Language of document : ECLI:EU:T:2013:550





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013 — SFC Jardibric vs UASI – Aqua Center Europa (AQUA FLOW)

(Kawża T‑417/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva AQUA FLOW — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti VAQUA FLOW — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Dikjarazzjoni ta’ invalidità — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ limitazzjoni bħala konsegwenza ta’ kunsens — Artikolu 54(2) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Dekadenza permezz ta’ tolleranza — Terminu ta’ dekadenza — Bidu tad-dekorrenza (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 54(2)) (ara l-punti 19-21, 40)

2.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Fatti u provi mhux prodotti insostenn tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fit-terminu impost għal dan il-għan — Teħid inkunsiderazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(2)) (ara l-punt 22)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 48, 74)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks figurattivi AQUA FLOW u VAQUA FLOW (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 51, 59, 63, 64, 69, 73, 75)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Natura komplementari tal-prodotti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 52, 57)

6.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 60, 70)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Lulju 2012 (Każ R 2230/2010 4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Aqua Center Europa, SA u SFC Jardibric.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

SFC Jaridibric hija kkundannata għall-ispejjeż.