwiex biżżejjed fih innifsu sabiex titlob l-eżistenza ta' ċirkustanza attenwanti, il-Kummissjoni kienet injorat ir-realtà tal-fatti.

375   Dawn ta' l-aħħar jipprovaw, l-ewwel nett, implementazzjoni parzjali ħafna tas-dikussjonijiet li seħħew bejn Interbrew u r-rikorrenti fuq l-istruttura u l-politika promozzjonali, li ma kellhomx għaldaqstant ħlief effett limitat ħafna fuq is-suq.

376   Konsegwentement, Alken-Maes u Interbrew kienu indikaw f'diversi waqtiet, inkluż ukoll fid-dokumenti interni kontemporanji tal-ftehim, li d-diskussjonijiet kienu baqgħu fl-istadju ta' tentattivi u ma pproduċewx l-ebda effett fuq il-kompetizzjoni. Diversi dokumenti u dikjarazzjonijiet ċitati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata jpoġġu in evidenza l-ineffikaċità tad-diskussjonijiet fil-prattika. Diversi aspetti tal-kompetizzjoni kienu baqgħu intatti, kif jipprovaw b'mod partikolari l-ġlieda feroċi tal-partijiet fl-akkordju għall-iffirmar tal-kuntratti mal-kafeteriji marbuta. L-inkartament tal-Kummissjoni jikkontjeni barra minn hekk diversi dokumenti oħra li jagħmlu riferenza għan-nuqqas ta' effetti fuq il-kompetizzjoni.

377   Barra minn hekk, l-istatistiċi ta' bejgħ juru suffiċjentement in-nuqqas ta' effetti konkreti jew, għallinqas, l-impatt debboli tad-diskussjonijiet bejn Interbrew u Alken-Maes fuq is-suq. Il-partijiet kienu komplew jiddedikaw ruħhom għal kompetizzjoni feroċi fil-partijiet kollha tas-suq. Mill-inkartament jirriżulta b'mod partikolari li Alken-Maes kienet mexxiet politika aggressiva ta' skont kummerċjali fis-settur tad-distribuzzjoni alimentari f'1992 u f'1993. Barra minn hekk, Alken-Maes kienet kompliet titlef sehem tas-suq bejn 1993 u 1998 u kienet it-telliefa prinċipali matul il-perijodu illegali, kemm fis-settur tal-bettiji tal-birer u kemm fis-settur tal-birer bla alkoħol.

378   Barra minn hekk, matul is-sena 1994, Alken-Maes kienet kompliet tipproċedi, għat-tmexxija tal-politika kummerċjali tagħha, għal studji ta' flessibiltà tal-prezzijiet li jistabilixxu li Interbrew kienet it-telliefa prinċipali fil-każ ta' tnaqqis tal-prezzijiet. Alken-Maes kienet għaldaqstant segwiet politika ta' konkorrenza li l-objettiv prinċipali tiegħu kien li jieħu sehem ta' bejgħ lill-Interbrew, minkejja l-eżistenza ta' diskussjonijiet fuq l-istruttura tat-tariffi, mibdija minn Interbrew.

379   Ir-rikorrenti ssostni, fl-aħħar nett, in-nuqqas ta' mekkaniżmi ta' pressjoni li setgħu jassiguraw ir-rispett u l-implementazzjoni prattika tal-ftehim, ċirkustanza li kienet ġiet meħuda in kunsiderazzjoni mill-Kummissjoni bħala ċirkustanza attenwanti fid-deċiżjoni Polypropylène.

380   Il-Kummissjoni ssostni li ċ-ċitażżjonijiet preċedenti mir-rikorrenti huma bla rilevanza, għax huma preċedenti għall-publikazzjoni tal-linji gwida u jikkonċernaw sitwazzjonijiet li mhumiex dejjem simili mal-preżenti każ. F'dan il-każ, il-ftehim anti-kompetittiv kien ġie applikat u l-implementazzjoni parzjali ta' ċerti aspetti kien ġie debitament meħud in kunsiderazzjoni għall-evalwazzjoni tal-gravità ta' l-akkordju.

381   L-argument li skondthu l-ġlieda feroċi tal-partijiet għall-konklużjoni ta' kuntratti mal-kafeteriji jipprovaw l-eżistenza ta' attività anti-kompetittiva li għadha sejra hija bla rilevanza. Fir-rigward tad-dubji espressi minn uffiċjal ta' Interbrew dwar l-effikaċità ta' l-akkordju, mhumiex biżżejjed sabiex jimminimizzaw il-portata tal-konstatazzjoni effettwata mill-partijiet fl-akkordju, matul il-laqgħa tagħhom tat-28 ta' Jannar 1998, tat-twettiq ta' ċerti objettivi. Fl-aħħar nett, it-tnaqqis tas-sehem fuq is-suq ta' Alken-Maes ma jipprovax in-nuqqas ta' effetti billi dan it-tnaqqis kien seta' kien iktar sinjifikattiv xorta waħda fin-nuqqas ta' l-akkordju. Fir-rigward ta' l-istudji ta' Alken-Maes fuq il-flessibiltà tal-prezzijiet, huma mhumiex ħlief proġetti preliminari li ma jitfgħu l-ebda dubju fuq in-natura illegali tal-ftehim.

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

382   Hekk kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċitata fil-punt 277 u 278 iktar 'il fuq, meta kien ġie mwettaq ksur minn diversi impriżi, għandha tiġi eżaminata l-gravità dwar il-parteċipazzjoni tal-ksur ta' kull waħda minnhom, li jimplika, b'mod partikolari, li jiġu stabbiliti r-rwolijiet tagħhom rispettivi fil-ksur matul iż-żmien tal-parteċipazzjoni tagħhom f'dan ta' l-aħħar.

383   Il-punt 3 tal-linji gwida jistabilixxi, taħt it-titolu ta' ċirkustanzi attenwanti, lista mhux eżawrenti ta' ċirkustanzi li jistgħu jwasslu għal diminuzzjoni ta' l-ammont bażiku tal-multa. B'hekk qed issir riferenza għar-rwol esklussivament passiv jew segwaċi ta' impriża fit-twettiq tal-ksur, għal non-applikazzjoni effettiva ta' ftehim jew prattiċi illegali, għat-tmiem tal-ksur mill-ewwel intervenzjonijiet tal-Kummissjoni, għall-eżistenza ta' dubju raġonevoli ta' l-impriża fuq in-natura illegali tal-komportament restrittiv, għall-fatt li l-ksur kien ġie mwettaq b'negliġenza u mhux intenzjonalment, kif ukoll għall-kollaborazzjoni effettiva ta' l-impriża għall-proċedura barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni. Iċ-ċirkustanzi hawnhekk imsemmija huma għaldaqstant kollha bbażati fuq il-komportament proprju ta' kull impriża.

384   Minn dan jirriżulta li, għall-finijiet ta' l-evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi attenwanti, inkluż dik dwar in-non-applikazzjoni tal-ftehim, għandu jiġi meħud in kunsiderazzjoni mhux l-effetti li jirriżultaw mit-totalità tal-ksur, li għandhom jiġu meħuda in kunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni ta' l-impatt konkret ta' ksur fuq is-suq għall-finijiet ta' l-evalwazzjoni tal-gravità tagħha, iżda l-komportament individwali ta' kull impriża, għall-finijiet ta' eżaminazzjoni tal-gravità dwar il-parteċipazzjoni ta' kull impriża fil-ksur.

385   F'dan il-każ, għandu għaldaqstant jiġi vverifikat jekk l-argumenti mressqa mir-rikorrenti huma ta' natura li jistabilixxu li, matul il-perijodu li matulhu hija segwiet il-ftehim illegali, hija effettivament naqset milli tapplikahom billi adottat komportament ta' konkorrenza fuq is-suq (ara, f'dan is-sens, is-sentenza Ciment, punt 31 iktar 'il fuq, punti 4872 sa 4874).

386   Ir-rikorrenti tqajjem, essenzjalment, ħames argumenti b'sostenn ta' l-invokazzjoni tagħha taċ-ċirkustanza attenwanti għal non-applikazzjoni effettiva tal-ftehim.

387   Fir-rigward ta' l-ewwel argument, ibbażat fuq applikazzjoni parzjali ħafna tad-diskussjonijiet intervenuti bejn Interbrew u r-rikorrenti, għandu jiġi kkonstatat li din ta' l-aħħar ma tqajjimx in-non-applikazzjoni tar-riżultati tal-ftehim fuq l-istruttura tas-sistema tat-tariffi u l-politikà promozzjonali, iżda biss l-applikazzjoni tagħhom parzjali. Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li l-imsemmi ftehim ma jirrepreżentax ħlief parti tal-ksur ikkonstatat, li kien jinkludi b'mod partikolari patt ġenerali ta' non-aggressjoni, ftehim fuq il-prezzijiet fil-kummerċ bl-imnut, it-tqssim tal-klijentela fis-settur horeca, il-limitu ta' l-investimenti u tar-reklamar fuq is-suq horeca kif ukoll skambju ta' informazzjoni fuq il-bejgħ fis-settur horeca u l-kummerċ bl-imnut.

388   Fir-rigward tat-tieni argument, ibbażat fuq il-fatt li d-diskussjonijiet baqgħu fl-istadju ta' tentattiv u ma pproduċewx l-ebda effett fuq il-kompetizzjoni, għandu jiġi rrilevat li, anki kieku kellu jiġi avverat, tali fatt ma jipprovax in-non-applikazzjoni effetiva tal-ftehim, iżda għall-kuntrarju volontà, anki jekk ma rnexxietx, li timplementahom. Hekk ukoll fuq il-portata li għandu jiġi attribwit lill-korrispondenza bejn Interbrew u Alken-Maes dwar il-kafeteriji marbuta b'kuntratt. Il-formulazzjoni ta' inkriminazzjonijiet taż-żewġ impriżi f'dan ir-rigward għandha tinqara fid-dawl tal-patt ġenerali ta' non-aggressjoni preċedenti bejn iż-żewġ impriżi (ara l-punt 147 iktar 'il fuq) u tipprova, f'dan ir-rigward, anki iktar il-volontà li tara li l-imsemmi ftehim jiġi rrispettat iktar milli n-non-applikazzjoni effettiva. F'kull każ, il-korrispondenza li suppost tagħti eżempju tal-ġlieda feroċi għall-kuntratti konklużi mal-kafeteriji marbuta hija mifruxa biss fuq perijodu ta' sitt snin, jiġifieri minn Awissu 1996 sa Jannar 1997.

389   Fir-rigward tat-tielet argument, jiġifieri dak ta' wirja statistika ta' nuqqas ta' effetti fuq is-suq, għandu jiġi kkonstatat li, anki li kieku din il-wirja kienet sar, hija bla rilevanza, billi hija ma tipprova bl-ebda mod in-non-applikazzjoni effettiva tal-ftehim. Hekk ukoll fuq il-politika aggressiva ta' skont allegatament immexxija, billi r-rikorrenti ma werietx li l-politika imsemmija tista' tiġi analizzata bħala skapula da parti tagħha mill-ftehim li kienet parti fih. F'kull każ, bilfors għandu jiġi kkonstatat li tali komportament ma jaffettwax l-applikazzjoni tal-ftehim ħlief f'miżura limitata, billi dan ta' l-aħħar jaqbeż bil-vastità tiegħu, kemm fis-sustanza u kemm fiż-żmien, l-episodji ssollevati ta' ġlied ta' konkorrenza. B'hekk, il-politika allegatament aggressiva ta' skontijiet kummerċjali li Alken-Maes kienet mexxiet fid-distribuzzjoni alimentari hija ristretta, skond ir-rikorrenti nnfisha, għas-snin 1992 u 1993.

390   Fir-rigward tar-raba' argument, għandu jiġi rrilevat li l-fatt li Alken-Maes kompliet fl-1994 sabiex tipproċedi għal studji ta' flessibiltà, anki meta dawn ta' l-aħħar kienu juru li Interbrew kellha iktar x'titlef minn tnaqqis tal-prezzijiet tal-birra Maes, bl-ebda mod ma jistabilixxi li r-rikorrenti u s-sussidjarja tagħha effettivament iskapulaw ruħhom mill-ftehim billi adottaw komportament kompetittiv fuq is-suq.

391   Għaldaqstant, l-ebda mill-ewwel erbgħa argumenti mressqa mir-rikorrenti ma jippermetti li jikkonkludi li r-rikorrenti effettivament iskapulat ruħha, waqt il-perijodu li matulhu hija segwiet il-ftehim illegali, mill-applikazzjoni tiegħu billi adottat komportament kompetittiv fuq is-suq.

392   Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-konklużjoni li r-rikorrenti tasal għalih hija nnifisha mill-argumenti tagħha, jiġifieri l-impatt limitat tal-ftehim fuq is-suq, huwa prova fih innifsu li dawn l-argumenti ma jirrilevawx mill-problematika taċ-ċirkustanzi attenwanti, iżda mill-gravità tat-totalità tal-ksur, li mhuwiex l-iskop tal-preżenti motiv.

393   Hekk ukoll f'dak li jikkonċerna l-ħamest argument miġjub mir-rikorrenti, jiġifieri n-nuqqas ta' mekkaniżmi ta' pressjoni li jistgħu jassiguraw ir-rispett u l-implementazzjoni prattika tal-ftehim, billi din iċ-ċirkustanza, kieku kienet ġiet avverata, kien ikollha tiġi meħuda in kunsiderazzjoni, skond il-linji gwida, skond il-gravità tal-ksur u m'għandhiex tikkonstitwixxi ċirkustanza attenwanti bbażata fuq il-komportament speċifiku tar-rikorrenti. Fil-fatt, jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilità li n-nuqqas ta' miżuri ta' kontroll ta' l-implementazzjoni ta' akkordju m'għandux, fih innifsu, jikkostitwixxi ċirkustanza attenwanti (sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Mejju 1998, Enso Española vs Il-Kummissjoni, T‑348/94, Ġabra p. II‑1875, punt 318).

394   Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat illi, fid-deċiżjoni Polypropylène, imqajma mir-rikorrenti, il-Kummissjoni ma kkunsidratx in-nuqqas ta' mekkaniżmi ta' pressjoni bħala ċirkustanza attenwanti li tista' tiġi kkunsidrata taħt titolu individwali fir-rigward ta' l-impriżi destinatarji, iżda għall-kuntrarju bħala fattur li għandu jiġi meħud in kunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-gravità tat-totalità tal-ksur.

395   Fl-aħħar nett, għandu jiġi ppreċiżat, fir-rigward ta' l-argument li skonthu kemm in-nuqqas ta' effetti fuq is-suq u kemm dak ta' mekkaniżmi ta' pressjoni kienu fil-passat ġew meħuda in kunsiderazzjoni mill-Kummissjoni bħala ċirkustanza attenwanti, li l-fatt biss illi l-Kummissjoni kkunsidrat, fil-prattika deċiżjonali tagħha preċedenti, li ċerti elementi kkostitwew ċirkustanzi attenwanti għall-finijiet ta' l-iffissar ta' l-ammont tal-multa ma jimplikax li hija obbligata li tagħmel l-istess evalwazzjoni f'deċiżjoni ulterjuri (ara punt 57 iktar 'il fuq). Il-prattika deċiżjonali preċedenti tal-Kummissjoni ma sservix fil-fatt hija stess ta' kuntest ġuridiku għall-multi fir-rigward tal-kompetizzjoni (ara l-ġurisprudenza ċitata fil-punt 153 iktar 'il fuq). Konsegwentement, jirriżulta mill-ġurisprudenza ċitata fil-punti 134 u 135 iktar 'il fuq li l-Kummissjoni tiddisponi, fil-kuntest tar-Regolament Nru 17, minn marġinu ta' diskrezzjoni fl-iffissar ta' l-ammont tal-multi sabiex torjenta l-komportament ta' l-impriżi fis-sens tar-rispett tar-regoli ta' kompetizzjoni u li l-fatt li l-Kummissjoni kienet applikat, fil-passat, multi ta' ċertu grad lil ċertu tip ta' ksur m'għandux konsegwentement iċaħħadha mill-possibbiltà li tgħolli dan il-grad fil-limiti indikati mir-Regolament Nru 17, jekk dan huwa neċessarju sabiex jassigura l-implementazzjoni tal-politika komunitarja ta' kompetizzjoni. L-applikazzjoni effikaċi tar-regoli komunitarji tal-kompetizzjoni teżiġi għall-kuntrarju li l-Kummissjoni tista' f'kull mument tadatta l-grad tal-multi għall-bżonnijiet ta' din il-politika.

