Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Awwissu 2007 - Nölle vs L-UASI - Viña Carta Vieja (Puzzle)

(Kawża T-303/07)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Jürgen Nölle (Rheinberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Reinartz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Viña Carta Vieja S.A.

Talbiet tar-rikorrent

tiċħad għal kollox l-oppożizzjoni ta' l-24 ta' Frar 2005, ippreżentata mill-opponent kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja tar-rikorrenti ta' l-20 ta' Frar 2004 dwar it-trade mark verbali "Puzzle", wara li annullat id-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tal-5 ta' Ġunju 2007, każ R 911/2006-2, kif ukoll tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni tad-29 ta' Ġunju 2006, każ B 802 340;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-kawża kif ukoll dawk sostnuti minn intervenjent eventwali

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Puzzle" għal prodotti fil-klassijiet 16, 32 u 33 (applikazzjoni Nru 3 674 561)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Viña Carta Vieja S.A.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: b'mod partikolari, it-trade mark verbali "MONKEY PUZZLE" għal prodotti fil-klassi 33 (trade mark Komunitarja Nru. 3238144)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tilqa' parzjalment l-oppożizzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni, sa fejn din tilqa' l-oppożizzjoni għal prodotti fil-klassi 32

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 1, billi ma hemm l-ebda riskju ta' konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks in kwistjoni

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p 1).