Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Mejju 2009 - Olymp Bezner vs UASI - Bellido (OLYMP)

(Kawża T-204/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Olymp Bezner GmbH & Co. KG (Bietigheim-Bissingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Dönch u M. Eck, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Miguel Bellido, S.A. (Manzanares, Ciudad Real, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta' Marzu 2009 fil-Każ R 598/2008-2; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità : It-trade mark figurattiva "OLYMP" għal prodotti fil-klassi 25

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja : Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja : Il-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità : Ir-reġistrazzjoni Spanjola tat-trade mark figurativa "OLIMPO" għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja kkonċernata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tal-appell

Motivi invokati : Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009) peress li l-Bord tal-Appell wettaq żball meta kkonkluda li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni, minħabba l-fatt li t-trade marks ikkonċernati mhumiex viżivament, fonetikament jew kunċettwalment simili.

____________