Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2023 – Pich-Aguilera Molins vs EUIPO – de Puig Arbolí (Carmen says)

(Kawża T-1134/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Enrique Pich-Aguilera Molins (Olesa de Montserrat, Spanja) (rappreżentant: E. Zamora Martínez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: María del Carmen de Puig Arbolí (Barcelona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “Carmen says” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 436 929

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Settembru 2023 fil-Każ R 2185/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, tiċħad l-oppożizzjoni u tiddikjara r-reġistrazzjoni tat-trade mark inkwistjoni valida għall-klassijiet kollha mitluba;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura u kif ukoll għal dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________