Language of document : ECLI:EU:T:2008:593





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2008 – People’s Mojahedin Organization of Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-284/08 INTP)

“Proċedura – Interpretazzjoni ta’ sentenza – Inammissibbiltà manifesta”

Proċedura – Interpretazzjoni ta’ sentenza – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà tat-talba (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 129) (ara l-punt 8)

Suġġett

Talba għall-interpretazzjoni tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla), fl-4 ta’ Diċembru 2008, fil-Kawża T-284/08.

Dispożittiv

1)

It-talba għall-interpretazzjoni hija miċħuda bħala manifestament inammissibbli.

2)

Il-Kunsill huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk tal-People’s Mojahedin Organization of Iran.

3)

Ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.