Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Awwissu 2007 - Motopress vs L-UASI - Sony Computer Entertainment Europe (BUZZ !)

(Kawża T-302/07)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Motopress Werbe- und Verlagsgesellschaft mbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: avv. L. Wiltschek)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell : Sony Computer Entertainment Europe Limited

Talbiet tar-rikorrenti

temenda d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta' Ġunju 2007 (Kawża R 1468/2006-2) b'mod li tiġi milqugħa l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għal trade mark Nru 4 441 044;

eventwalment, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tirrinvija l-kawża lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern sabiex ibati l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell u tal-proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Sony Computer Entertainment Europe Limited.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "BUZZ !" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 28 u 41 (applikazzjoni Nru 4 441 044).

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: trade mark denominattiva Awstrijaka "BUZZ !" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35 u 38.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: ċaħda ta' l-oppożizzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda ta' l-appell.

Motivi invokati: ksur ta' l-Art. 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/941, minħabba nuqqas ta' kunsiderazzjoni tal-provi dwar l-eżistenza tat-trade mark invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, paġ. 1).