396   L-ewwel parti tal-motiv għandu għaldaqstant jiġi miċħud.

b)     Fuq it-tieni parti, ibbażata fuq in-nuqqas ta' teħid in kunsiderazzjoni mill-Kummissjoni ta' l-influwenza ta' l-iskema ta' kontroll tal-prezzijiet u tat-tradizzjoni korporatista sekulari li tikkaratterizza s-settur tal-birra

 L-argumenti tal-partijiet

397   Ir-rikorrenti ssostni li, wara l-pożizzjoni li l-Kummissjoni adottat fid-deċiżjoni Vapuri Griegi, billi din ta' l-aħħar kienet, kuntrarjament għal dak li huwa ddikjarat fil-punt 320 tad-deċiżjoni kkontestata, simili mal-preżenti kawża, il-Kummissjoni kellha tieħu in kunsiderazzjoni l-influwenza ta' prattiċi tradizzjonali ta' l-iffissar tal-prezz fuq is-suq tal-birra bħala ċirkustanza attenwanti.

398   B'hekk, il-Kummissjoni kienet injorat li l-liġi fuq il-prezzijiet, fis-seħħ minn 1945 sa 1993, imponiet fuq kull impriża taħt kontroll – inkluż ir-rikorrenti u l-birreriji l-oħra – l-introduzzjoni ta' talbiet ta' awtorizzazzjoni ta' żieda tal-prezzijiet, individwalment jew kollettivament, sa' Mejju 1993, b'hekk illi ġiet inkluża fil-linja ta' tradizzjoni sekulari ta' ftehim u ta' skambju ta' informazzjoni bejn birreriji. Ir-rikorrenti tfakkar, barra minn hekk, li, minkejja l-eżistenza ta' żewġ proċeduri distinti, it-talbiet ta' żieda fil-prezzijiet kienu ppreżentati kollettivament minn CBB, billi din il-proċedura kienet tikkorispondi għall-preferenza espressa mill-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi għall-raġunijiet ta' faċilità amministrattiva. Barra minn hekk, bl-eżiġenza li t-talba kollettiva ppreżentata minn CBB dwar il-prezzijiet u l-kundizzjonijiet oħra ta' bejgħ tkun iddettaljata ħafna, l-iskema ta' kontroll tal-prezzijiet kienet inevitabilment iffavorit il-ftehim fuq il-prezzijiet bejn il-birreriji.

399   Fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-komportament illegali wara x-xahar ta' Mejju 1993, hija ġiet inkluża fil-kontinwità ta' leġiżlazzjoni li m'għamlitx ħlief saħħet tradizzjoni sekulari ta' ftehim bejn birreriji. Din it-tradizzjoni tispjega d-diffikultajiet riskontrati mill-partijiet sabiex joħorġu immedjatament minn din l-iskema tradizzjonali. Huwa f'dan id-dawl li l-iskema ta' kontroll tal-prezzijiet, ġeneratur ta' użanzi li jiffavorixxu l-inerzja, għandha tiġi meħuda in kunsiderazzjoni bħala ċirkustanza attenwanti kif kienet għamlet il-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet tagħha 82/896/KEE, tal-15 ta' Diċembru 1982, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 85 tat-Trattat KEE (IV/29.883 – UGAL vs BNIC) (ĠU L 379, p. 1, iktar 'il quddiem id-"deċiżjoni BNIC", punt 77), u 86/596/KEE, tas-26 ta' Novembru 1986, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 85 tat-Trattat KEE (IV/31.204 – MELDOC) (ĠU L 348, p. 50, iktar 'il quddiem id-"deċiżjoni MELDOC", punt 77).

400   Barra minn hekk, il-Kummissjoni kienet żbaljat meta kkunsidrat li, kieku kellha tippermettih, l-influwenza eżerċitata bil-kontroll tal-prezzijiet fuq il-ftehim ma kienx ġie eżerċitat ħlief sat-23 ta' Diċembru 1992, data ta' l-aħħar talba ta' żieda fil-prezz kollettiv ippreżentat minn CBB, waqt illi l-birreriji kienu fil-fatt u fid-dritt inkuraġġati mill-1 ta' Mejju 1993, data tad-dħul fis-seħħ tas-sentenza ministerjali li tirrevoka l-iskema ta' kontroll tal-prezzijiet, sabiex jiftiehmu fuq il-prezzijiet ta' ċerti birer. Il-Kummissjoni kienet għaldaqstant ikkonkludiet b'mod żbaljat, fil-punt 247 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-laqgħa tat-28 ta' Jannar 1993, billi kienet saret wara d-data tat-23 ta' Diċembru 1992, ma setgħetx tiġi kkunsidrata bħala laqgħa bejn birreriji fil-kuntest ta' CBB dwar dikjarazzjoni kollettiva ta' żieda ta' prezzijiet.

401   Fl-aħħar nett, billi tirreferi ruħha għall-inċiż 247 tad-deċiżjoni kkontestata, għal-laqgħa li saret man-negozjanti tal-birra b'sostenn tar-rifjut tagħha li tieħu in kunsiderazzjoni l-kontroll tal-prezzijiet bħala ċirkustanza attenwanti, il-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra l-fatt li l-iskema ta' kontroll ta' prezzijiet ikkonċerna mhux biss il-produtturi, iżda wkoll l-importaturi tal-birra.

402   Il-Kummissjoni ssostni li hija indikat fid-deċiżjoni kkontestata li, kuntrarjament għall-fatti msemmija fid-deċiżjoni Vapuri Griegi, ir-rappreżentazzjoni kollettiva tal-birreriji għall-finijiet tan-notifika ta' żieda ta' prezz ma kinitx ħlief għażla u mhux obbligu. F'dan ir-rigward, huwa bla konsegwenza li l-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomiċi kien esprima l-preferenza tiegħu għall-miżuri kollettivi. Il-Kummissjoni żżid li, jekk il-leġiżlazzjoni fuq il-prezzijiet kellha l-impatt li r-rikorrenti tattribwilha, il-birreriji kollha kienu jkunu implikati fil-ftehim, waqt li kienu biss iż-żewġ birreriji prinċipali hekk implikati.

403   Il-Kummissjoni żżid li, jekk il-kontroll tal-prezzijiet ġie fit-tmiem tiegħu fl-1 ta' Mejju 1993, l-aħħar dikjarazzjoni kollettiva ta' żieda tal- prezzijiet kienet, f'kull każ, ġiet ippreżentata fit-23 ta' Diċembru 1992, u li l-ewwel fatti ta' ftehim meħuda in kunsiderazzjoni, iddatati mit-28 ta' Jannar 1993, kienu ġraw wara din id-data. Għaldaqstant, kieku ġiet avverata, it-"tradizzjoni korporatista" m'għandhiex tikkostitwixxi ċirkustanza attenwanti għall-dejjem. Fir-rigward tad-deċiżjonijiet BNIC u MELDOC, huma kienu preċedenti għall-pubblikazzjoni tal-linji gwida u ma kienux ikkunsidraw l-eżistenza ta' skema ta' kontroll tal-prezzijiet bħala ċirkustanza attenwanti.

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

404   Taħt titolu preliminari, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li r-rikorrenti ma tpoġġix f'dubju l-konstatazzjoni mill-Kummissjoni ta' l-eżistenza ta' ksur mit-28 ta' Jannar 1993. Konsegwentement, jirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata, bla ma dan huwa lanqas ikkontestat, li mekkaniżmu ta' kontroll tal-prezzijiet kien applikabbli fis-settur tal-birra Belġjana sa' l-1 ta' Mejju 1993, data li fiha ġie fit-tmiem tiegħu. Għaldaqstant għandu jiġi stabbilit jekk l-eżistenza ta' l-imsemmi mekkaniżmu sa din id-data kkostitwiet circostanza attenwanti li l-Kummissjoni kellha tieħu in kunsiderazzjoni. F'dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-argumentazzjoni tar-rikorrenti jwassal essenzjalment sabiex tqajjem l-applikabbiltà taċ-ċirkustanza attenwanti msemmija fir-raba' inċiż tal-punt 3 tal-linji gwida, jiġifieri l-"esistenza ta' dubju ragionevoli ta' l-impriża fuq in-natura illegali tal-komportament restrittiv".

405   L-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li, f'risposta għall-mistoqsijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza, matul is-seduta, fuq il-portata eżatta tal-mekkaniżmu ta' kontroll tal-prezzijiet fis-seħħ sa' l-1 ta' Mejju 1993, ir-rikorrenti indikat li jirriżultaw ċarament testi relatati mal-kontroll tal-prezzijiet li l-birreriji setgħu jissottomettu għall-approvazzjoni tal-Ministru ta' l-Affarijiet Economici, billi jippreservaw, jekk ikun il-każ, il-kunfidenzjalità tal-prezzijiet, permezz l-intervenzjoni ta' CBB, jew it-talbiet individuali.

406   Fit-tieni lok, għandu jiġi kkonstatat li, bil-kunsiderazzjoni, min-naħa, tal-gravità kbira ħafna, min-natura tagħhom, tal-fatti in kwistjoni (ara punti 145 sa 155 iktar 'il fuq) u, min-naħa l-oħra, tar-riżorsi materjali u intellettwali li jiddisponu minnhom ir-rikorrenti u s-sussidjarja tagħha Alken-Maes, li jippermettulhom li jevalwaw il-karatteristiċi ta' l-ambjent leġiżlattiv u l-konsegwenzi li jistgħu jirriżultaw, f'dan il-paragun, mill-komportament tagħhom mill-perspettiva tad-dritt komunitarju tal-kompetizzjoni, m'għandux ikun validament sottomess li l-mekkaniżmu ta' kontroll ta' prezzijiet fis-seħħ sa' l-1 ta' Mejju 1993 ikkostitwixxa fil-konfront tar-rikorrenti dubju raġonevoli fir-rigward tal-karattru illegali tal-komportament restrittiv. Barra minn hekk, huwa iktar u iktar hekk li r-rikorrenti kienet is-suġġett, fil-passat, ta' konstatazzjonijiet ta' ksur tad-dritt komunitarju tal-kompetizzjoni simili.

407   Fit-tielet lok, fir-rigward tad-deċiżjonijiet li, skond ir-rikorrenti, jikkostitwixxu preċedenti tal-kunsiderazzjoni mill-Kummissjoni ta' l-eżistenza ta' skema ta' kontroll tal-prezzijiet bħala ċirkustanza attenwanti, għandu jiġi kkonstatat li, skond il-ġurisprudenza ċitata fil-punt 395 iktar 'il fuq, il-fatt biss li l-Kummissjoni kkunsidrat, fil-prattika deċiżjonali tagħha preċedenti, li ċerti elementi kkostitwew ċirkustanzi attenwanti għall-finijiet ta' l-iffissar ta' l-ammont tal-multa ma jimplikax li hija obbligata li tagħmel l-istess evalwazzjoni f'deċiżjoni ulterjuri. Fil-fatt, il-prattika deċiżjonali preċedenti tal-Kummissjoni ma sservíx fiha nnifisha ta' kuntest legali għall-multi fir-rigward ta' kompetizzjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tiddisponi, fil-kuntest tar-Regolament Nru 17, minn marġinu ta' evalwazzjoni fl-iffissar ta' l-ammont tal-multi sabiex torjenta l-komportament ta' l-impriżi fis-sens tar-rispett tar-regoli ta' kompetizzjoni u l-fatt li l-Kummissjoni applikat, fil-passat, multi ta' ċertu grad għal ċerti tip ta' ksur m'għandux għaldaqstant iċaħħadha mill-possibbiltà li tgħolli dan il-grad fil-limiti indikati permezz tar-Regolament Nru 17, jekk dan huwa neċessarju sabiex jassigura l-implementazzjoni tal-politika komunitarja ta' kompetizzjoni. L-applikazzjoni effikaċi tar-regoli komunitarji tal-kompetizzjoni teżiġi għall-kuntrarju li l-Kummissjoni tkun tista' f'kull mument tadatta l-grad tal-multi għall-bżonnijiet ta' din il-politika.

408   Billi l-eżistenza ta' mekkaniżmu ta' kontroll tal-prezzijiet, f'dan il-każ, ma tistax tikkonstitwixxi ċirkustanza attenwanti għall-perijodu li jibda mit-28 ta' Jannar sa' l-1 ta' Mejju 1993, għandu jiġi konkluż minn dan li tali ċirkustanza m'għandix, a fortiori, tiġi kkonstatata fil-konfront tar-rikorrenti għall-perijodu wara l-1 ta' Mejju 1993.

409   Għaldaqstant it-tieni parti tal-motiv għandha tiġi miċħuda.

c)     Fuq it-tielet parti, ibbażata fuq ir-rifjut tal-Kummissjoni li tieħu in kunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ta' kriżi tas-settur

 L-argumenti tal-partijiet

410   Skond ir-rikorrenti, il-Kummissjoni kellha, f'konformità mal-prattika tagħha sa' l-1998 u mal-ġurisprudenza tal-Qorti, tieħu in kunsiderazzjoni l-fatt li l-akkordju ġie żviluppat f'kuntest ta' kriżi tas-suq u tikkunsidra dan il-kuntest bħala ċirkustanza attenwanti. Madankollu, il-Kummissjoni llimitat ruħha li tikkunsidra li s-sitwazzjoni ta' dan il-każ ma kinitx simili mas-sitwazzjonijiet imsemmija fid-deċiżjonijiet fejn is-sitwazzjoni ta' kriżi ġiet meħuda in kunsiderazzjoni, billi ġiet riferita mingħajr iktar preċiżjonijiet fid-deċiżjonijiet Ciment, PVC II u Tubi ta' l-azzar bla saldatura.

411   Il-birreriji Belġjani kienu madankollu ġew ikkonfrontati bi tnaqqis kontinwa tat-talba u b'potenzjal ta' produzzjoni żejda kif ukoll bi pressjonijiet tad-distribuzzjoni kbira fuq il-prezz tal-bettiji tal-birer. Il-Kummissjoni hija stess, barra minn hekk, kienet irrikonoxxiet, fid-deċiżjoni kkontestata, id-diffikultajiet irreġistrati fuq is-suq waqt is-snin 90. F'dan il-każ, l-attivitajiet tas-sussidjarja tar-rikorrenti fil-Belġju kienu finanzjarjament fraġli ħafna fl-1993. Ir-rikorrenti żżid li, jekk huwa veru li hija s-sitwazzjoni ta' kriżi tas-settur u mhux dik ta' l-impriża meħuda fl-individwalità tagħha li tista' tiġi kkunsidrata, hija riedet xorta waħda tenfasizza li s-sitwazzjoni finanzjarja delikata li kellha taffaċċja Alken-Maes kienet tipprovjeni direttament mir-reċessjoni tas-suq tal-birra li fih, il-bogħod milli kien "leġġer" kif tiddikjarah il-Kummissjoni, it-tnaqqis tal-konsomazzjoni kien ta' 15% fuq il-perijodu 1993-1998, li jiġġenera potenzjal superjuri li kellu wkoll jiġi meħud in kunsiderazzjoni mill-Kummissjoni, billi jsegwi l-eżempju ta' dak li għamlet fid-deċiżjonijiet PVC II u Ciment.

412   L-ewwel nett il-Kummissjoni ssostni li s-sitwazzjoni finanzjarja ta' impriża ma tipprovax kriżi tas-settur ekonomiku in kwistjoni, li tista' tiġi meħuda in kunsiderazzjoni taħt it-titolu ta' ċirkustanzi attenwanti, u li l-ġurisprudenza tal-Qorti dejjem irrifjutat li tieħu in kunsiderazzjoni taħt dan it-titolu s-sitwazzjoni ta' telf ta' impriża. Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet imqajma mir-rikorrenti huma fil-parti l-kbira preċedenti għall-pubblikazzjoni tal-linji gwida u, għaldaqstant, bla rilevanza. F'kull każ, is-sitwazzjoni ta' kriżi mqajma bl-ebda mod mhija simili ma' dawk li l-Kummissjoni s'issa ħadet in kunsiderazzjoni.

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

413   L-ewwel nett għandu jiġi rrilevat li, skond ġurisprudenza stabbilità, il-Kummissjoni m'għandhiex tiġi sottomessa għall-obbligazzjoni li tieħu in kunsiderazzjoni, għall-iffissar ta' l-ammont tal-multa, id-diffikultajiet finanzjarji ta' impriża, li jwassal sabiex jiġi pprokurat vantaġġ ta' konkorrenza inġustifikata lill-impriżi l-inqas adattati għall-kundizzjonijiet tas-suq (ara, f'dan is-sens, is-sentenza IAZ et vs Il-Kummissjoni, punt 281 iktar 'il fuq, punti 54 u 55; is-sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Mejju 1998, Fiskeby Board vs Il-Kummissjoni, T‑319/94, Ġabra p. II‑1331, punti 75 u 76, u Enso Española vs Il-Kummissjoni, punt 393 iktar 'il fuq, punt 316). L-argumenti bbażati fuq il-fraġilità finanzjarja ta' Alken-Maes fl-1993 m'għandhomx għaldaqstant jiġu kkunsidrati fil-kuntest ta' l-evalwazzjoni ta' l-eżistenza ta' ċirkustanza attenwanti.

