Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Frar 2010 - PromoCell bioscience alive vs UASI (SupplementPack)

(Kawża T-113/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SupplementPack - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: PromoCell bioscience alive GmbH Biomedizinische Produkte (Heidelberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Mende, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta' Jannar 2009 (KAŻ R 996/2008-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SupplementPack bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

PromoCell bioscience alive GmbH Biomedizinische Produkte hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 129, 6.06.2009.