Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Novembru 2008 - Calzaturificio Frau vs UASI- Camper (Forma ta' arkata stilizzata b'wiċċ solidu)

(Kawża T-304/07)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta arkata stilizzata b'wiċċ solidu - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti li tirrappreżenta arkata stilizzata - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Calzaturificio SpA (San Giovanni Ilarione, l-Italja) (rappreżentant: A. Rizzoli, avukat)

Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u L. Rampini, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Camper, SL (Inca, Spanja) (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta' Ġunju 2007 (Każ R 768/2006-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Camper, SL u Calzaturificio Frau SpA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Calzaturificio Frau SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 235, 6.10.2007.