414   Barra minn hekk, iċ-ċirkustanzi, bħat-tnaqqis kontinwu tat-talba – li, f'kull każ, hekk kif irrilevatu l-Kummissjoni, ġie inizjalment evalwat mir-rikorrenti, fir-risposta tagħha għall-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, għal 15% fuq għaxar snin u mhux fuq ħames snin, il-potenzjal ta' produzzjoni żejda li kien jirriżulta minnu jew anki l-pressjonijiet li d-distribuzzjoni kbira kienet teżerċita fuq il-prezzijiet jirrilevaw, anki jekk dawn kienu seħħew, riskji inerenti għal kull attività ekonomika li, bħala tali, ma jikkaratterizzawx sitwazzjoni strutturali jew ekonomika eċċezzjonali li tista' tiġi meħuda in kunsiderazzjoni għall-iffissar ta' l-ammont tal-multa.

415   Fl-aħħar nett, fir-rigward ta' l-argument li skondthu l-prattika preċedenti tal-Kummissjoni kienet torbot lil din ta' l-aħħar, għandu jiġi mfakkar li, skond il-ġurisprudenza ċitata fil-punt 395 iktar 'il fuq, il-fatt biss li l-Kummissjoni kkunsidrat, fil-prattika deċiżjonali tagħha preċedenti, li ċerti elementi kienu jikkostitwixxu ċirkustanzi attenwanti għall-finijiet ta' l-iffissar ta' l-ammont tal-multa ma jimplikax li hija obbligata li tagħmel l-istess evalwazzjoni f'deċiżjoni ulterjuri. Fil-fatt, il-prattika deċiżjonali preċedenti tal-Kummissjoni ma sservix fiha nnifisha ta' kuntest legali għall-multi fir-rigward ta' kompetizzjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tiddisponi, fil-kuntest tar-Regolament Nru 17, minn marġinu ta' evalwazzjoni fl-iffissar ta' l-ammont tal-multi sabiex torjenta l-komportament ta' l-impriżi fis-sens tar-rispett tar-regoli ta' kompetizzjoni u l-fatt li l-Kummissjoni applikat, fil-passat, multi ta' ċertu grad għal ċerti tip ta' ksur m'għandux għaldaqstant iċaħħadha mill-possibbiltà li tgħolli dan il-grad fil-limiti indikati permezz tar-Regolament Nru 17, jekk dan huwa neċessarju sabiex jassigura l-implementazzjoni tal-politika komunitarja ta' kompetizzjoni. L-applikazzjoni effikaċi tar-regoli komunitarji tal-kompetizzjoni teżiġi għall-kuntrarju li l-Kummissjoni tkun tista' f'kull mument tadatta l-grad tal-multi għall-bżonnijiet ta' din il-politika.

416   Għaldaqstant it-tielet parti tal-motiv għandu jiġi miċħud.

d)     Fuq ir-raba' parti, ibbażata fuq pożizzjoni minaċċuża ta' Interbrew

 L-argumenti tal-partijiet

417   Skond ir-rikorrenti, il-Kummissjoni kellha, f'konformità mal-prattika deċiżjonali tagħha u mal-ġurisprudenza tal-Qorti, tieħu in kunsiderazzjoni. bħala ċirkustanza attenwanti, il-pożizzjoni ta' debbolezza u ta' dipendenza li fiha kienet tinsab Alken-Maes fil-konfront ta' Interbrew fl-epoka ta' l-akkordju, billi din ta' l-aħħar kienet tgawdi minn 1987 minn pożizzjoni dominanti fuq is-suq.

418   Il-pożizzjoni minaċċanti ta' Interbrew tiġi b'mod ċar ipprovata mill-inkartament. B'hekk, f'nota tad-19 ta' Awissu 1993 lil M. C., M. M., dak iż-żmien CEO ta' Interbrew, iddikjara li kien lest li "jikkonvinċi" lil Alken-Maes li ssegwi lil Interbrew wara li din ta' l-aħħar kienet unilateralment iddeċidiet fuq żieda ta' prezzijiet. Barra minn hekk, il-korrispondenza skambjata bejn Interbrew u Alken-Maes wara l-protesta ta' din ta' l-aħħar kontra kummerċ bieb bieb minn Interbrew lill-ħwienet tax-xorb marbuta b'mod kuntrattwali ma' Alken-Maes, li fiha Interbrew ipproponiet li tbati d-danni għal ksur tal-kuntratti in kunsiderazzjoni ta' l-iffirmar ta' kuntratt ġdid ma' Alken-Maes, tipprova l-istrateġija ta' esklużjoni ta' Interbrew, rinforzata bl-integrazzjoni vertikali espansjonista tagħha. Barra minn hekk, ir-reazzjoni eċċessiva li biha kienet irreaġixxiet Interbrew fil-konfront tal-politika ġdida ta' Alken-Maes f'1994 kien jiddenota setgħa ta' dannu bħalma Alken-Maes beżgħet għas-sopravivenza tagħha.

419   Barra minn hekk, ir-rikorrenti tikkunsidra li huwa żbaljat li l-Kummissjoni ssostni li l-pożizzjoni minaċċanti ta' Interbrew fil-konfront ta' Alken-Maes hija bla loġika u kuntrarja għan-natura tal-ksur. Il-Kummissjoni titlef mill-perspettiva tagħha l-interess li Interbrew kellha sabiex tikkonkludi u ssegwi l-akkordju. Barra minn hekk, huwa sorprendenti li l-Kummissjoni ma tara l-ebda inkompattibiltà bejn il-fatt li ssostni, min-naħa, li r-rikorrenti kellha pożizzjoni minaċċanti fir-rigward ta' Interbrew u, min-naħa l-oħra, li hija, fl-istess ħin, ftiehmet ma' Interbrew.

420   Fl-aħħar, billi takkuża lir-rikorrenti li tinjora, billi tallega l-karattru minaċċanti ta' Interbrew, il-parteċipazzjoni tagħha stess fl-akkordju, il-Kummissjoni tesaġera b'mod żbaljat l-influwenza tagħha fuq Alken-Maes, filwaqt illi, bogħod milli kellha rwol attiv f'Alken-Maes, ir-rikorrenti ppruvat għall-kuntrarju tirtira ruħha mill-attività tagħha "birra" fl-inqas kundizzjonijiet ħżiena possibbli.

421   Skond il-Kummissjoni, billi ssollevat il-pożizzjoni minaċċanti ta' Interbrew, ir-rikorrenti titlef mill-perspettiva tagħha mhux biss id-daqs tagħha stess u l-piż tagħha fuq is-suq Franċiż tal-birra, iżda anki l-fatt li ftehim kien ikun nieqes minn skop fl-ipoteżi ta' dipendenza totali tar-rikorrenti jew tas-sussidjarja tagħha fil-konfront ta' Interbrew. Barra minn hekk, teżisti differenza ta' kwalità bejn it-theddida eżerċitata mir-rikorrenti, li kellha bħala skop l-estenżjoni ta' l-akkordju fuq is-suq Belġjan, u l-allegata theddida eżerċitata minn Interbrew, li suppost kienet tikkonċerna l-istess suq ta' dak ta' l-akkordju. Filwaqt illi jkun loġiku li theddida fi Franza jwassal sabiex Interbrew taċċetta li tifrex l-akkordju fil-Belġju, huwa inqas loġiku, min-naħa l-oħra, li Interbrew kienet aċċettat li tiftiehem ma' impriża mqegħda taħt l-influwenza tagħha.

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

422   L-ewwel nett għandu jiġi mfakkar li, f'dan il-każ, ir-rikorrenti ma tikkontestax li ħadet parti fi ksur għall-Artikolu 81 KE, li jikkonsisti b'mod partikolari fi grupp ta' ftehim bi skop anti-kompetittiv. Issa, skond ġurisprudenza stabbilità, l-eżistenza ta' ftehim fis-sens ta' l-Artikolu 81(1) KE jimplika li l-impriżi in kwistjoni kienu esprimew il-volontà komuni tagħhom li jġibu ruħhom fuq is-suq b'mod stabbilit (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja ACF Chemiefarma vs Il-Kummissjoni, punt 352 iktar 'il fuq, punt 112, u tad-29 ta' Ottubru 1980, Van Landewyck et vs Il-Kummissjoni, 209/78 sa 215/78 u 218/78, Ġabra p. 3125, punt 86; is-sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 1991, Hercules Chemicals vs Il-Kummissjoni, punt 57 iktar 'il fuq, punt 256 ; tas-26 ta' Ottubru 2000, Bayer vs Il-Kummissjoni, T‑41/96, Ġabra p. II‑3383, punt 67, u ta' l-14 ta' Ottubru 2004, Bayerische Hypo- und Vereinsbank vs Il-Kummissjoni, T‑56/02, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 59). Konsegwentement il-kunċett ta' ftehim, fis-sens ta' l-Artikolu 81(1) KE, hekk kif ġiet interpretata mill-ġurisprudenza, hija bbażata fuq l-eżistenza ta' konkordanza ta' volontajiet bejn għallinqas żewġ partijiet (sentenzi Bayerische Hypo- und Vereinsbank vs Il-Kummissjoni, preċitata, punt 61, u Bayer vs Il-Kummissjoni, preċitata, punt 69, u l-ġurisprudenza ċitata). Ir-rikorrenti m'għandhiex għaldaqstant tippretendi li kienet aġixxit taħt il-pressjoni ta' Interbrew.

423   Barra minn hekk, jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilità li impriża li tipparteċipa f'laqgħat li għandhom skop anti-kompetittiv, ukoll taħt il-pressjoni ta' parteċipanti oħra li għandhom saħħa ekonomika superjuri, tiddisponi dejjem mill-possibbiltà li tressaq ilment quddiem il-Kummissjoni sabiex tiddenunċja l-attivitajiet anti-kompetittivi in kwistjoni iktar milli tkompli l-parteċipazzjoni tagħha fl-imsemmija laqgħat (sentenza HFB et vs Il-Kummissjoni, punt 245 iktar 'il fuq, punt 226).

424   Minn dan jirriżulta li l-allegata sitwazzjoni ta' dipendenza li fiha sabet ruħha mqegħda r-rikorrenti fil-konfront ta' Interbrew u lanqas il-pożizzjoni minaċċanti allegatament adottata minn din ta' l-aħħar fil-konfront tar-rikorrenti m'għandhom jikkaratterizzaw sitwazzjoni li tista' tiġi meħuda in kunsiderazzjoni mill-Kummissjoni bħala ċirkustanza attenwanti.

425   Għaldaqstant ir-raba' parti tal-motiv u, konsegwentement, l-integralità ta' dan ta' l-aħħar, għandu jiġi miċħud.

6.     Fuq il-motiv ibbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tal-vastità tal-kooperazzjoni tar-rikorrenti bi ksur tal-prinċipju ta' trattament indaqs u tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni

426   Ir-rikorrenti ssostni li hija kellha tgawdi, b'applikazzjoni tal-punt D tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni, minn riduzzjoni ta' 50% tal-multa li ġiet imposta fuqha. Il-motiv jinkludi żewġ partijiet. Ir-rikorrenti ssostni, fl-ewwel parti, li l-Kummissjoni pproċediet għal evalwazzjoni żbaljata tal-kooperazzjoni tagħha skond l-ewwel inċiż tal-punt D 2 tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni, billi evalwat inqas il-vastità tagħha fir-rigward tal-prattika deċiżjonali tagħha u bi ksur tal-prinċipju ta' trattament indaqs. Fit-tieni parti, ir-rikorrenti tiddikjara li ma kkontestax, wara notifika tal-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, il-mertu tal-fatti li fuqhom il-Kummissjoni bbażat l-akkużi tagħha u tqajjem il-ksur tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni billi l-Kummissjoni kienet ikkunsidrat li r-rikorrenti ma kinitx eliġibbli għal riduzzjoni ta' multa skond it-tieni inċiż tal-punt D 2.

a)     Fuq l-ewwel parti, ibbażata fuq evalwazzjoni żbaljata mill-Kummissjoni tal-vastità tal-kooperazzjoni tar-rikorrenti, fir-rigward b'mod partikolari għall-prattikà deċiżjonali tagħha u bi ksur tal-prinċipju ta' trattament indaqs

 L-argumenti tal-partijiet

427   Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni evalwat inqas il-vastità tal-kooperazzjoni tagħha qabel bagħtet il-komunikazzjoni ta' l-ilmenti. Hija ssostni li l-Kummissjoni hija stess irrikonoxxiet li Alken-Maes ipprovditha bl-informazzjoni li jmorru oltrè ir-risposta għat-talba ta' informazzjoni li jikkonċernawha. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li, sabiex iddawwal lill-Kummissjoni fuq l-istorja u l-mekkaniżmi tal-kooperazzjoni bejn Alken-Maes u Interbrew, is-sussidjarja tagħha ressqet fis-7 ta' Marzu 2000 sommarju tal-fatti tal-kawża bbażat fuq l-arkivji f'pussess ta' l-impriża f'dik id-data, li tinkludi sommarju kronoloġiku tal-laqgħat u tal-kuntratti li saru bejnha u Interbrew mill-1990, billi bagħtet lil kulħadd id-dokumenti rilevanti u li jinkludu d-dokumenti pprovduti minnha. Informazzjoni kienet ukoll ġiet ipprovduta fl-ittri ta' l-10 u s-27 ta' Diċembru 1999, mgħoddija inosservati mill-Kummissjoni.

428   Fir-rigward ta' l-argument tal-Kummissjoni li skondthu din ta' l-aħħar kienet taf diġà l-biċċa l-kbira ta' l-informazzjoni pprovduta, ir-rikorrenti topponi mhux biss li dan il-motiv ma ġiex imniżżel fid-deċiżjoni kkontestata, iżda wkoll li jirrifletti applikazzjoni żbaljata ta' l-ewwel inċiż tal-punt D 2 tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni. Din id-dispożizzjoni mhijiex intenzjonata tillimita l-benefiċċju tal-klemenza għall-impriżi biss li pprovdew lill-Kummissjoni elementi li ma kienux magħrufa minnha, iżda tirriżerva wkoll trattament favorevoli għal dawk li, billi ffaċilitaw l-investigazzjoni tal-Kummissjoni, ippermettulha li tipproċedi għal użu aħjar tar-riżorsi tagħha u, għaldaqstant, li tattakka iktar ksur. Fil-fatt, l-ewwel inċiż tal-punt D 2 tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni tiddikjara eliġibbli għal riduzzjoni ta' multa l-impriżi li pprovdew mhux biss l-elementi mhux magħrufa mill-Kummissjoni, iżda wkoll l-elementi li "jikkontribwixxu sabiex jikkonfermaw l-eżistenza tal-ksur imwettaq". Issa, f'dan il-każ, id-dokumenti u l-informazzjoni pprovduta minn Alken-Maes kienet għeniet sostanzjalment il-Kummissjoni sabiex tistabilixxi jew tikkonferma l-eżistenza tal-ksur. [replika, punt 89]

429   Ir-rikorrenti tikkunsidra li r-riduzzjoni li ġiet konċessa lilha hija manifestament inferjuri għar-riduzzjonijiet li l-Kummissjoni tikkonċedi abitwalment, kif tatestah l-analiżi ta' ċerti deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni minn Jannar 1998.

430   B'hekk, il-Kummissjoni kienet ikkonċediet riduzzjonijiet ta' multi li jibdew minn 40 sa' 50% li, bħar-rikorrenti, kienu l-ewwel li ammettew l-eżistenza tal-ksur, li pprovdew id-dikjarazzjonijiet ta' impjegati preċedenti u li għaddew l-inkartamenti tagħhom għal stħarriġ. Il-Kummissjoni kienet ikkonċediet riduzzjonijiet li jibdew minn 20 sa 50% lill-impriżi li pprovdulha elementi li ppermettulha li tikkonferma l-eżistenza tal-ksur jew li tikkompleta l-konoxxenza li hija kellha ta' dan ta' l-aħħar – sal-konċessjoni, fid-deċiżjoni Pajpijiet pre-iżolati, ta' riduzzjoni ta' 20% lil żewġ impriżi għas-sempliċi raġuni li huma ma kienux ikkontestaw il-mertu tal-fatti – u anki riduzzjoni ta' 50% lil impriża li spjegatilha d-dokumenti diġà fil-pussess tagħha sabiex jippermettulha li jkollha immaġni iktar ċara tal-fatti in kwistjoni.

