Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-8 ta’ Marzu 2024 – Dr. Matthäus Metzler, bħala stralċjarju vs Auto1 European Cars B.V.

(Kawża C-186/24, Auto1 European Cars)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dr. Matthäus Metzler, bħala stralċjarju

Konvenut: Auto1 European Cars B.V.

Domandi preliminari

L-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza (tfassil mill-ġdid) 1 għandu jiġi interpretat, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li l-obbligi lid-debitur li kellhom isiru lill-amministratur tal-proċedura ta’ insolvenza jinkludu wkoll obbligi li jirriżultaw minn tranżazzjoni legali li ġiet konkluża mid-debitur biss wara il-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza u t-trasferiment tas-setgħat lill-istralċjarju?

Fil-każ li din id-domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

L-Artikolu 31(1) tar-Regolament 2015/848 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-post tal-eżekuzzjoni, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandu jitqies bħala l-post minn fejn isir il-ħlas mit-terz permezz ta’ trasferiment minn kont bankarju tal-post, anki jekk, minn naħa, it-terz ma jkunx ibbażat f’dak l-Istat Membru iżda fi Stat Membru ieħor, u, min-naħa l-oħra, il-konklużjoni tat-tranżazzjoni legali u l-eżekuzzjoni mid-debitur ma jkunux saru hemmhekk, iżda permezz ta’ fergħa tat-terz fi Stat Membru ieħor, dak li fih infetħet il-proċedura ta’ insolvenza?

____________

1     ĠU 2015, L 141, p. 19, rettifika fil-ĠU 2016, L 349, p. 9.