Language of document : ECLI:EU:T:2008:556





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2008 – Kronoply u Kronotex vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-388/02)

“Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet – Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni qasira – Nuqqas ta’ impatt sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva – Inammissibbiltà – Status ta’ parti interessata – Ammissibbiltà – Nuqqas ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Nuqqas ta’ diffikultajiet serji”

1.                     Rikors għal annullament - Termini - Bidu tad-dekorrenza - Data tal-pubblikazzjoni - Data li fiha l-att sar magħruf - Natura sussidjarja - Atti li huma, skont prattika kostanti tal-istituzzjoni, ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali (Il-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 29-32)

2.                     Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ għajnuna mill-Istat mas-suq komuni mingħajr ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Rikors ta’ impriża kompetitriċi li ma jiġġustifikax impatt sostanzjali fuq il-pożizzjoni tagħha fuq is-suq - Inammissibbiltà (Artikolu 88(2) u (3) KE, u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 62, 64)

3.                     Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ għajnuna mill-Istat mas-suq komuni mingħajr ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Rikors tal-partijiet interessati fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet (Artikolu 88(2) u (3) KE, u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 60, 70-72)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Eżami mill-Kummissjoni - Fażi preliminari u fażi kuntradittorja - Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni - Deċiżjoni li ma tinfetaħx il-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Ammissibbiltà - Kundizzjoni (Artikolu 88(2) u (3), KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 4(4)) (ara l-punti 92, 93)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Projbizzjoni - Derogi - Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni - Possibbiltà li jiġu adottati linji gwida (Artikoli 3(g) KE u 87(3) KE) (ara l-punti 143, 144)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Ġunju 2002, li ma tqajjimx oġġezzjonijiet dwar l-għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lil Zellstoff Stendal għall-kostruzzjoni ta’ fabbrika għall-produzzjoni tal-polpa tal-karta.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kronoply GmbH & Co. KG u Kronotex GmbH & Co. KG huma kkundannati jbatu, barra mill-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll minn Zellstoff Stendal GmbH u l-Land Sachsen-Anhalt.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.