Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2023 – Stan vs L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

(Kawża T-103/23) 1

(“Rikors għal annullament – Artikolu 42(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1939 – Deċiżjoni tal-Awla Permanenti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew li jressaq il-każ għall-ġustizzja – Att proċedurali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni”)

Lingwa tal-kawża: ir-rumen

Partijiet

Rikorrent: Victor-Constantin Stan (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentanti: A. Şandru u V. Costa Ramos, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (rappreżentanti: L. De Matteis, F. R. Radu u E. Farhat, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awla Permanenti Nru 4 tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew tad-9 ta’ Diċembru 2022 li permezz tagħha din l-awla bagħtet il-każ li jirrigwardah għall-ġustizzja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Parlament Ewropew.

Victor-Constantin Stan huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż relatati mat-talbiet għal intervent.

V-C Stan, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Parlament għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.

____________

1     ĠU C 155, 2.5.2023.