Rikors ippreżentat fit-22 ta' Awwissu 2012 - Spa Monopole vs UASI - Olivar Del Desierto (OLEOSPA)
(Kawża T-377/12)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belġju) (rappreżentanti: L. De Brouwer, E. Cornu u É. De Gryse, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Olivar Del Desierto, SL (Almería, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-22 ta' Ġunju 2012, fil-Każ R 135/2011-4;
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Olivar Del Desierto, SL.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "OLEOSPA" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 35 u 39 - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 7 268 832.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali tal-Benelux "SPA" għal prodotti fil-klassijiet 3 u 32.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u oppożizzjoni miċħuda.
Motivi invokati:
- Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
- Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.
____________