431   Issa, Alken-Maes mhux biss kienet l-ewwel li ammettiet formalment l-eżistenza ta' ksur fin-nota tagħha tas-27 ta' Diċembru 1999, iżda hija kienet ipproċediet għal eżami fid-dettall ta' l-arkivji tagħha, li ppermettilha li tipproduċi ċerti dokumenti ġodda. Barra minn hekk, filwaqt li l-Kummissjoni tikkontesta, żbaljatament, li r-rikorrenti ġabet elementi ġodda, hija min-naħa l-oħra qatt ma kkontestat li l-elementi pprovduti fl-ittra ta' l-10 ta' Diċembru 1999 u, b'mod partikolari, fl-ittra tas-7 ta' Marzu 2000, li kienu jikkonsistu f'sommarju kronoloġiku u komplet tal-fatti, minfejn d-deċiżjoni kkontestata kienet ispirat ruħha, ikkonfermaw b'mod dettaljat il-fatti in kwistjoni.

432   Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li, bl-għotja ta' riduzzjoni ta' multa inqas minn dik li bbenefikat minnha Interbrew, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' trattament indaqs.

433   Hija tosserva wkoll li, immedjatament wara s-sekwenza ta' verifikazzjonijiet tas-26 u 27 ta' Ottubru 1999, bl-iskop li jgħinu lill-Kummissjoni fix-xogħol tagħha, is-sussidjarja tagħha Alken-Maes bdiet investigazzjoni interna, interrogat kull wieħed mill-membri tal-kumitat eżekuttiv fuq kuntatti eventwali ma' Interbrew u bdiet l-eżami ta' l-arkivji tagħha. Issa, filwaqt li dan ix-xogħol kien partikolarment diffiċli minħabba l-bdil integrali, ftit qabel il-bidu ta' l-investigazzjoni, tat-tim ta' diriġenti tagħha, ir-risposta ta' l-10 ta' Diċembru 1999 kienet saret fiż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni u Alken-Maes kienet ressqet lill-Kummissjoni d-dikjarazzjonijiet tar-responabbli kollha u kollaboraturi preċedenti msemmija fl-imsemmija talba.

434   B'hekk, fl-ittra ta' ftuħ tar-risposta tagħha ta' l-10 ta' Diċembru 1999 għat-talba ta' informazzjoni tal-11 ta' Novembru 1999, li tagħmel riferenza espliċita għall-eżami ta' l-arkivji tagħha, Alken-Maes kienet ikkonfermat b'mod ċirkustanzjali l-fatti li fuqhom kienet ibbażata t-talba, billi hemżet bħala anness skemi u noti relatati mal-laqgħat imsemmija fit-talba. Ir-risposta ta' Interbrew għall-istess talba, tlettax-il ġurnata iktar tard, fit-23 ta' Diċembru 1999 kienet ukoll ikkonfermat l-elementi diġà magħrufa mill-Kummissjoni.

435   Min-naħa l-oħra, Interbrew, li t-tim ta' diriġenti tagħha kien madankollu kkostitwit fl-epoka tal-fatti illegali, ma kinitx ipprovdiet ir-risposta tagħha lill-Kummissjoni ħlief fit-23 ta' Diċembru 1999, wara r-rifjut ta' din ta' l-aħħar li tagħtiha żmien supplementarju sa' l-10 ta' Jannar 2000. Ir-risposta ta' Interbrew ma kienet inkludiet, f'din id-data, l-ebda dikjarazzjoni ta' dawk responsabbli msemmija fit-talba tal-Kummissjoni, billi Interbrew ma ressqitx id-dikjarazzjonijiet ta' seba minn sittax-il persuna msemmija fl-imsemmija talba ħlief b'ittra ta' l-14 ta' Jannar 2000.

436   Barra minn hekk, Alken-Maes kienet l-ewwel li ressqet, mis-27 ta' Diċembru 1999, nota li tikkontjeni dikjarazzjoni uffiċjali tad-direttur delegat preċedenti tagħha li tammetti formalment l-eżistenza u l-kontenut tal-ksur ikkonċernat mill-investigazzjoni tal-Kummissjoni u iktar partikolarment: a) il-fatt li l-akkordju kellu s-sors tiegħu fil-kummissjoni "Vision 2000" mibdija minn CBB; b) il-fatt li ġie konkluż ftehim fl-aħħar tas-sena 1994 bejn Alken-Maes u Interbrew, li jikkonċerna l-kanali kollha ta' distribuzzjoni fil-Belġju; c) il-fatt li dan il-ftehim kien jinkludi patt ta' non-aggressjoni, il-limitu ta' investimenti kummerċjali fl-horeca u fir-reklamar u ftehim tat-tariffi u d) il-fatt li l-applikazzjoni tajba tal-ftehim kienet tiddependi minn ftehim regulari bejn id-diriġenti ta' Alken-Maes u Interbrew. Issa, jekk il-Kummissjoni kellha diġà konoxxenza tal-punt d), id-dokumenti ottenuti fl-okkażjoni ta' verifiki u t-talbiet ta' informazzjoni kienu għadhom ma ppermettulhiex li tistabilixxi sewwa l-punti a) sa c).

437   Ir-rikorrenti tosserva, f'dan ir-rigward, li jekk, f'Jannar u Frar 2000, Interbrew ukoll ipprovdiet id-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti komplementarji, din l-impriża ma kinitx f'pożizzjoni, minkejja l-allegata kwalità tal-kooperazzjoni tagħha, li tipprovdi dikjarazzjoni li telabora t-teżi tat-theddida magħmula mir-rikorrenti, minkejja l-parteċipazzjoni fil-laqgħa tal-11 ta' Mejju 1994 tas-CEO tagħha.

438   Barra minn hekk, fis-7 ta' Marzu 2000, ir-rikorrenti kienet ipprovdiet dikjarazzjoni li tikkompleta l-informazzjoni mogħtija fl-10 ta' Diċembru 1999, li tikkonċerna speċifikament, f'konformità mal-laqgħa mal-Kummissjoni fl-14 ta' Jannar 2000, il-kuntest li fih id-dokumenti kkomunikati minn Alken-Maes f'risposta għat-talba ta' informazzjoni tal-11 ta' Novembru 1999 kienu ġew stabbiliti kif ukoll il-proġett "Vision 2000" tas-CBB. Dokumenti ġodda, misjuba sadattant fl-inkartamenti tal-persuna preċedenti responsabbli għall-marketing tal-kumpannija, kienu wkoll ġew ipprovduti.

439   Minn dawn il-fatti jirriżulta, min-naħa, li l-kooperazzjoni tar-rikorrenti u ta' Alken-Maes, minkejja li rapida u kompleta, ġiet attribwita eċċessivament ftit kreditu mill-Kummissjoni fir-rigward tat-trattament konċess lil Interbrew u, min-naħa l-oħra, li l-Kummissjoni mkien ma kkunsidrat il-fatt li r-rikorrenti u s-sussidjarja tagħha, minkejja l-isforzi tagħhom, kienu ġew ippenalizzati bil-preżenza ta' tim diriġenti ġdid fil-mument ta' l-investigazzjoni, filwaqt illi Interbrew kienet ibbenefikat miż-żamma in funzjoni ta' dawk responsabbli tal-prattiċi anti-kompetittivi in kwistjoni. Tali attitudni tikkaratterizza ksur tal-prinċipju ta' trattament indaqs.

440   Fl-aħħar nett u fit-tielet lok, filwaqt illi, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kienet iġġustifikat id-differenzi ta' riduzzjoni ta' l-ammont tal-multi fid-dawl tal-kooperazzjoni bil-kontestazzjoni allegata tal-fatti mir-rikorrenti wara notifika tal-komunikazzjoni ta' l-ilmenti u mhux bl-eżistenza ta' differenza ta' kwalità tal-kooperazzjoni tal-partijiet qabel intbagħtet il-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, hija ssostni, fid-difiża tagħha, din id-differenza, billi tipprova b'hekk tpatti għan-nuqqas ta' motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Din hija ammissjoni impliċita ta' l-inugwaljanza ta' trattament li tiegħu r-rikorrenti kienet vittma.

441   Il-Kummissjoni ma tistax, mingħajr ma tikkontradixxi lilha nnifisha, tiddikjara fid-difiża tagħha li Interbrew ressqitilha informazzjoni deċiżiva qabel ir-rikorrenti, billi tikkwota, b'mod partikolari, l-ittri ta' Interbrew ta' l-14 u tad-19 ta' Jannar, tat-2, 8 u 28 ta' Frar 2000, meta dawn l-ittri jiġu wara l-ittra tas-27 ta' Diċembru 1999 ta' Alken-Maes li tikkontjeni dikjarazzjoni tad-direttur delegat preċedenti tagħha li tistabilixxi formalment il-punti essenzjali tal-ksur.

442   Barra minn hekk, il-Kummissjoni tiddikjara żbaljatament li parti mill-informazzjoni pprovduta kienet tikkonċerna perijodu preċedenti għat-28 ta' Jannar 1993, mhux kopert mill-ksur, meta d-dokumenti pprovduti f'annessi 3 sa 23 u 26 sa 29 ta' l-ittra tagħha ta' l-10 ta' Diċembru 1999 jikkonċernaw il-perijodu wara t-28 ta' Jannar 1993.

443   F'kull każ, il-Kummissjoni tikkommetti żball meta tikkunsidra li l-elementi konċernanti l-perijodu preċedenti għat-28 ta' Jannar 1993 mhumiex eliġibbli għall-benefiċċju tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni, meta t-talba ta' informazzjoni tal-11 ta' Novembru 1999 (anness B2 tad-difiża) tikkonċerna l-perijodu li jibda minn Settembru 1992 sa Diċembru 1999. Meta tagħmel hekk, il-Kummissjoni tikkonfondi l-perijodu li għalih hija kkonstatat ksur mal-perijodu kopert mill-investigazzjoni tagħha. Għaldaqstant, huwa dan l-aħħar perijodu li, skond ir-rikorrenti, kellu jiġi kkunsidrat bħala rilevanti fid-dawl tal-kooperazzjoni. F'dan il-każ, ir-rikorrenti kienet ipprovdiet informazzjoni dwar il-perijodu li jibda minn Settembru 1992 sa Jannar 1993, li kienet tippermetti li jintefa' dawl fuq ir-rwol kapitali ta' Interbrew u l-influwenza tal-leġiżlazzjoni tal-prezzijiet.

444   Il-Kummissjoni ssostni li l-vastità tal-kooperazzjoni tar-rikorrenti ma ġietx evalwata inqas u tikkuntesta li r-riduzzjoni li ġiet konċessa lilha kienet manifestament inferjuri għar-riduzzjonijiet li hija tattribwixxi abitwalment. Il-grad ta' kooperazzjoni tar-rikorrenti m'għandux jiġi kkomparat ma' dawk imsemmija fil-kawżi mqajma mir-rikorrenti b'sostenn ta' l-argumenti tagħha. Fir-rigward ta' l-allegat ksur tal-prinċipju ta' trattament indaqs, il-Kummissjoni ssostni li l-kooperazzjoni ta' Interbrew kienet b'mod kwantitattiv u kwalitattiv iktar sinjifikattiva minn dik tar-rikorrenti, hekk kif tipprova l-analiżi komparattiva tad-dokumenti pprovduti minn kull waħda mill-partijiet li kienu ġew evokati b'sostenn tad-deċiżjoni kkontestata. Id-divrenzjar tal-perċentaġġi ta' riduzzjoni mogħtija fid-dawl tal-kooperazzjoni huwa għaldaqstant perfettament iġġustifikat u huwa l-bogħod milli jiġi spjegat biss permezz tal-konklużjoni tal-Kummissjoni li skontha r-rikorrenti kkontestat il-fatti.

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

445   Taħt titolu preliminari, għandu jiġi mfakkar, li l-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha fuq il-kooperazzjoni, iddefiniet il-kundizzjonijiet li fihom l-impriżi li jikkooperaw magħha waqt l-investigazzjoni tagħha fuq akkordju jistgħu jiġu eżentati mill-multa jew jibbenefikaw minn riduzzjoni ta' l-ammont tal-multa li kieku huma jkollhom iħallsu (punt A 3 tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni).

446   Fir-rigward ta' l-applikazzjoni tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni fil-każ tar-rikorrenti, mhuwiex ikkontestat li l-komportament tagħha għandu jiġi evalwat fid-dawl tal-punt D ta' l-imsemmija komunikazzjoni, intitolata "Riduzzjoni sinifikattiva ta' l-ammont tal-multa".

447   Skond il-punt D 1 ta' din il-komunikazzjoni, "[m]eta impriża tikkopera bla mal-kundizzjonijiet esposta fil-[punti] B u C ikunu kollha ssodisfati, hija tibbenefika minn riduzzjoni bejn 10 sa 50% tal-multa li kienet tiġi imposta lilha fin-nuqqas ta' kooperazzjoni".

448   Il-punt D 2 tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni tippreċiża:

" Dan jista' b'mod partikolari jkun il-każ jekk:

–       qabel tintbagħat il-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, impriża tipprovdi lill-Kummissjoni b'informazzjoni, dokumenti jew provi oħra li jikkontribwixxu sabiex jikkonfermaw l-eżistenza tal-ksur imwettaq,

–       wara li tkun irċeviet il-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, impriża tinforma l-Kummissjoni li hija ma tikkontestax il-mertu tal-fatti li fuqhom il-Kummissjoni tibbaża l-akkużi tagħha."

449   Hemm lok li jiġi mfakkar li, skond il-ġurisprudenza, riduzzjoni tal-multa fid-dawl ta' kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva mhijiex iġġustifikata ħlief jekk il-komportament ta' l-impriża in kwistjoni ppermetta lill-Kummissjoni li tikkonstata l-ksur b'inqas diffikultà u, jekk huwa l-każ, li ġġibu fit-tmiem (sentenzi SCA Holding vs Il-Kummissjoni, punt 158 iktar 'il fuq, punt 156, u Krupp Thyssen Stainless u Acciai speciali Terni vs Il-Kummissjoni, punt 278 iktar 'il fuq, punt 270).

450   Barra minn hekk għandu jiġi mfakkar li, skond l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 17, il-Kummissjoni tista' b'mod partikolari, fl-akkompjiment tal-funzjonijiet li huma assenjati lilha permezz ta' l-Artikolu 85 KE u l-preskrizzjonijiet stabbiliti f'applikazzjoni ta' l-Artikolu 83 KE, tiġbor l-informazzjoni neċessarja kollha mill-impriżi u assoċazzjonijiet ta' impriżi, li huma marbuta, skond il-paragrafu 4 ta' l-imsemmi Artikolu, li jipprovdu l-informazzjonijiet mitluba. Jekk impriża jew assoċazzjoni ta' impriżi ma jipprovdux l-informazzjoni mitluba fil-limitu taż-żmien mogħti mill-Kummissjoni jew jipprovdu informazzjoni b'mod inkomplet, il-Kummissjoni tista', f'konformità ma' l-Artikolu 11(5) tar-Regolament Nru 17, permezz ta' deċiżjoni, titlobhom l-impriża jew assoċjazzjoni ta' impriżi li jesponu ruħhom konsegwentement, f'każ ta' rifjut persistenti li jipprovdu l-informazzjoni mitluba, għal multa jew multi.

451   F'dan ir-rigward, skond il-ġurisprudenza, il-kollaborazzjoni ta' impriża fl-akkordju ma jagħtix dritt għall-ebda riduzzjoni ta' multa meta din il-kollaborazzjoni ma qabżitx dak li jirriżulta mill-obbligi li jaqgħu fuqha skond l-Artikolu 11(4) u (5) tar-Regolament Nru 17 (sentenza ta' l-10 ta' Marzu 1992, Solvay vs Il-Kummissjoni, punt 135 iktar 'il fuq, punti 341 u 342). Min-naħa l-oħra, fil-każ fejn impriża tipprovdi, f'risposta għat-talba ta' informazzjoni skond l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17, informazzjoni li tmur sewwa oltrè dik li l-produzzjoni tagħha tista' tiġi mitluba mill-Kummissjoni skond l-imsemmi Artikolu, l-impriża in kwistjoni tista' tibbenefika minn riduzzjoni ta' multa (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Mejju 1998, Cascades vs Il-Kummissjoni, T‑308/94, Ġabra p. II‑925, punt 262).

452   Għandu wkoll jiġi rrilevat li ma tikkostitwixxix kooperazzjoni li tirrileva mill-kamp ta' applikazzjoni tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni, u aktar u aktar, lanqas mill-punt D ta' din ta' l-aħħar, il-fatt għall-impriża li tpoġġi għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, fil-kuntest ta' l-investigazzjoni tagħha fuq akkordju, informazzjoni dwar atti li għalihom, f'kull każ, hija ma kellhiex tħallas multa skond ir-Regolament Nru 17.

453   Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li, skond il-ġurisprudenza, il-Kummissjoni m'għandhiex, fil-kuntest ta' l-evalwazzjoni tal-kooperazzjoni pprovduta mill-impriżi, tikser il-prinċipju ta' trattament indaqs, prinċipju ġenerali tad-dritt komunitarju, li, skond ġurisprudenza stabbilità, huwa miksur meta sitwazzjonijiet simili huma ttrattati b'mod differenti jew meta sitwazzjonijiet differenti huma ttrattati b'mod identiku, sakemm dan it-trattament mhuwiex oġġettivament iġġustifikat (sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza Krupp Thyssen Stainless u Acciai speciali Terni vs Il-Kummissjoni, punt 278 iktar 'il fuq, punt 237).

