Rikors ippreżentat fil-25 ta' Mejju 2009 - Deichmann-Schuhe vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' faxxa angolata b'linji bit-tikek)
(Kawża T-202/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Heinrich Deichmann-Schuhe GmbH & Co. KG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Rauscher, Rechtsanwalt)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta' April 2009 (R 224/2007-4) u
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi faxxa angolata b'linji bit-tikek, għal prodotti fil-klassijiet 10 u 25 (reġistrazzjoni internazzjoni, li tirreferi għall-Unjoni Ewropea, Applikazzjoni Nru W 00881226)
Deċiżjoni tal-eżaminatur: protezzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li issa sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009
1), peress li hemm nuqqas ta' karattru distintiv.
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)