Language of document : ECLI:EU:T:2010:213





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2010 – Ravensburger vs UASI – Educa Borras (MEMORY)

(Kawża T-108/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali MEMORY – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) u Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 7(1)(c) u l-Artikolu 77 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet assoluti ta’ invalidità - Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 7(1)(ċ) u 51(1)(a)) (ara l-punti 30, 31)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Jannar 2009 (Każ R 305/2008‑2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Educa Borras, SA u Ravensburger AG.

Informazzjoni dwar il-kawża

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:

Trade mark verbali MEMORY għal prodotti fil-klassijiet 9 u 28

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:

Ravensburger AG

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja:

Educa Borras, SA

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:

Invalidità tat-trade mark Komunitarja kkonċernata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ravensburger AG hija kkundannata għall-ispejjeż.