454   Huwa stabbilit, f'dan ir-rigward, li l-evalwazzjoni tal-grad ta' kooperazzjoni pprovdut mill-impriżi m'għandhiex tiddependi minn fatturi purament perikolużi. Differenza ta' trattament ta' l-impriżi in kwistjoni għandha għaldaqstant tkun imputabbli lill-gradijiet ta' kooperazzjoni li mhumiex simili, b'mod partikolari billi kkonsistew fit-tressiq ta' informazzjoni differenti jew fit-tressiq ta' dik l-informazzjoni fi stadji differenti tal-proċedura amministrattiva, jew f'ċirkustanzi mhux analogi (ara, f'dan is-sens, sentenza Krupp Thyssen Stainless u Acciai speciali Terni vs Il-Kummissjoni, punt 278 iktar 'il fuq, punti 245 u 246).

455   Barra minn hekk, għandu jiġi kkunsidrat li meta impriża ma tagħmilx, fid-dawl tal-kooperazzjoni, ħlief tikkonferma, b'mod inqas preċiż u espliċitu, ċerta informazzjoni diġà mressqa minn impriża oħra fid-dawl tal-kooperazzjoni, il-grad ta' kooperazzjoni pprovdut minn din l-impriża, minkejja li tista' ma tkunx bla ċertu utilità għall-Kummissjoni, m'għandhiex tkun ikkunsidrata bħala simili għal dik imressqa mill-ewwel impriża talli ressqet l-imsemmija informazzjoni. Dikjarazzjoni li tillimita ruħha sabiex tikkollabora, f'ċertu miżura, dikjarazzjoni li l-Kummissjoni ddisponiet minnha diġà ma tiffaċilitax fil-fatt ix-xogħol tal-Kummissjoni b'mod sinifikattiv u, għaldaqstant, suffiċjentement sabiex tiġġustifika riduzzjoni ta' l-ammont tal-multa fid-dawl tal-kooperazzjoni.

456   Huwa fid-dawl ta' dawn il-prinċipji li għandu jiġi eżaminat, f'dan il-każ, jekk ir-riduzzjoni ta' l-ammont tal-multa, mogħtija mill-Kummissjoni lir-rikorrenti skond l-ewwel inċiż tal-punt D 2 tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni, tirriżulta minn evalwazzjoni skorretta tal-vastità tal-kooperazzjoni tar-rikorrenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-prattika deċiżjonali tagħha, u tikser il-prinċipju ta' trattament indaqs.

457   Fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat, min-naħa, li, fil-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni, il-Kummissjoni indikat li, meta impriża tikkopera skond il-punt D ta' l-imsemmija komunikazzjoni, hija tibbenefika minn riduzzjoni ta' 10 sa 50% ta' l-ammont tal-multa li kienet tiġi imposta lilha fin-nuqqas ta' kooperazzjoni u, min-naħa l-oħra, li r-rikorrenti ma tikkontestax li l-vastità tal-kooperazzjoni tagħha kellha tkun evalwata fil-kuntest tal-punt D tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni indikat, fil-konfront tar-rikorrenti, li riduzzjoni ta' 10% tal-multa skond l-ewwel inċiż tal-punt D 2 tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni kienet approprjata, minħabba l-fatt li s-sussidjarja tar-rikorrenti ressqet informazzjoni fuq l-eżistenza u fuq il-kontenut tal-ksur li marru oltrè sempliċi risposta għal talba ta' informazzjoni skond l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17. Għaldaqstant għandu jiġi kkonstatat li, bl-għotja lir-rikorrenti ta' riduzzjoni ta' 10% tal-multa skond l-ewwel inċiż tal-punt D 2 tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni, il-Kummissjoni ma tbegħditx mill-kategorija tar-riduzzjonijiet ta' multi applikabbli għat-tip ta' kooperazzjoni mressqa mir-rikorrenti.

458   Fit-tieni lok, fir-rigward ta' l-argument ibbażat fuq il-prattika deċiżjonali preċedenti tal-Kummissjoni, huwa biżżejjed li jiġi mfakkar li l-fatt biss li din ta' l-aħħar attribwiet, fil-prattika deċiżjonali preċedenti tagħha, ċertu grad ta' riduzzjoni għal komportament determinat ma jimplikax li hija obbligata li tagħti l-istess riduzzjoni proporzjonali fl-evalwazzjoni ta' komportament simili fil-kuntest ta' proċedura amministrattiva ulterjuri (sentenzi Mayr-Melnhof vs Il-Kummissjoni, punt 57 iktar 'il fuq, punt 368, u ABB Asea Brown Boveri vs Il-Kummissjoni, punt 50 iktar 'il fuq, punt 239). Dan l-argument għandu għaldaqstant jiġi miċħud.

459   Fit-tielet lok, għandu jiġi eżaminat jekk ir-riduzzjoni ta' l-ammont tal-multa assenjata mill-Kummissjoni lir-rikorrenti skond l-ewwel inċiż tal-punt D 2 tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni tiksirx il-prinċipju ta' trattament indaqs.

460   F'dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li jirriżulta qari kombinat ta' l-punti 324 u 325 tad-deċiżjoni kkontestata li l-Kummissjoni assenjat riduzzjoni ta' 30% tal-multa imposta fuq Interbrew fuq il-bażi ta' żewġ elementi kumulattivi, jiġifieri, min-naħa, il-fatt li l-kooperazzjoni tagħha sabiex il-fatti jiġu stabbiliti marret oltrè l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17 (l-ewwel inċiż tal-punt D 2 tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni) u, min-naħa l-oħra, il-fatt li hija ma kkontestatx il-mertu tal-fatti li jikkostitwixxu l-ksur (it-tieni inċiż tal-punt D 2 tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni).

461   Min-naħa l-oħra, il-qari kombinat ta' l-punti 326 u 327 jippermetti li jiġi konkluż li l-Kummissjoni ma attribwitx lir-rikorrenti riduzzjoni ta' 10% jekk mhux għaliex il-kooperazzjoni tagħha sabiex jiġu stabbiliti l-fatti marret oltrè l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17 (l-ewwel inċiż tal-punt D 2 tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni). Il-Kummissjoni, fil-fatt, ikkunsidrat li r-rikorrenti kkontestat il-mertu tal-fatti li fuqhom il-Kummissjoni bbażat l-akkużi tagħha u li hija ma kinitx għaldaqstant eliġibbli għall-ebda riduzzjoni skond it-tieni inċiż tal-punt D 2 tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni.

462   Minn dan jirriżulta li d-differenza bejn ir-riduzzjoni ta' multa attribwita rispettivament lil Interbrew u lir-rikorrenti skond l-ewwel inċiż tal-punt D 2 tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni hija inqas milli jissuġġerixxu l-perċentaġġi finali rispettivi ta' 30 u 10% ta' riduzzjoni ta' multa attribwita, billi t-30% ta' riduzzjoni attribwiti lil Interbrew jinkludu r-riduzzjoni li din ta' l-aħħar ġiet attribwita skond it-tieni inċiż tal-punt D 2 tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni.

463   Fir-rigward tar-riduzzjonijiet attribwiti lir-rikorrenti u lil Interbrew rispettivament fuq il-bażi tal-kooperazzjoni tagħhom skond l-ewwel inċiż tal-punt D 2 tal-komunikazzjoni tal-kooperazzjoni, għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni semmiet b'mod impliċitu, fid-deċiżjoni kkontestata, differenza ta' kwalità bejn il-kooperazzjoni ta' Interbrew u dik tar-rikorrenti. Fil-fatt, jekk il-Kummissjoni rrikonoxxiet li kull waħda miż-żewġ impriżi ressqet, fir-risposta għat-talba ta' informazzjoni tal-11 ta' Novembru 1999, informazzjoni li tmur oltrè sempliċi risposta għal din ta' l-aħħar, il-Kummissjoni madankollu rrilevat li Interbrew "ikkontribwiet sostanzjalment sabiex jiġu stabbiliti l-fatti", filwaqt li hija semmiet li r-rikorrenti " fuq l-eżistenza u l-kontenut tal-ksur ressqet [biss] informazzjoni li marret oltrè r-risposta għat-talba ta' informazzjoni skond l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17".

464   Sabiex tistabilixxi jekk teżistix differenza sinifikattiva bejn il-gradijiet ta' kooperazzjoni li ressqu Interbrew u r-rikorrenti rispettivament, il-vastità tal-kooperazzjoni tagħhom għandha tiġi mqabbla kemm mill-perspettiva kronologika kif ukoll kwalitattiva.

465   Fl-ewwel lok, fir-rigward ta' l-analiżi komparattiva tal-kooperazzjoni ta' l-impriżi in kwistjoni mill-perspettiva kronoloġika, għandu jiġi rrilevat, min-naħa, fil-konfront tar-rikorrenti u tas-sussidjarja tagħha Alken-Maes, l-ewwel nett li din ta' l-aħħar irrispondiet għat-talba ta' informazzjoni tal-11 ta' Novembru 1999 b'ittra ta' l-10 ta' Diċembru 1999. Wara, Alken-Maes ressqet lill-Kummissjoni, fis-27 ta' Diċembru 1999, dikjarazzjoni li fiha hija qajmet il-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni , li hija kkompletat u ppreċiżat fis-7 ta' Marzu 2000. Alken-Maes barra minn hekk irrispondiet, fil-5 ta' April 2000, għal talba ġdida ta' informazzjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17 iddatata t-22 ta' Marzu 2000. Fl-aħħar, ir-rikorrenti rrispondiet, fl-10 ta' Mejju 2000, għal talba ġdida ta' informazzjoni li kienet ġiet indirizzata lilha fl-14 ta' April 2000.

466   Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-kooperazzjoni mressqa minn Interbrew, għandu l-ewwel nett jiġi rrilevat li din ta' l-aħħar irrispondiet fit-23 ta' Diċembru għat-talba ta' informazzjoni tal-11 ta' Novembru 1999. Wara, b'ittri ddatati fl-14 u d-19 ta' Jannar 2000, Interbrew ressqet informazzjoni ddestinata sabiex tikkompleta dik li tinsab fl-ittra tagħha tat-23 ta' Diċembru 1999. Bħala riżultat għal din l-informazzjoni, il-Kummissjoni bagħtet b'faks lil Interbrew, fil-21 ta' Jannar 2000, talba ta' informazzjoni komplementari u informali. Interbrew irrispondietha b'ittra ddatata t-2 ta' Frar 2000 u bagħtet informazzjoni supplementarja fit-8 u 28 ta' Frar 2000. Fid-29 ta' Frar 2000, Interbrew, barra minn hekk, ressqet lill-Kummissjoni dikjarazzjoni li tikkonċerna s-suq Belġjan, billi tirreferi ruħha għall-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni. Fl-aħħar, Interbrew reġgħet ressqet lill-Kummissjoni, fil-21 ta' Diċembru 2000, jiġifieri wara l-bidu tal-proċedura u n-notifika tal-komunikazzjoni ta' l-ilmenti adottata fl-20 ta' Settembru 2000, żewġ dokumenti li jikkonċernaw żewġ laqgħat li saru ma' Alken-Maes fil-kuntest tal-ftehim bilaterali eżistenti bejniethom.

467   Minn dak li jippreċedi jirriżulta li l-argument tal-Kummissjoni li skondthu l-informazzjoni mressqa mir-rikorrenti kienet ta' inqas valur minn dik imressqa minn Interbrew billi kienet ġiet ikkomunikata iktar tard ma jistax jiġi kkunsidrat. Fil-fatt, kull informazzjoni mressqa mill-partijiet kienet f'waqt partikolari qasira mhux ħażin, fi stadju sensibilment identiku tal-proċedura amministrattiva. L-ebda kunsiderazzjoni ta' ordni kronoloġiku ma kellha, għaldaqstant, tiġi kkunsidrata bħala determinanti għall-finijiet ta' l-evalwazzjoni komparattiva tal-valur tal-kooperazzjoni tar-rikorrenti u dik ta' Interbrew.

468   Fir-rigward, fit-tieni lok, ta' l-analiżi komparattiva tal-kooperazzjoni tal-partijiet minn perspettiva kwalitattiva, għandu jiġi kkonstatat, min-naħa, fil-konfront tar-rikorrenti u s-sussidjarja tagħha Alken-Maes, li, fir-risposta tagħha ta' l-10 ta' Diċembru 1999 għat-talba ta' informazzjoni tal-11 ta' Novembru 1999, Alken-Maes ma qajmitx b'mod espliċitu l-benefiċċju tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni. Alken-Maes tindika fiha madankollu li "ir-risposta hija bbażata fuq l-isforzi tal-[k]umpannija sabiex tikkopera pjenament mal-Kummissjoni fuq il-bażi tad-dokumenti miżmuma f'dik id-data u l-informazzjoni disponibbli mill-personal ikkonċernat li għadu preżenti fil-[k]umpannija". Hija tindika wkoll li "Alken-Maes saħansitra pprovat tikkuntatja l-impjegati preċedenti tal-[k]umpannija u r-risposti li otteniet huma mehmuża", u li, "[m]inkejja dawn l-isforzi sinjifikattivi, Alken-Maes ma tistax tiggarantixxi li r-risposta tagħha tkun eżawrenti u tirriżervi ruħha milli tikkompleta jew temendaha". Ir-riferenza għall-isforzi impjegati sabiex tiġbor l-informazzjoni mingħand l-impjegati preċedenti tal-kumpannija għandha t-tendenza li tħaddan l-ideja li l-kooperazzjoni ta' Alken-Maes marret oltrè l-obbligi li kienu imposti fuqha bl-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-informazzjoni u d-dokumenti sottomessi minn Alken-Maes ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala li joħorġu mill-kamp ta' l-obbligi preċitato. Il-provi mressqa bl-ebda mod ma jikkostitwixxu fil-fatt, bl-eċċezzjoni eventwali ta' dawk dwar l-iskambju ta' informazzjoni li sar bejn Alken-Maes u Interbrew, espost ta' komportamenti li għandhom skop manifestament anti-kompetittiv, espost li l-preżentazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni jħaddan karattru illegali li jeskludi li l-imsemmija preżentazzjoni tiġi inkluża fil-kuntest ta' l-obbligi ta' l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17.

469   Fl-ittra tagħha tas-27 ta' Diċembru 1999, Alken-Maes taċċetta għall-ewwel darba b'mod espliċitu l-kooperazzjoni tagħha fil-kuntest tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni. F'din l-ittra, hija tirrikonoxxi barra minn hekk l-eżistenza ta' prattiċi ta' ksur, billi d-direttur delegat ta' Alken-Maes jikteb li din ta' l-aħħar ma tikkontestax il-mertu tal-fatti hekk kif deskritti mill-Kummissjoni fit-talba tagħha ta' informazzjoni tal-11 ta' Novembru 1999 u li, b'mod partikolari, eżistiet prattika miftiehma bejn Interbrew u Alken-Maes li skondtha, min-naħa, xi informazzjoni ġiet skambjata kull xahar dwar il-bejgħ tagħhom rispettivi ta' birra fil-Belġju u, min-naħa l-oħra, diversi laqgħat bejn il-kollaboraturi ta' Alken-Maes u ta' Interbrew saru, li matulhom id-distribuzzjoni u l-bejgħ ta' birra fil-Belġju kienu s-suġġett ta' ftehim. Fl-aħħar, f'anness għal din l-ittra, Alken-Maes hemżet nota li fiha hija tindika li jidher li fl-aħħar tas-sena 1994 "kien għadda ftehim bejn iż-żewġ kumpanniji li jkopru l-kanali kollha ta' distribuzzjoni fil-Belġju iżda b'enfasi partikolari dwar il-kanal ta' l-horeca". Dan il-ftehim "kien jinkludi b'mod partikolari [...] patt ta' non-aggressjoni ta' limitazzjoni ta' l-investimenti kummerċjali fil-qasam ta' l-horeca u tar-reklamar estern, u ftehim fuq it-tariffi" u "[l-]applikazzjoni tajba tal-ftehim kienet is-suġġett ta' proċedura ta' konsultazzjoni regolari direttament bejn id-diriġenti taż-żewġ kumpanniji".

