Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ April 2015 – Evropaïki Dynamiki vs Frontex

(Kawża T-554/10)1

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Servizzi informatiċi, apparat informatiku u liċenzji għal software – Ċaħda ta’ offerta ta’ offerent – Obbligu ta’ motivazzjoni – Kriterji ta’ selezzjoni u ta’ attribuzzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Ġreċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) (rappreżentanti: S. Vuorensola u H. Caniard, aġenti, assistiti minn J. Stuyck u A. M. Vandromme, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jiċħdu l-offerti tar-rikorrenti għas-sejħa għal offerti Frontex/OP/87/2010, dwar kuntratt qafas għal “Servizzi TIC” fil-qafas tat-teknoloġija għall-immaniġjar u għas-sigurtà tal-informatika (ĠU 2010/S 66-098323), u għas-sejħa għal offerti Frontex/OP/98/2010, dwar il-proġett pilota kbir Eurosur fil-qafas tal-koordinazzjoni tat-teknoloġija tal-informatika u tal-kommunikazzjoni (ĠU 2010/S 90-134098), kif ukoll id-deċiżjonijiet konnessi kollha, inklużi dawk li jagħtu l-kuntratti lil offerenti oħrajn u, min-naħa l-oħra, rikors għad-danni intiż għall-kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mill-għoti ta’ dawn il-kuntratti lill-imsemmija offerenti.DispożittivId-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex), tat-18 ta’ Ottubru 2010, li tiċħad l-offerta mibgħuta minn Evropaïki Dynamiki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE fil-kuntest tas-sejħa għal offerti 2010/S 66-098323, għal-lott numru 1 (sistemi ta’ informazzjoni), għall-provvista ta’ servizzi informatiċi, għal apparat informatiku u għal liċenzji għal software, hija annullata. Id-deċiżjoni ta’ Frontex, tat-18 ta’ Ottubru 2010, li tiċħad l-offerti mibgħuta minn Evropaïki Dynamiki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE fil-kuntest tas-sejħa għal offerti 2010/S 66-098323, għal-lott numru 6 (sistemi ta’ immaniġjar tal-kontenut ta’ impriża), għall-provvista ta’ servizzi informatiċi, ta’ apparat informatiku u ta’ liċenzji għal software, hija annullata.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Evropaïki Dynamiki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoi

nonion Pliro

forikis kai Tilematikis AE għandha tbati 50 % tal-ispejjeż tagħha u 50 % tal-ispejjeż sostnuti minn Evropaïki Dynamiki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE.