Language of document : ECLI:EU:T:2008:477





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Novembru 2008 – Calzaturificio Frau vs UASI – Camper (Rappreżentazzjoni ta’ arkata stilizzata b’wiċċ solidu)

(Kawża T-304/07)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta arkata stilizzata b’wiċċ solidu – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti li tirrappreżenta arkata stilizzata – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

1.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 30, 33, 36, 37, 40, 52)

2.                     Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 73) (ara l-punti 57, 58)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Ġunju 2007 (Każ R 768/2006-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Camper, SL u Calzaturificio Frau SpA

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Calzaturificio Frau SpA

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

trade mark figurattiva li tirrappreżenta arkata stilizzata b’wiċċ solidu għall-prodotti fil-klassijiet 18 u 25 – Applikazzjoni Nru 3388097

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Camper, SL

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

trade mark tridimensjonali nazzjonali Spanjola li tirriproduċi l-forma ta’ żarbuna għal prodotti fil-klassi 25, serje ta’ trade marks figurattivi nazzjonali Ingliżi li jirrapreżentaw, f’diversi forom, arkati mmejla, għal prodotti fil-klassi 25, kif ukoll żewġ trade marks figurattivi Komunitajri li għandhom ukoll il-forma ta’ arkata, għal prodotti fil-klassi 18

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Deċiżjoni kkontestata annullata u l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni miċħuda


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Calzaturificio Frau SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.