470   Fid-dikjarazzjoni tas-7 ta' Marzu 2000, għandu jiġi rrilevat li Alken-Maes ammettiet l-eżistenza ta' fatti li jistgħu jiġu analizzati bħala prattiċi anti-kompetittivi u li, f'dan il-kuntest, ikkontribwew għall-konferma ta' l-eżistenza tal-ksur, kif il-Kummissjoni tirrikonoxxih hija stess. Madankollu, ikollu jiġi kkonstatat li d-dikjarazzjoni tibbaża ruħha essenzjalment fuq id-dokumenti u l-informazzjoni diġà fil-pussess tal-Kummissjoni. B'hekk, jekk id-dokument imressaq minn Alken-Maes, f'anness 42 tad-dikjarazzjoni tas-7 ta' Marzu 2000, wera ruħu utli ħafna lill-Kummissjoni, billi huwa b'mod partikolari fuq din il-bażi li hija setgħet tistabilixxi li l-akkordju, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, kompla oltrè Lulju 1996, għandu jiġi rrilevat li l-imsemmi dokument kien diġà ġie mressaq lill-Kummissjoni f'anness 37 tar-risposta ta' Alken-Maes ta' l-10 ta' Diċembru 1999 għat-talba ta' informazzjoni, tal-11 ta' Novembru 1999, li jnaqqas il-valur kontributtiv, fid-dawl tal-kooperazzjoni, tal-komunikazzjoni ta' dan id-dokument minn Alken-Maes, billi l-imsemmija komunikazzjoni rrilevat l-obbligi ta' din l-impriża skond l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17 (ara punt 451 iktar 'il fuq).

471   Ikollu jiġi kkonstatat ukoll li parti sinjifikattiva ta' l-informazzjoni mressqa minn Alken-Maes fid-dikjarazzjoni tagħha tas-7 ta' Marzu 2000 tikkonċerna perijodu preċedenti għal dak li fih il-ksur ġie kkonstatat. Din l-informazzjoni m'għandhiex, għaldaqstant, tiġi kkunsidrata, kuntrarjament għal dak li tallega r-rikorrenti, bħala li kienet ippermettiet għall-Kummissjoni li tikkonstata l-ksur imsemmi fid-deċiżjoni kkontestata b'inqas diffikultà. F'dan ir-rigward, il-fatt li impriża tpoġġi għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, fil-kuntest ta' l-investigazzjoni tagħha, l-informazzjoni dwar atti li għalihom hija m'għandhiex tħallas multa skond ir-Regolament Nru 17 m'għandhiex tikkostitwixxi kooperazzjoni li tirrileva mill-kamp ta' applikazzjoni tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni (ara, f'dan is-sens, il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 451 iktar 'il fuq).

472   Fir-rigward tar-risposti tal-5 ta' April u l-10 ta' Mejju 2000 għat-talbiet ta' informazzjoni ddatati t-22 ta' Marzu u l-14 ta' April 2000, rispettivament, għandu jiġi kkonstatat, fir-rigward ta' l-ewwel risposta, li hija viżibbilment ikkonċernat l-akkordju relatat mal-birra mibjugħa taħt trade mark ta' distributur u, fir-rigward tat-tieni risposta, li jekk hija kkwotata f'sitt waqtiet fid-deċiżjoni kkontestata, mhuwiex possibbli li tiġi identifikata, fin-nuqqas ta' teħid ta' pożizzjoni tal-partijiet fil-kawża fuq dan is-suġġett, kontribuzzjoni li marret oltrè l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17.

473   Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-kooperazzjoni pprovduta minn Interbrew, għandu jiġi kkonstatat li, jekk ir-risposta tagħha tat-23 ta' Diċembru 1999 għat-talba ta' informazzjoni tal-11 ta' Novembru 1999 hija in parti konformi ma' l-obbligi ta' l-impriża skond l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17, hija madankollu taqbeż dawn l-obbligi b'mod sinifikattiv u tikkontribwixxi ċarament sabiex tistabilixxi l-mertu tal-fatti li jikkostitwixxu ksur ta' l-Artikolu 81 KE. Fil-fatt, Interbrew f'din l-ittra ddeskriviet u ċċarat l-akkordju f'miżura li taqbeż sostanzjalment l-obbligu li għandha skond l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17.

474   Fir-rigward ta' l-ittri ta' Interbrew ta' l-14 u d-19 ta' Jannar 2000, l-ittri mressqa fit-2, 8 u 28 ta' Frar 2000, f'risposta għat-talba ta' informazzjoni informali tal-21 ta' Jannar 2000, id-dikjarazzjoni tad-29 ta' Frar 2000 u, fl-aħħar nett, l-aħħar żewġ dokumenti mressqa fil-21 ta' Diċembru 2000, għandu jiġi rrilevat li dawn l-ittri u l-annessi tagħhom jipprovdu informazzjoni dettaljata fuq il-kuntatti miżmuma bejn Interbrew, Alken-Maes u r-rikorrenti, li ċarament huma konformi mal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni.

475   Jirriżulta minn dak li jippreċedi li, minn perspettiva kwalitattiva, Interbrew kkontribwiet b'mod iktar deċiżiv sabiex tiġi stabbilita u kkonfermata l-eżistenza tal-ksur imwettaq.

476   Fid-dawl ta' dak li jippreċedi, għandu jiġi konkluż li d-differenza li tikkaratterizza l-perċentaġġi ta' riduzzjoni ta' multa attribwita mill-Kummissjoni skond l-ewwel inċiż tal-punt D2 tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni ma tikkostitwixxix ksur tal-prinċipju ta' trattament indaqs.

477   L-ewwel parti tal-motiv għandu għaldaqstant jiġi miċħud.

b)     Fuq it-tieni parti, ibbażata fuq karattru skorrett tal-konklużjoni tal-Kummissjoni li skondtha r-rikorrenti kienet kkontestat il-mertu tal-fatti li fuqhom il-Kummissjoni bbażat l-akkużi tagħha

 L-argumenti tal-partijiet

478   Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni interpretat b'mod manifestament skorrett l-iskop u l-kontenut tar-risposta għall-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, billi tikkunsidraha bħala kontestazzjoni ta' l-eżistenza tal-ksur hekk kif ġie deskritt fil-komunikazzjoni ta' l-ilmenti. Għaldaqstant, fir-risposta tagħha għall-imsemmija komunikazzjoni, hija m'għamlitx ħlief irrilevat l-elementi li hija ġġudikat neċessarji għal evalwazzjoni korretta tal-fatti mill-Kummissjoni u kienet illimitat ruħha sabiex tikkontesta mhux il-mertu tal-fatti, iżda l-portata jew il-kwalifika li tathom il-Kummissjoni. Ir-rikorrenti kienet indikat li, mingħajr ma tikkontesta l-mertu tal-fatti stabbiliti mill-Kummissjoni, hija xtaqet tikkjarifika ċerti punti u tpoġġi f'perspettiva l-fatti kontenzjużi, sabiex turi li ma kellhomx il-portata li attribwietlhom il-Kummissjoni. F'dan ir-rigward, ir-rikorrenti tikkunsidra li huwa kuntrarju għad-drittijiet l-iktar bażiċi tad-difiża li l-Kummissjoni tista' teżiġi mill-impriżi li jitolbu l-benefiċċju tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni li jirrenunzjaw milli jikkontestaw mhux biss il-fatti, iżda anki l-kwalifika tagħhom, l-ammont tal-multa jew anki r-raġunament legali użat mill-Kummissjoni. Din ta' l-aħħar kienet hija stess irrikonoxxiet il-mertu ta' din id-distinzjoni fid-deċiżjoni Pajpiet preinsulati, li fiha hija ma kinitx ippenalizzat impriża li, filwaqt li ma kkontestatx il-mertu tal-fatti, kienet ikkontestat il-portata li tathom il-Kummissjoni, jiġifieri li kienu kostitutivi ta' ksur (deċiżjoni Pajpiet preinsulati, punt 180). Ir-rikorrenti kienet illimitat ruħha li tipprovdi kwalifika differenti tal-fatti, u għaldaqstant il-konklużjoni tal-Kummissjoni li skondtha l-kooperazzjoni tagħha ma kinitx regolari u kompleta hija żbaljata (sentenza Tate & Lyle et vs Il-Kummissjoni, punt 147 iktar 'il fuq, punt 162).

479   B'hekk, l-ewwel, fir-rikors tagħha, ir-rikorrenti teżebixxi l-ħames punti li hija kienet irrilevat fir-risposta tagħha għall-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, mingħajr ma' dan għandu jiġi interpretat bħala kontestazzjoni ta' l-eżistenza tal-ksur hekk kif ġie deskritt mill-Kummissjoni fl-imsemmija komunikazzjoni.

480   L-ewwel nett, ir-rikorrenti kienet enfasizzat in-nuqqas ta' kunsiderazzjoni mill-Kummissjoni ta' l-abbużi ta' pożizzjoni dominanti ta' Interbrew fil-Belġju, filwaqt li kienet teżisti rabta bejn dawn ta' l-aħħar u l-kooperazzjoni li żviluppat bejn ir-rikorrenti u Interbrew u li l-kunsiderazzjoni tagħhom kien jippermetti li jiġi ċċarat l-kuntest tal-ksur u r-relazzjonijiet ta' forza li eżistew bejn il-partijiet preżenti

481   It-tieni nett, hija kienet fakkret il-partikolarità tal-kuntest leġiżlattiv Belġjan ta' l-epoka, li, l-bogħod milli jpoġġi in kwistjoni r-realtà tal-ksur, jippermetti evalwazzjoni aħjar tal-gravità tal-fatti u ta' l-eżistenza ta' ċirkustanzi attenwanti (risposta għall-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, anness B4 tad-difiża, p. 12 u 13).

482   It-tielet nett, hija kienet sostniet ir-rwol ta' instigatur li ntlagħab minn Interbrew, li kienet ħadet l-inizjattiva (deċiżjoni kkontestata, punt 310) ta' laqgħat differenti u ftehim ma' Alken-Maes (risposta għall-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, anness B4 tad-difiża, p. 22 u 23).

483   Fir-raba' lok, hija kienet ikkonfutat il-portata attribwita għall-proposti li hija kellha fil-konfront ta' Interbrew, li ma kellhomx l-ebda natura ta' pressjoni fuq din ta' l-aħħar.

484   Fil-ħames lok, ir-rikorrenti kienet ippreċiżat il-portata u l-kwalifika li, skondtha, kellu jiġi mogħti lill-fatti allegati li, minkejja li kostitutivi ta' ksur ta' l-Artikolu 81 KE, ma kellhomx ikunu kkwalifikati bħala akkordju bilaterali fuq il-prezzijiet u l-qsim tas-suq, iżda biss bħala patt ta' non-aggressjoni u ta' limitu ta' investimenti u tar-reklamar.

485   Konsegwentement, fir-replika tagħha, ir-rikorrenti tirrispondi punt punt għas-sottomissjonijiet żviluppati mill-Kummissjoni, fid-difiża tagħha, fir-rigward tal-fatti li l-Kummissjoni tikkunsidra li hija kkontestat matul il-proċedura amministrattiva. Fost dawn il-fatti, tnejn minnhom għadhom, skond il-Kummissjoni, ikkontestati quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza filwaqt li ħamsa oħra ma jidhrux aktar ikkontestati. Fir-rigward ta' kull wieħed minn dawn il-punti, ir-rikorrenti terġa' tiddikjara li ma kinitx ikkontestat il-mertu tal-fatti in kwistjoni, iżda biss il-portata jew il-kwalifika li tathom il-Kummissjoni.

486   Fl-ewwel lok, fir-rigward taż-żewġ fatti kkontestati quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza, jiġifieri t-theddida magħmula kontra Interbrew u d-dewmien tal-ksur, ir-rikorrenti tiddikjara, fir-rigward ta' l-ewwel wieħed, li jekk hija ma tikkontestax li, fil-kuntest ta' diskussjonijiet bejn il-partijiet fl-akkordju fuq il-politika rispettiva tagħhom fi Franza, wara abbużi kkonstatati fil-Belġju min-naħa ta' Interbrew, hija indirizzat lil din ta' l-aħħar twissija legali u kummerċjalment leġittima, min-naħa l-oħra, hija tippersisti sabiex tikkontesta li dawn il-proposti, minkejja li jagħmlu riferenza għaċ-ċifra ta' 500 000 ettolitri, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala pressjoni fis-sens kif tifhimha l-Kummissjoni, fir-rigward b'mod partikolari tan-nuqqas ta' effett ġegħieli ta' l-imsemmija twissija.

487   Fir-rigward tad-dewmien tal-ksur, ir-rikorrenti beħsiebha tippersisti sabiex tikkontesta li l-akkordju kompla oltrè Lulju 1996. Dan ma jikkonċernax madankollu l-konfutazzjoni vigoruża ta' xi fatti stabbiliti, bħalma tissottometti żbaljatament il-Kummissjoni, iżda l-kontestazzjoni tal-portata attribwita minn din ta' l-aħħar għall-kuntatti bejn il-partijiet wara Lulju 1996, li hija inkompatibbli mal-kuntest u l-effetti ta' l-imsemmija kuntatti, billi dawn ta' l-aħħar ma kellhomx, wara din id-data, skop anti-kompetittiv. Interbrew kienet informat lill-klijenti bit-tariffa tagħha matul is-sena 1996 u kienet applikata fl-1 ta' Jannar 1997, billi tali diskussjonijiet ma setgħux isiru iktar.

488   Fit-tieni lok, fir-rigward ta' ħames fatti oħra li l-Kummissjoni tikkunsidra bħala li ġew ikkuntestati fir-risposta għall-komunikazzjoni ta' l-ilmenti filwaqt li lanqas mhuma fir-rikors, ir-rikorrenti tagħmel l-osservazzjonijiet segwenti.

489   Fl-ewwel lok, fir-rigward ta' l-allegata kontestazzjoni tal-fatt li l-akkordju jikkonċerna wkoll il-qsim tal-klijentela u b'mod partikolari l-livell ta' prezzijiet, ir-rikorrenti tiddikjara li tirrikonoxxi l-eżistenza tal-fatti u ma tikkontestax li jikkostitwixxu ksur ta' l-Artikolu 81 KE, iżda tenfasizza li ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala ftehim bilaterali fuq il-prezzijiet, li għandu influwenza mhux fuq l-eżistenza tal-ksur, iżda fuq il-gravità tagħha. B'mod partikolari, jekk iż-żamma ta' diskussjonijiet fuq il-prezzijiet matul il-laqgħa tad-9 ta' Novembru 1994 mhijiex ikkontestata, ir-rikorrenti tippersisti sabiex tikkunsidra li, billi ġġudikathom kostitutivi ta' ftehim reali fuq il-prezzijiet, il-Kummissjoni pproċediet għal kwalifika estremament severa tal-fatti. Ir-rikorrenti kienet beħsiebha b'mod partikolari tikkontesta l-portata attribwita mill-Kummissjoni għall-formola bil-miktub "J=SA=A‑M=275,-"

490   Fit-tieni lok, fir-rigward tal-bidu ta' l-akkordju, ir-rikorrenti tammetti li huwa eżatt li, fir-risposta tagħha għall-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, hija ssottomettiet li l-akkordju ma kienx beda ħlief f'Ottubru 1994. Il-Kummissjoni tinsa madankollu tinnota li din ir-risposta tkopri d-diskussjonijiet bejn il-partijiet mill-aħħar tas-sena 1992. Għaldaqstant, mingħajr ma tiċħad l-eżistenza ta' kuntatti u ta' skambji ta' informazzjoni mal-kompetituri tagħha dwar l-istruttura tagħha tat-tariffi mill-aħħar tas-sena 1992, ir-rikorrenti ssostni li dawn ta' l-aħħar għandhom jiġu mpoġġija fil-kuntest tagħhom u kkunsidrati għal dak li huma realment, b'mod partikolari fil-kuntest tar-rwol tas-CBB fil-leġiżlazzjoni taż-żiediet tal-prezzijiet.

491   Fit-tielet lok, fir-rigward ta' l-argument li skondthu l-iskop tal-laqgħa tal-11 ta' Mejju 1994 mhuwiex limitat għall-preżentazzjoni tad-direttur ġdid tad-diviżjoni "birra" tar-rikorrenti, ir-rikorrenti tirrileva li hija, ċertament, indikat li l-laqgħa kellha essenzjalment bħala skop l-imsemmija preżentazzjoni, iżda anki li l-iskop ta' din il-laqgħa, iktar vast, kien jinsab fil-kuntest tal-proposta ta' Interbrew li tikkonkludi patt ta' non-aggressjoni inkluża Franza.

492   Fir-raba' lok, fir-rigward tad-diskussjonijiet tas-6 ta' Lulju 1994 ir-rikorrenti ssostni li, kuntrarjament għal dak li tallega l-Kummissjoni, hija ma kkontestatx li d-diskussjonijiet ikkonċernaw il-kooperazzjoni bejn Interbrew u Alken-Maes. Hija kienet indikat li d-diskussjonijiet ikkonċernaw prinċipalment is-sitwazzjoni kummerċjali ta' Interbrew fi Franza, iżda xorta waħda ppreċiżat immedjatament li l-konklużjoni ta' ftehim ta' non-aggressjoni li jikkonċerna Franza u l-Belġju kien ġie propost minn Interbrew fil-kuntest ta' dawn id-diskussjonijiet.

