Language of document : ECLI:EU:T:2011:196





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 – Olymp Bezner vs UASI – Bellido (OLYMP)

(Kawża T‑204/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva OLYMP – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti OLIMPO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni –Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 28, 57-60)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Marzu 2009 (Każ R 598/2008‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Miguel Bellido, SA u Olymp Bezner GmbH & Co. KG.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Olymp Bezner GmbH & Co. KG

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva OLYMP għal prodotti fil-klassi 25 – Applikazzjoni Nru 4713293

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni

Miguel Bellido, SA

Trade mark jew sinjal invokat:

Reġistrazzjoni Spanjola tat-trade mark figurattiva OLIMPO għall-prodotti tal-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Olymp Bezner GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.