Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Awwissu 2007 - Offshore Legends vs L-UASI - Acteon (OFFSHORE LEGENDS (bil-kuluri blu, iswed u aħdar)

(Kawża T-306/07)

Lingwa tar-rikors: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Offshore Legends NV (Nevele, il-Belgju) (rappreżentanti: P. Maeyaert u N. Clarembeaux, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell : Acteon SARL (Saint-Tropez, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tad-29 ta' Mejju 2007 (Kawża R 1038/2006-2);

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "Offshore Legends" bil-kuluri blu, iswed u aħdar, għall-prodotti fil-klassi 3, 9, 14, 18, 20, 24, 25, 28 u 35 - Applikazzjoni Nru 2 997 021

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Acteon SARL

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Trade mark figurattiva nazzjonali u internazzjonali "Offshore One", għall-prodotti fil-klassi 16, 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: L-oppożizzjoni hija miċħuda għall-prodotti kkontestati kollha

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni sa fejn din tiċħad l-oppożizzjoni għall-prodotti koperti mill-klassijiet 18 u 25

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/941 safejn il-Bord ta' Appell wettaq żball fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta' konfużjoni, b'mod partikolari, żball fl-evalwazzjoni tax-xebh bejn it-trade marks in kwistjoni.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja(ĠU 1994, L 11, p.1)