Language of document : ECLI:EU:T:2009:335





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2009 – Offshore Legends vs UASI – Acteon (OFFSHORE LEGENDS bl-iswed u bl-abjad, u OFFSHORE LEGENDS bil-blu, bl-iswed u bl-aħdar)

(Kawżi magħquda T‑305/07 u T‑306/07)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għaż‑żewġ trade marks Komunitarji figurattivi OFFSHORE LEGENDS, waħda bl-iswed u bl-abjad, l-oħra bil-blu, bl-iswed u bl-aħdar – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti OFFSHORE 1 – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh bejn il-prodotti u s-sinjali – Nuqqas ta’ talba għal prova tal‑użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94, moqri flimkien mal-Artikolu 15(2)(a) tar-Regolament Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 42(2) u (3) u l‑punt (a) tat‑tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 60, 61, 98-103)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal‑UASI, tad-29 ta’ Mejju 2007 (Każijiet R 1031/2006-2 u R 1038/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Acteon u Offshore Legends.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Offshore Legends

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade marks figurattivi OFFSHORE LEGENDS bl-iswed u bl-abjad u OFFSHORE LEGENDS bil-blu, bl-iswed u bl-aħdar għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 18, 20, 24, 25, 28 u 35 – Applikazzjonijiet Nri 3160231 u 2997021

Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:

Acteon

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark figurattiva nazzjonali u internazzjonali OFFSHORE 1 għal prodotti fil-klassijiet 16, 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda għall-prodotti kkontestati kollha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Annullament parzjali tad-deċiżjoni tad‑Diviżjoni tal-Oppożizzjoni sa fejn din ċaħdet l-oppożizzjoni għall-prodotti koperti mill-klassijiet 18 u 25


Dispożittiv

1)

1) Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

2) Offshore Legends hija kkundannata għall-ispejjeż.