Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Marzu 2008 - Compagnie générale de diététique vs L-UASI (GARUM)

(Kawża T-341/06)1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GARUM - Raġuni assoluta għal rifjut - Pubbliku rilevanti - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Compagnie générale de diététique SAS (Caen, Franza) (rappreżentanti: J.-J. Evrard u T. de Haan, avocats)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tas-7 ta' Settembru 2006 (każ R 1401/2005-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali "GARUM" bħala trade mark Komunitarja

Dispożittiv

Id-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-7 ta' Settembru 2006 (każ R 1401/2005-1) hija annullata.

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta' Compagnie générale de diététique SAS.

____________

1 - ĠU C 326, 30.12.2006.