Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Marzu 2013 - Biodes vs UASI - Manasul Internacional (FARMASUL)

(Kawża T-553/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva FARMASUL - Trade mark Spanjola figurattiva preċedenti MANASUL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Biodes, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Manasul Internacional, SL (Ponferrada, Spanja) (rappreżentant: M. I. Escudero Pérez, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta' Settembru 2010 (Każ R 1034/2009-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Manasul Internacional, SL u Biodes, SL.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Biodes, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 30, 29.01.2011.