Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Diċembru 2011 - Il-Kummissjoni vs UASI - Ten ewiv (TEN)

(Kawża T-658/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Berenboom, A. Joachimowicz u M. Isgour, avukati, J. Samnadda u F. Wilman, aġenti)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ten ewiv (Rösrath-Hoffnungstahl, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni), tal-11 ta' Ottubru 2011, fil-Każ R 5/2011-4;

tiddikjara għalhekk l-invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 6750574 li kienet ġiet irreġistrata fil-5 ta' Frar 2009 mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell fil-klassijiet 12, 37 u 39; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark figurattiva "TEN" bil-kuluri "blu, isfar, iswed", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12, 37 u 39 - Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6750574

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: il-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità bbażat it-talba tagħha fuq raġunijiet assoluti għal rifjut skont l-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) u (h) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: id-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 7(1)(h) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 6b(1) tal-Konvenzjoni ta' Pariġi sa fejn tirrigwarda r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja, għalkemm ir-reġistrazzjoni tagħha taqa' fl-ambitu tal-projbizzjoni msemmija f'dawn id-dispożizzjonijiet. Id-deċiżjoni kkontestata tikser ukoll l-Artikolu 7(1)(g) sa fejn tali reġistrazzjoni tqarraq bil-pubbliku billi ġġiegħlu jaħseb li l-prodotti u s-servizzi li għalihom hija rreġistrata t-trade mark Komunitarja ġew approvati jew awtorizzati mill-Unjoni Ewropea jew minn waħda mill-istituzzjonijiet tagħha.

____________