Language of document : ECLI:EU:T:2011:537





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Settembru 2011 – El Jirari Bouzekri vs UASI – Nike International (NC NICKOL)

(Kawża T-207/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva NC NICKOL – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti NIKE – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Assenza ta’ xebh tas-sinjali – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni - Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew għal servizzi li ma jixxibhux - Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b) u (5)) (ara l-punti 29-31)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Frar 2009 (Każ R 554/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nike International Ltd u Mustapha El Jirari Bouzekri.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-25 ta’ Frar 2009 (Każ R 554/2008-2), hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Mustapha El Jirari Bouzekri. Nike International Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.