Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 9 ta’ April 2014 – Pico Food vs UASI – Sobieraj (MILANÓWEK CREAM FUDGE)

(Kawża T-623/11)1

[“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja MILANÓWEK CREAM FUDGE — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw baqra, Original Sahne Muh-Muhs HANDGESCHNITTEN HANDGEWICKELT u SAHNE TOFFEE LUXURY CREAM FUDGE — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pico Food GmbH (Tamm, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Vuijst u P. Geroulakos, aġenti)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bogumił Sobieraj (Milanówek, il-Polonja) (rappreżentant: O. Bischof, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-UASI tat-8 ta’ Settembru 2011 (Każ R 553/2010-1), dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn Pico Food GmbH u Bogumił Sobieraj.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Pico Food GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.