Language of document : ECLI:EU:T:2009:340





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Settembru 2009 – Avaessian Avaki et vs People’s Mojahedin Organization of Iran et

(Kawża T-284/08 TO)

“Proċedura – Oppożizzjoni minn terzi – Nuqqas ta’ parteċipazzjoni tat-terz li qed jopponi fil-kawża prinċipali – Nuqqas ta’ preġudizzju għad-drittijiet tat-terz li qed jopponi – Inammissibbiltà manifesta”

Proċedura ‑ Oppożizzjoni minn terzi ‑ Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 42 u 53: Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal‑Prim’Istanza, Artikoli 24(6) u 123(1) (ara l-punti 14-17)

Suġġett

Talba għal oppożizzjoni minn terzi li tikkontesta s-sentenza tal-Qorti tal‑Prim’Istanza, tal-4 ta’ Diċembru 2008, People’s Mojahedin Organization of Iran vs Il-Kunsill (T-284/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra).

Dispożittiv

1)

It-talba għal oppożizzjoni minn terzi hija miċħuda bħala manifestament inammissibbli.

2)

It-terzi li qegħdin jopponu għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll l‑ispejjeż tal-People’s Mojahedin Organization of Iran.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni tal‑Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.