493   Fil-ħamest lok, fir-rigward tal-kwistjoni ta' l-influwenza ta' Interbrew fis-CBB, ir-rikorrenti ma kinitx ikkontestat il-fatt stabbilit mill-Kummissjoni li Interbrew ma ddeterminatx il-politika tas-CBB. Barra minn hekk, kieku stess kienet ikkontestatu, kienet tkun il-kontestazzjoni ta' interpretazzjoni mill-Kummissjoni ta' l-influwenza eżerċitata minn Interbrew, u mhux tal-kontestazzjoni ta' fatt stabbilit.

494   Fl-aħħar, fir-rigward ta' l-allegazzjoni tal-Kummissjoni li skondtha r-rikorrenti kienet iddikjarat li tastjeni ruħha milli tikkuntesta biss il-fatti li jinsabu fil-komunikazzjoni ta' l-ilmenti li hija stess irrikonoxxiet, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni interpretat b'mod żbaljat it-termini nnifishom tad-dikjarazzjonijiet tagħha, billi interpretathom ħażin.

495   B'hekk, il-Kummissjoni kienet interpretat ħażin il-kummenti tar-rikorrenti billi applikat l-avverbju "biss" għad-dikjarazzjoni tagħha, jiġifieri billi kitbet li r-rikorrenti "ma kkontestatx il-fatti li jinsabu fil-[komunikazzjoni ta' l-ilmenti] biss sakemm dawn il-fatti kienu bbażati in parti fuq l-informazzjoni mressqa minn Alken-Maes lill-Kummissjoni". Ir-rikorrenti kienet fil-fatt kitbet li hija ma kkontestatx "l-eżistenza tal-fatti intervenuti fil-perijodu in kwistjoni sakemm dawn ta' l-aħħar [kienu] in parti bbażati fuq informazzjoni mressqa mir-rappreżentanti ta' Alken-Maes lill-Kummissjoni".

496   Barra minn hekk, il-Kummissjoni kienet żbaljat fuq l-importanza tal-kelma "sakemm". L-użu ta' din il-formola ma kienx jirriżulta minn volontà li jillimita - jekk mhux parzjalment - il-portata ta' l-ammissjoni tal-mertu tal-fatti, iżda għall-kuntrarju li jenfasizza li kien barra mil-loku min-naħa tar-rikorrenti li tikkontesta r-realtà tal-fatti stabbiliti mill-Kummissjoni billi kienu stabbiliti in parti fuq il-bażi ta' fatti mressqa minnha. Dan il-kontrasens kien wassal lill-Kummissjoni sabiex tikkonkludi, żbaljatament, għat-tpoġġija f'dubju mir-rikorrenti ta' l-eżistenza tal-ksur.

497   Ir-rikorrenti ssostni, fir-replika tagħha, li l-Kummissjoni tippersisti fid-difiża tagħha sabiex iżomm interpretazzjoni ineżatta, tabilħaqq preġudikanti, tat-termini tar-risposta tar-rikorrenti għall-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, billi tikteb li r-rikorrenti "illimitat ruħha li taċċetta l-fatti 'sakemm dawn ta' l-aħħar huma in parti fondati fuq informazzjoni mressqa mir-rappreżentanti ta' Alken-Maes hija nnifisha lill-Kummissjoni' ". Billi tuża l-espressjoni "illimitat ruħha li", il-Kummissjoni kienet introduċiet limitu fit-test oriġinali fejn ma kienx hemm. Fil-fatt, jekk il-kelma "sakemm" tista' ikollha sens restrittiv meta hija segwita min-partiċella negattiva jew minn verb limitattiv, hija għandha min-naħa l-oħra tiġi mifhuma f'sens spjegattiv meta hija użata indipendentement minn kull partiċella negattiva jew verb limitattiv.

498   Ir-rikorrenti ssostni barra minn hekk li huwa anki iktar u iktar dannuż li allegata kontestazzjoni tal-fatti kienet ġiet ikkunsidrata kontriha billi jirriżulta mill-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni li sempliċi non-kontestazzjoni tal-fatti, mingħajr il-ġbir ta' fatti ġodda, jista' iwassal għal riduzzjoni ta' kważi 20% tal-multa, kif juru d-deċiżjonijiet Vapuri Griegi u Pajpijiet preinsulati. Il-Kummissjoni kienet ukoll ikkonċediet fil-passat riduzzjoni ugwali għal dik ottenuta f'dan il-każ mir-rikorrenti għal impriża li ma kinitx ikkollaborat [inċiż 98 tad-deċiżjoni KEFA tal-Kummissjoni, tal-21 ta' Jannar 1998, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 65 tat-Trattat KEFA, IV/35.814 – Ħlas addizzjonali fuq il-liga (ĠU L 100, p. 55)].

499   Il-Kummissjoni l-ewwel tosserva li, skond il-ġurisprudenza, riduzzjoni ta' multa għal non-kontestazzjoni tal-mertu tal-fatti timplika aċċettazzjoni espressa tal-fatti hekk kif stabbiliti fil-komunikazzjoni ta' l-ilmenti. Issa, jirriżulta kemm mir-risposta tar-rikorrenti għall-komunikazzjoni ta' l-ilmenti u kemm mir-rikors li din ta' l-aħħar vigorosament ipprovat tikkonfuta - u għada tippersisti li tagħmel hekk - il-fatt li theddida kienet ġiet magħmula kontra Interbrew kif ukoll il-fatt li l-akkordju kompla oltrè ix-xahar ta' Lulju 1996. Barra minn hekk, ir-rikorrenti kienet inizjalment ikkontestat fir-risposta tagħha għall-komunikazzjoni ta' l-ilmenti ċerti fatti essenzjali, li hija ma komplitx tinnega fir-rikors tagħha. [kontroreplika, punti 107 sa 111]

500   Fir-rigward ta' l-argument li skondthu l-Kummissjoni tikkunsidra bħala kontestazzjoni ta' fatti dak li huwa rilevat, fir-realtà, mill-kontestazzjoni tal-portata li hija tattribwilhom jew mill-kwalifika legali li hija tagħtihom, il-Kummissjoni tosserva li l-kontestazzjoni tikkonċerna għall-kuntrarju l-mertu ta' diversi fatti.

501   F'kull każ, huwa żbaljat li jiġi pretest li n-non-kontestazzjoni tal-fatti tiġġustifika ġeneralment riduzzjoni ta' l-ammont tal-multa ta' 20%, billi r-riduzzjoni abitwalment konċessa għal dan il-għan hija fl-ordni ta' 10%. Fir-rigward ta' l-allegazzjoni li skontha l-partijiet li ma kkollaborawx mal-Kummissjoni kienu ottenew riduzzjoni analoga għal dik konċessa lir-rikorrenti, din hija infondata.

502   Fl-aħħar, il-Kummissjoni ssostni li, b'eċċezzjoni ta' l-iżball fil-grammatika, l-allegata ammissjoni tal-fatti mir-rikorrenti ma kinitx ħlief kundizzjonali. Fil-fatt, fir-risposta għall-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, ir-rikorrenti kienet illimitat ruħha sabiex taċċetta l-fatti "sakemm dawn ta' l-aħħar kienu in parti fondati fuq informazzjoni mressqa mir-rappreżentanti ta' Alken-Maes hija stess lill-aġenti tal-Kummissjoni".

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

503   Jirriżulta, mit-tieni inċiż tal-punt D 2 tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni (ara punt 448 iktar 'il fuq), li, meta impriża tikkopera, skond il-punt D, hija tibbenefika minn riduzzjoni ta' 10 sa 50% ta' l-ammont tal-multa li kienet tiġi imposta fuqha fin-nuqqas ta' kooperazzjoni jekk, wara li tkun irċeviet il-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, hija tinforma lill-Kummissjoni li hija ma tikkontestax il-mertu tal-fatti li fuqhom il-Kummissjoni tibbaża l-akkużi tagħha.

504   Sabiex tibbenefika minn riduzzjoni ta' l-ammont tal-multa fid-dawl tan-non-kontestazzjoni tal-fatti, f'konformità mat-tieni inċiż tal-punt D2 tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni, impriża għandha espliċitement tinforma lill-Kummissjoni bil-fatt li hija mhijiex beħsiebha tikkontesta l-mertu tal-fatti, wara li tkun saret taf bil-komunikazzjoni ta' l-ilmenti. (sentenza Mayr-Melnhof vs Il-Kummissjoni, punt 57 iktar 'il fuq, punt 309).

505   Mhuwiex biżżejjed madankollu li impriża tiddikjara b'mod ġenerali li hija ma tikkontestax il-fatti allegati, f'konformità mal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni, jekk, fiċ-ċirkustanzi tal-każ in eżami, din id-dikjarazzjoni ma tippreżentax l-inqas utilità għall-Kummissjoni (sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Lulju 2004, Corus UK vs Il-Kummissjoni, T‑48/00, li għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 193). Fil-fatt, sabiex impriża tkun tista' tibbenefika minn riduzzjoni ta' multa fid-dawl tal-kooperazzjoni tagħha matul il-proċedura amministrattiva, il-komportament tagħha għandu jiffaċilita x-xogħol tal-Kummissjoni li jikkonsisti fil-konstatazzjoni u fl-eliminazzjoni tal-ksur għar-regoli komunitarji tal-kompetizzjoni (ara, f'dan is-sens, sentenza Mayr-Melnhof vs Il-Kummissjoni, punt 57 iktar 'il fuq, punt 309).

506   Fid-dawl ta' dawn il-prinċipji, għandu jiġi stabbilit jekk, hekk kif tallega r-rikorrenti, huwa żbaljat li l-Kummissjoni kkunsidrat, fil-punt 326 tad-deċiżjoni kkontestata, li t-termini tad-dikjarazzjoni tagħha ta' non-kontestazzjoni tal-fatti hekk kif ukoll it-tpoġġija f'dubju ta' l-eżistenza tal-ksur hekk kif deskritt fil-komunikazzjoni ta' l-ilmenti ma jiġġustifikawx riduzzjoni tal-multa skond it-tieni inċiż tal-punt D 2 tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni.

507   F'dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, fir-rigward, fl-ewwel lok, tad-dikjarazzjonijiet ġenerali tar-rikorrenti dwar in-non-kontestazzjoni tal-mertu tal-fatti, li, qabel intbagħtet il-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, fl-ittra tagħha lill-Kummissjoni tas-27 ta' Diċembru 1999, Alken-Maes indikat li "[hija] ma [kkontestatx] l-mertu tal-fatti hekk kif deskritti mill-Kummissjoni fit-talba tagħha ta' informazzjoni mibgħuta fil-11 ta' Novembru 1999, u li b'mod partikolari […] [kienet] eżistiet prattika miftehma bejn Interbrew u Alken-Maes li permezz tagħha xi informazzjoni [kienet] ġiet skambjata kull xahar dwar il-bejgħ rispettivi tagħhom ta' birra fil-Belġju; […] [kien] hemm diversi laqgħat bejn il-kollaboraturi ta' Alken-Maes u prinċipalment is-Sur Vaxelaire, dak iż-żmien direttur delegat, bejn 1992 u 1998 mal-kollaboraturi ta' Interbrew, prinċipalment MM. T. u J. D., li fihom id-distribuzzjoni u l-bejgħ ta' birra fil-Belġju [kienu] għamlu s-suġġett ta' ftehim". Hija żiedet li "[t]aħt riżerva taċ-ċirkustanzi attenwanti li kienu ġew esposti [għas-]servizzi [tal-Kummissjoni], Alken-Maes tirrikonoxxi u ma tikkontestax li dawn il-fatti kienu kostitutivi ta' ksur għall-Artikolu 81 […] KE ".

508   Għandu wkoll jiġi kkonstatat li, fir-risposta tagħha għall-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, ir-rikorrenti indikat li "[m]ingħajr ma tikkontesta l-eżistenza ta' kuntatti u prattiċi bejn Interbrew u Alken-Maes sakemm dawn ta' l-aħħar huma in parti fondati fuq l-informazzjoni pprovduta mir-rappreżentanti ta' Alken-Maes nnifisha lill-aġenti tal-Kummissjoni, [hija] [xtaqet] […] tiċċara ċerti punti u terġa' tpoġġi f'perspettiva l-fatti kontenzjużi sabiex turi li m'għandhomx il-portata li tattribwixxilhom il-Kummissjoni". Fil-paġina 1 tar-risposta tagħha għall-imsemmija komunikazzjoni, ir-rikorrenti rriformulat il-kummenti tagħha b'mod leġġerment differenti billi tindika li "[m]ingħajr ma tikkontesta l-eżistenza tal-fatti intervenuti fil-perijodu in kwistjoni sakemm dawn ta' l-aħħar huma in parti fondati fuq l-informazzjoni pprovduta mir-rappreżentanti ta' Alken-Maes lill-aġenti tal-Kummissjoni, fuq istruzzjoni konforma ta[r-rikorrenti], [ir-rikorrenti] tixtieq fil-preżenti risposta tiċċara xi punti u terġa' tpoġġi f'perspettiva l-fatti kontenzjużi sabiex turi li m'għandhomx il-portata li tattribwixxilhom il-Kummissjoni, jew anki, f'ċerti każijiet, li l-konklużjonijiet legali tal-Kummissjoni jirriżultaw minn kwalifika żbaljata taċ-ċirkustanzi kontenzjużi".

509   Għaldaqstant, bilfors għandu jiġi kkonstatat, fid-dawl tar-risposta tar-rikorrenti lill-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, li jekk din ta' l-aħħar tenfasizza li ma tikkontestax l-eżistenza ta' "kuntatti u prattiċi bejn Interbrew u Alken-Maes" jew ta' "fatti intervenuti matul il-perijodu in kwistjoni", hija ma ddikjaratx espressament u b'mod ċar u preċiż li ma tikkontestax il-mertu tal-fatti li fuqhom il-Kummissjoni bbażat l-akkużi tagħha. Ir-rikorrenti għall-kuntrarju, żiedet id-dikjarazzjoni tagħha ta' riżervi dwar l-intenzjoni tagħha li "tiċċara ċerti punti", li "terġa' tpoġġi f'perspettiva l-fatti kontenzjużi" sabiex turi li huma "m'għandhomx il-portata li tattribwilhom il-Kummissjoni" jew li l-konklużjonijiet legali tal-Kummissjoni "jirriżultaw minn kwalifika żbaljata taċ-ċirkustanzi kontenzjużi".

510   Fit-tieni lok, fir-rigward ta' l-osservazzjonijiet tar-rikorrenti dwar il-fatti speċifiċi mressqa mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni ta' l-ilmenti tagħha (ara l-punti 486 sa 493 iktar 'il fuq), jidher li r-rikorrenti ma llimitatx ruħha sabiex tiċċara l-portata li attribwitilhom il-Kummissjoni, iżda kkontestat il-kontenut jew l-eżistenza ta' ċerti minnhom.

511   B'hekk, fir-rigward tad-dewmien tal-ksur, il-Kummissjoni indikat fil-komunikazzjoni ta' l-ilmenti li hija ddisponiet minn prova dwar l-akkordju għall-perijodu li jibda għallinqas mit-28 ta' Jannar 1993 sat-28 ta' Jannar 1998 u li dan ta' l-aħħar kompla sejjer għaldaqstant sat-28 ta' Jannar 1998. Għall-perijodu wara x-xahar ta' Lulju 1996, il-Kummissjoni bbażat ruħha, għall-finijiet ta' din il-konklużjoni, fuq tliet fatti, jiġifieri, l-ewwel, li kien sar kuntatt telefoniku, fid-9 ta' Diċembru 1996, bejn Alken-Maes (M. L. B) u Interbrew (M. A. B); it-tieni, li l-laqgħa bejn Interbrew, ir-rikorrenti u Alken-Maes f'Pariġi fis-17 ta' April 1997 kellha skop anti-kompetittiv u, it-tielet, li l-laqgħa tat-28 ta' Jannar 1998 bejn Interbrew u Alken-Maes ikkonċernat l-akkordju.

512   Għaldaqstant, għandu jiġi rrilevat li, fir-risposta tagħha għall-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, ir-rikorrenti indikat li hija "[kienet sorpriża] li l-Kummissjoni tikkunsidra [id-data tat-28 ta' Jannar 1998] bħala li timmarka t-tmiem ta' prattiċi illegali, filwaqt li l-elementi kollha ta' l-inkartament ta' l-investigazzjoni juru li kull diskussjoni bilaterali ntemmet mit-tieni semestru ta' l-1996". B'mod partikolari, ir-rikorrenti ddikjarat li "id-diskussjonijiet fuq l-istruttura tat-tariffi ġew fit-tmiem tagħhom bid-deċiżjoni ta' Interbrew f'Lulju 1996 li tapplika t-tariffi ġodda tagħha mill-1 ta' Jannar 1997" u li "in-nuqqas ta' diskussjonijiet wara Lulju 1996" kien jirriżulta per eżempju mill-eżistenza ta' nota ta' konsulent ta' Alken-Maes li tqabbel il-kundizzjonijiet ġodda ġenerali ta' Interbrew mal-proġett ta' Alken-Maes, li kienet superfluwa "kieku kien hemm kuntatti bejn iż-żewġ impriżi f'dan ir-rigward", li "l-laqgħa [tas-17 ta' April 1997] ma saritx fil-kuntest tad-diskussjonijiet imsemmija fil-[komunikazzjoni ta' l-ilmenti]" u li l-laqgħa tat-28 ta' Jannar 1998 ma kellhiex bħala suġġett li "terġa' tistabilixxi l-prattiċi preċedenti".

