Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Marzu 2009 - Borax Europe vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-166/05)1

("Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti u reġistrazzjonijiet ta' ħoss - Rifjut ta' aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali ")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Borax Europe Ltd (Guildford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Vandermeersch u K. Nordlander, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u I. Chatzigiannis, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni tal-21 ta' Frar 2005, li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti u reġistrazzjonijiet ta' ħoss fil-kuntest tat-tletin adattament għall-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-disposizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi (ĠU L 196, p. 1)

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni tal-21 ta' Frar 2005 hija annullata inkwtantu tirrifjuta lill-Borax Europe Ltd l-aċċess għar-reġistrazzjonijiet tal-laqgħa tal-5 u tas-6 ta' Ottubru 2004, għaż-żewġ abozzi tal-minuti ta' din il-laqgħa, għal tlettax-il kummentarju ta' esperti, għal żewġ kummentarji tar-rappreżentatnti tal-industrija u għad-dokument maħruġ mir-relatur Daniż.

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż

____________

1 - ĠU C 155, 25.6.2005.