Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Diċembru 2020 – Y GmbH vs Hauptzollamt

(Kawża C-668/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Y GmbH

Konvenut: Hauptzollamt

Domandi preliminari

Is-subintestatura 1302 19 05 tan-Nomenklatura Magħquda 1 (iktar ’il quddiem in-“NM”) għandha tiġi interpretata fis-sens li tinkludi wkoll oleoreżina tal-vanilla estratta u mħallta bl-etanol u bl-ilma, komposta minn madwar 90 % (v/v) jew 85 % (m/m) etanol, massimu ta’ 10 % (m/m) ilma, 4.8 % (m/m) residwu niexef u 0.5 % (m/m) vanillin, meta, skont in-nota 1(ij) tal-Kapitolu 13 tan-NM, l-oleoreżini estratti huma esklużi mill-intestatura 1302 tan-NM?

Prodotti bħal dawk deskritti fl-ewwel domanda preliminari huma inklużi fl-oleoreżini estratti fis-sens tas-subintestatura 3301 90 30 tan-NM?

Is-subintestatura 3302 10 90 tan-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li prodotti bħal dawk deskritti fl-ewwel domanda preliminari għandhom jiġu kklassifikati bħala taħlit ta’ sustanzi li jfuħu jew taħlit (inklużu soluzzjonijiet alkoħoliċi) b’bażi ta’ waħda jew iktar minn dawn is-sustanzi, ta’ tipi użati bħala materja prima fl-industrija tal-ikel?

Il-prodotti li jaqgħu taħt is-subintestatura 1302 19 05 tan-NM jew l-oleoreżina estratta li taqa’ taħt is-subintestatura 3301 90 30 tan-NM huma inklużi wkoll fl-essenzi aromatiċi fis-sens tal-Artikolu 27(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku 2 ?

____________

1     Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), fil-verżjoni kif emendata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1754 tas-6 ta’ Ottubru 2015 (ĠU 2015, L 285, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 288, p. 16).

2     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 206.