513   Fid-dawl ta' dak li jippreċedi, u b'mod partikolari għall-osservazzjonijiet magħmula mir-rikorrenti fir-rigward tad-dewmien tal-ksur, għandu jiġi kkunsiderat li d-dikjarazzjonijiet tagħha li skondthom hija ma tikkontestax il-mertu tal-fatti m'għandhomx jiġġustifikaw riduzzjoni tal-multa skond it-tieni inċiż tal-punt D 2 tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni.

514   Fil-fatt, l-ewwel nett, billi dan il-każ jirrigwarda akkordju li għandu skop anti-kompetittiv, għandu jiġi rrilevat li l-aċċertament biss tal-fatti huwa biżżejjed, bħala prinċipju, sabiex jistabilixxi żewġ mill-elementi essenzjali ta' ksur għall-Artikolu 81(1)KE, kemm l-eżistenza ta' ftehim u l-iskop anti-kompetittiv ta' dan ta' l-aħħar. Għaldaqstant, bilfors għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma setgħetx, fir-risposta tagħha għall-komunikazzjoni ta' l-ilmenti, tikkontesta l-portata tal-fatti kontenzjużi għax-xahar ta' Lulju 1996, li l-Kummissjoni validament stabbilit u li huma fihom innifishom kostitutivi tal-ksur in kwistjoni, mingħajr ma tikkontesta l-mertu tal-fatti fis-sens tat-tieni inċiż tal-punt D 2 tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni (ara, b'analoġija, is-sentenza Corus UK vs Il-Kummissjoni, punt 505 iktar 'il fuq, punti 195 u 197).

515   It-tieni nett, dikjarazzjoni ta' non-kontestazzjoni tal-mertu tal-fatti segwita, bħal f'dan il-każ, minn grupp ta' osservazzjonijiet li permezz tagħhom ir-rikorrenti tipprova allegatament tiċċara l-portata ta' ċerti fatti iżda li, fir-realtà, jirriżultaw minn kontestazzjoni ta' dawn il-fatti m'għandhiex tkun ikkunsidrata bħala li tiffaċilita x-xogħol tal-Kummissjoni li jikkonsisti fil-konstatazzjoni u l-eliminazzjoni tal-ksur in kwistjoni għar-regoli ta' kompetizzjoni.

516   F'dan ir-rigward, bilfors għandu jiġi kkonstatat li, kuntrarjament għal dak li hija tiddikjara, mhijiex il-portata żbaljata attribwita mill-Kummissjoni lil ċerti fatti, jiġifieri l-kuntatti tad-9 ta' Diċembru 1996, 17 ta' April 1997 u 28 ta' Jannar 1998, li r-rikorrenti tikkontesta, iżda n-natura stess ta' dawn il-fatti. B'hekk, fir-risposta tagħha għall-komunikazzjoni ta' l-ilmenti (ara punt 512 iktar 'il fuq), ir-rikorrenti ma llimitatx ruħha li tiċħad il-portata tal-kuntatt li kien sar fid-9 ta' Diċembru 1996 bejn Alken-Maes u Interbrew, iżda kkontestat il-fatt stess li kien sar kuntatt bejn iż-żewġ kompetituri f'din id-data. Bl-istess mod, ir-rikorrenti ċaħdet il-fatt stess li l-laqgħa tas-17 ta' April 1997 kellha skop anti-kompetittiv u mhux il-portata jew l-evalwazzjoni legali li l-Kummissjoni attribwiet lil dan il-fatt. Fl-aħħar, fir-rigward tal-laqgħa tat-28 ta' Jannar 1998, ir-rikorrenti ma llimitatx ruħha li ssostni li l-fatt li l-akkordju huwa perċepit bħala attwali, kif stabbilietu validament il-Kummissjoni, m'għandux il-portata jew il-kwalifika legali li tattribwilu l-Kummissjoni, jiġifieri dak ta' ksur, iżda l-fatt stess li l-kontenut tad-diskussjoni fuq l-akkordju jikkonferixxi fuq dan ta' l-aħħar karattru attwali.

517   Għaldaqstant hemm lok li jiġi konkluż, bla mhuwa neċessarju li jiġu eżaminati l-argumenti l-oħra żviluppati mir-rikorrenti, li huwa legali li l-Kummissjoni kkonstatat, fil-punt 326 tad-deċiżjoni kkontestata, li r-rikorrenti kienet poġġiet f'dubju l-eżistenza tal-ksur hekk kif kien ġie deskritt fil-komunikazzjoni ta' l-ilmenti u li hija kkunsidrat li dan ma jiġġustifikax riduzzjoni ta' multa fis-sens tat-tieni inċiż tal-punt D 2 tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni.

518   Għaldaqstant, it-tieni parti għandha tiġi miċħuda u, konsegwentement, il-motiv fl-integralità tiegħu.

 Fuq il-metodu ta' kalkolu u l-ammont finali tal-multa

519   Hekk kif jirriżulta mill-punt 313 iktar 'il fuq, hemm lok li ż-żieda ta' l-ammont bażiku tal-multa applikata fid-dawl taċ-ċirkustanzi aggravanti tiġi mnaqqsa b'50 sa 40%.

520   Fir-rigward tal-kalkolu ta' l-ammont finali tal-multa hekk kif jirriżulta minn din il-modifika, għandu jiġi rrilevat li, meta pproċediet għall-kalkolu tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti, il-Kummissjoni warrbet lilha nnifisha mill-metodoloġija indikata fil-linji gwida.

521   Fil-fatt, fir-rigward tat-titolu tal-linji gwida, il-perċentaġġi li jikkorispondu għall-żidiet jew għall-riduzzjonijiet, applikati fid-dawl taċ-ċirkustanzi aggravanti jew attenwanti, għandhom ikunu applikati fuq l-ammont bażiku tal-multa, stabbilit in funzjoni tal-gravità u tad-dewmien tal-ksur, u mhux fuq ir-riżultat ta' l-implementazzjoni ta' l-ewwel żieda jew riduzzjoni fid-dawl ta' ċirkustanza aggravanti jew attenwanti (ara, f'dan is-sens, sentenza Cheil Jedang vs Il-Kummissjoni, punt 95 iktar 'il fuq, punt 229).

522   Għaldaqstant, f'dan il-każ, bilfors għandu jiġi kkonstatat li, filwaqt li l-Kummissjoni aġġustat l-ammont tal-multa billi kkunsidrat, min-naħa, żewġ ċirkustanzi aggravanti u, min-naħa l-oħra, ċirkustanza attenwanti, jirriżulta mill-ammont finali tal-multa imposta li l-Kummissjoni applikat wieħed minn dawn iż-żewġ aġġustamenti fl-ammont li rriżulta mill-implementazzjoni ta' l-ewwel żieda jew riduzzjoni. Dan il-metodu ta' kalkolu għandu bħala konsegwenza li jimmodifika l-ammont finali tal-multa f'paragun ma' dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-metodu indikat fil-linji gwida.

523   F'dan ir-rigward, jekk il-metodu ta' kalkolu ta' l-ammont tal-multi li jinsab fil-linji gwida ċertament mhuwiex l-uniku metodu previst , huwa ta' natura li jassigura prattika deċiżjonali koerenti dwar imposizzjoni tal-multi, li jippermetti, min-naħa tiegħu, li jiggarantixxi l-ugwalità ta' trattament ta' l-impriżi li huma sanzjonati għal ksur tar-regoli tad-dritt tal-kompetizzjoni. Fil-każ preżenti, il-Qorti tal-Prim'Istanza tikkonstata li l-Kummissjoni tbiegħdet mil-linji gwida, fir-rigward tal-metodu ta' kalkolu ta' l-ammont finali tal-multi, mingħajr ma pprovdiet l-ebda raġuni.

524   Għaldaqstant, f'dan il-każ, għandha tiġi applikata, fid-dawl tas-setgħa ta' ġurisdizzjoni illimitata ddevoluta lill-Qorti tal-Prim'Istanza skond l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 17, iż-żieda ta' 40%, ikkunsidrata fid-dawl taċ-ċirkustanza aggravanti marbuta mar-reċidività, fuq l-ammont bażiku tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

525   L-ammont finali tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti huwa għaldaqstant ikkalkulat kif ġej: fuq l-ammont bażiku tal-multa (36,25 miljuni ta' Ewros) huma l-ewwel miżjuda 40% ta' dan l-ammont bażiku (14,5 miljuni ta' Ewros) u mnaqqas 10% ta' l-imsemmi ammont (3,625 miljuni ta' Ewros), li jwassal għal ammont ta' 47,125 miljuni ta' Ewros. Konsegwentement, dan l-ammont huwa mnaqqas b'10% fid-dawl tal-kooperazzjoni, li jwassal għal ammont finali ta' multa ta' 42,4125 miljuni ta' Ewros.

 Fuq l-ispejjeż

526   Skond l-Artikolu 87(3) tar-Regoli tal-Proċedura, jekk il-partijiet ikunu telliefa rispettivament fuq kap jew aktar tat-talbiet tagħhom, il-Qorti tal-Prim'Istanza tista' tiddeċiedi li taqsam l-ispejjeż jew tiddeċiedi li kull parti tbati l-ispejjeż tagħha. F'dan il-każ, hemm lok li jkun deċiż illi r-rikorrenti tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll it-tliet kwarti ta' l-ispejjeż indikati mill-Kummissjoni.

Għal dawn il-motivi,

IL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA (il-Ħames Awla)

taqta' u tiddeciedi li:

1)      L-ammont tal-multa impost lir-rikorrenti huwa ffissat għal EUR 42,4125 miljuni.

2)      Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)      Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha u t-tliet kwarti ta' dawk tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tbati kwart ta' l-ispejjeż tagħha.

Vilaras

Martins Ribeiro

Jürimäe

Mogħtija f'Qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu fil- 25 ta' Ottubru 2005

Reġistratur

 

      il-President

E. Coulon

 

      M. Vilaras

Werrej


Kuntest ġuridiku

Il-fatti li wasslu għall-kawża

Proċedura u talbiet tal-partijiet

Id-dritt

A –  Fuq it-talbiet għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata

1.  Fuq il-motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba

a)  Fuq l-ewwel parti, ibbażata fuq il-fatt li r-rikorrenti ma ġietx mqegħda f'pożizzjoni li teżamina l-kuntest li fih ġie stabbilit dokument użat bħala prova mill-Kummissjoni.

L-argumenti tal-partijiet

Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

b)  Fuq it-tieni parti, ibbażata fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma kinitx ippermettiet lir-rikorrenti li tkun taf, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, l-elementi kkunsidrati fil-kalkolu tal-multa

L-argumenti tal-partijiet

Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

c)  Fuq it-tielet parti, ibbażat fuq karattru mhux dokumentat ta' laqgħat magħmula bejn il-Kummissjoni u Interbrew kif ukoll fuq ir-rifjut tal-Kummissjoni li tinforma lir-rikorrenti bir-risposta ta' Interbrew għall-komunikazzjoni ta' l-ilmenti

L-argumenti tal-partijiet

Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

2.  Fuq il-motiv ibbażat fuq ksur ta' l-obbligu ta' motivazzjoni

a)  L-argumenti tal-partijiet

b)  Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

B –  Fuq it-talbiet, mqajma taħt titolu sussidjarju, għat-tnaqqis ta' l-ammont tal-multa imposta

1.  Fuq il-motiv ibbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tal-gravitŕ tal-ksur għall-finijiet ta' l-iffissar ta' l-ammont bażiku tal-multa bi ksur tal-prinċipji ta' proporzjonalitŕ, trattament indaqs u l-prinċipju non bis in idem

a)  L-argumenti tal-partijiet

L-argumenti tar-rikorrenti

–  Fuq l-evalwazzjoni tal-karattru ta' gravità tal-ksur, bi ksur tal-prinċipji ta' trattament indaqs u ta' proporzjonalità

–  Fuq l-evalwazzjoni tal-potenzjal ekonomiku effettiv tar-rikorrenti li tipprokura dannu sinjifikattiv lill-operaturi oħra: ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità

–  Fuq l-iffissar ta' l-ammont tal-multa fuq grad li jassiguralha karattru suffiċjentement dissważiv: ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalitŕ

–  Fuq il-kunsiderazzjoni tal-konoxxenzi u ta' l-infrastrutturi ġuridiċi-ekonomiċi li jiddisponu minnhom in ġenerali l-impriżi kbar: ksur tal-prinċipju non bis in idem

L-argumenti tal-Kummissjoni

b)  Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

Fuq l-evalwazzjoni tal-karattru ta' gravità tal-ksur

Fuq l-evalwazzjoni tal-potenzjal ekonomiku effettiv tar-rikorrenti li tipprokura dannu importanti lill-operaturi oħra

Fuq l-iffissar ta' l-ammont tal-multa fuq skala li jassiguralha karattru suffiċjentement dissważiv

Fuq il-kunsiderazzjoni ta' konoxxenzi u infrastrutturi ġuridiċi u ekonomiċi li minnhom jiddiponu in ġenerali l-impriżi l-kbar

Fuq in-natura approprjata ta' l-ammont bażiku speċifiku fid-dawl taċ-ċirkustanzi mqajma mir-rikorrenti

2.  Fuq il-motiv ibbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tad-dewmien tal-ksur

a)  L-argumenti tal-partijiet

b)  Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

Fuq il-kuntatt telefoniku tad-9 ta' Diċembru 1996

Fuq il-laqgħa tas-17 ta' April 1997

Fuq il-laqgħa tat-28 ta' Jannar 1998

3.  Fuq il-motiv ibbażat fuq karattru infondat taċ-ċirkustanza aggravanti meqjusa minħabba l-pressjoni eżerċitata fuq Interbrew

a)  L-argumenti tal-partijiet

b)  Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

4.  Fuq il-motiv ibbażat fuq il-kunsiderazzjoni infondata taċ-ċirkustanza aggravanti ta' reċidivitŕ fil-konfront tar-rikorrenti

a)  L-argumenti tal-partijiet

b)  Evalwazzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza

5.  Fuq il-motiv ibbażat fuq il-kunsiderazzjoni insuffiċjenti taċ-ċirkustanzi attenwanti applikabbli

a)  Fuq l-ewwel parti, ibbażata fuq ir-rifjut tal-Kummissjoni li tieħu in kunsiderazzjoni n-nuqqas ta' effetti tal-ksur fuq is-suq

L-argumenti tal-partijiet

Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

b)  Fuq it-tieni parti, ibbażata fuq in-nuqqas ta' teħid in kunsiderazzjoni mill-Kummissjoni ta' l-influwenza ta' l-iskema ta' kontroll tal-prezzijiet u tat-tradizzjoni korporatista sekulari li tikkaratterizza s-settur tal-birra

L-argumenti tal-partijiet

Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

c)  Fuq it-tielet parti, ibbażata fuq ir-rifjut tal-Kummissjoni li tieħu in kunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ta' kriżi tas-settur

L-argumenti tal-partijiet

Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

d)  Fuq ir-raba' parti, ibbażata fuq pożizzjoni minaċċuża ta' Interbrew

L-argumenti tal-partijiet

Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

6.  Fuq il-motiv ibbażat fuq evalwazzjoni skorretta tal-vastitŕ tal-kooperazzjoni tar-rikorrenti bi ksur tal-prinċipju ta' trattament indaqs u tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni

a)  Fuq l-ewwel parti, ibbażata fuq evalwazzjoni żbaljata mill-Kummissjoni tal-vastitŕ tal-kooperazzjoni tar-rikorrenti, fir-rigward b'mod partikolari għall-prattikŕ deċiżjonali tagħha u bi ksur tal-prinċipju ta' trattament indaqs

L-argumenti tal-partijiet

Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

b)  Fuq it-tieni parti, ibbażata fuq natura żbaljata tal-konklużjoni tal-Kummissjoni li skondtha r-rikorrenti kienet kkontestat il-mertu tal-fatti li fuqhom il-Kummissjoni bbażat l-akkużi tagħha

L-argumenti tal-partijiet

Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

Fuq il-metodu ta' kalkolu u l-ammont finali tal-multa

Fuq l-ispejjeż




* Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.