Language of document : ECLI:EU:T:2015:224





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ April 2015 –

Evropaïki Dynamiki vs Frontex

(Kawża T‑554/10)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Servizzi informatiċi, apparat informatiku u liċenzji għal software – Ċaħda ta’ offerti ta’ offerent – Obbligu ta’ motivazzjoni – Kriterji ta’ selezzjoni u ta’ attribuzzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (ara l-punti 47, 130)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta – Obbligu li jiġu kkomunikati, wara talba bil-miktub, il-karatteristiċi u l-vantaġġi tal-offerta magħżula kif ukoll l-isem tal-offerent li lilu ingħata l-kuntratt – Obbligu, tal-awtorità kontraenti, li tipprovdi analiżi komparattiva fid-dettall tal-offerta magħżula u tal-offerta tal-offerent mhux magħżul – Assenza (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(3)) (ara l-punti 48-51, 59, 61, 131)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta – Evalwazzjoni tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tar-rikorrenti fil-mument tal-preżentata tar-rikors (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(3)) (ara l-punt 52)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta – Obbligu, tal-awtorità kontraenti, li tikkomunika r-rapport tal-kumitat ta’ evalwazzjoni u l-offerti magħżula lil offerent mhux magħżul mingħajr ma jsir paragun bejn l-offerta tiegħu u dik ta’ offerenti oħrajn – Assenza (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(3)) (ara l-punti 63, 91)

5.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Dritt tal-offerenti għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Dritt għal appell mid-deċiżjoni li tattribwixxi l-kuntratt lil offerent ieħor – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mill-awtorità kontraenti – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Konsegwenza – Annullament tal-imsemmija deċiżjoni (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(3)) (ara l-punti 79-81)

6.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta – Obbligu, għall-awtorità kontraenti, li tittratta mal-offerent mhux magħżul dwar il-merti tal-offerta tiegħu – Assenza (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(3)) (ara l-punt 115)

7.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Sempliċi riferiment għall-annessi – Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)) (ara l-punt 145)

8.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Assenza ta’ waħda minn dawn il-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (Artikolu 340(2) TFUE) (ara l-punti 164, 165)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jiċħdu l-offerti tar-rikorrenti għas-sejħa għal offerti Frontex/OP/87/2010, dwar kuntratt qafas għal “Servizzi TIC” fil-qafas tat-teknoloġija għall-immaniġjar u għas-sigurtà tal-informatika (ĠU 2010/S 66-098323), u għas-sejħa għal offerti Frontex/OP/98/2010, dwar il-proġett pilota kbir Eurosur fil-qafas tal-koordinazzjoni tat-teknoloġija tal-informatika u tal-kommunikazzjoni (ĠU 2010/S 90-134098), kif ukoll id-deċiżjonijiet konnessi kollha, inklużi dawk li jagħtu l-kuntratti lil offerenti oħrajn u, min-naħa l-oħra, rikors għad-danni intiż għall-kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mill-għoti ta’ dawn il-kuntratti lill-imsemmija offerenti.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex), tat-18 ta’ Ottubru 2010, li tiċħad l-offerta magħmula minn Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE fil-kuntest tas-sejħa għal offerti 2010/S 66-098323, għal-lott Nru 1 (sistemi ta’ informazzjoni), għall-provvista ta’ servizzi informatiċi, għal apparat informatiku u għal liċenzji għal software, hija annullata.

2)

Id-deċiżjoni ta’ Frontex, tat-18 ta’ Ottubru 2010, li tiċħad l-offerta magħmula minn Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE fil-kuntest tas-sejħa għal offerti 2010/S 66-098323, għal-lott Nru 6 (sistemi ta’ immaniġjar tal-kontenut ta’ impriża), għall-provvista ta’ servizzi informatiċi, ta’ apparat informatiku u ta’ liċenzji għal software, hija annullata.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati 50 % tal-ispejjeż tagħha u 50 % tal-ispejjeż sostnuti minn Frontex, b’din tal-aħħar tbati 50 % tal-ispejjeż tagħha u 50 % tal-ispejjeż sostnuti minn Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE.