Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Settembru 2023 – CG u YN vs Pelham GmbH et

(Kawża C-590/23, Pelham)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CG, YN

Konvenuti: Pelham GmbH SD, UP

Domandi preliminari

Id-dispożizzjoni li tillimita l-użu għal skop ta’ pastiċċ fis-sens tal-Artikolu 5(3)(k) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni 1 hija klawżola komprensiva minn tal-inqas għal konfrontazzjoni artistika ma’ xogħol preeżistenti jew suġġett ieħor ta’ referenza, inkluż kampjunar? Il-kunċett ta’ pastiċċ huwa suġġett għal kriterji limitattivi, bħar-rekwiżit ta’ umoriżmu, imitazzjoni stilistika jew tribut?

L-“użu għal skop” fis-sens tal-Artikolu 5(3)(k) tad-Direttiva 2001/29/KE jeżiġi d-determinazzjoni ta’ intenzjoni min-naħa tal-utent li juża suġġett ta’ dritt tal-awtur għal skop ta’ pastiċċ, jew huwa biżżejjed li n-natura ta’ pastiċċ tkun tista’ tiġi rrikonoxxuta mill-persuna midħla tas-suġġett tad-dritt tal-awtur li għandha l-fehim intellettwali meħtieġ sabiex tipperċepixxi l-pastiċċ?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230