Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Novembru 2013 – Capitalizaciones Mercantiles vs UASI – Leineweber (X)

(Kawża T-378/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja X – Trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti X – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Natura distintiva tat-trade mark preċedenti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Capitalizaciones Mercantiles Ltda (Bogotá, il-Kolombja) (rappreżentanti: J. Devaureix u L. Montoya Terán, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Leineweber GmbH & Co. KG (Herford, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Jackermeier u D. Wiedemann, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Mejju 2012 (Każ R 1524/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Leineweber GmbH & Co. KG u Capitalizaciones Mercantiles Ltda.

Dispożittiv

    Ir-rikors huwa miċħud.

    Capitalizaciones Mercantiles Ltda hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 366, 24.11.2012