Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2023 – W. L. Gore & Associates vs EUIPO – Angiokard med. Spritzguß (Cardioflow)

(Kawża T-1146/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: W. L. Gore & Associates Inc. (Newark, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Tenkhoff u T. Herzog, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Angiokard med. Spritzguß GmbH (Friedeburg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Cardioflow – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 115 661

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Settembru 2023 fil-Każ R 739/2023-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________