Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Settembru 2009 - Offshore Legends vs UASI - Acteon (OFFSHORE LEGENDS bl-iswed u bl-abjad, u OFFSHORE LEGENDS bil-blu, bl-iswed u bl-aħdar)

(Kawżi magħquda T-305/07 u T-306/07) 

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal żewġ trade marks Komunitarji figurattivi OFFSHORE LEGENDS, waħda bl-abjad u bl-iswed, l-oħra bil-blu, bl-iswed u bl-aħdar - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti OFFSHORE 1 - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tal-prodotti u tas-sinjali - Nuqqas ta' talba għal prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 15(2)(a) tar-Regolament Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 42(2) u (3) u l-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009]")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Offshore Legends (Nevele, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Maeyaert u N. Clarembeaux, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliart-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Acteon (Saint-Tropez, Franza) (rappreżentant: M. Milon, avukat)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta' Mejju 2007 (Każijiet R 1031/2006-2 u R 1038/2006-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Acteon u Offshore Legends.

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Offshore Legends hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 269, 10.11.2007