Language of document : ECLI:EU:T:2007:230

DIGRIET TAL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (Awla ta’ l-Appelli)

12 ta’ Lulju 2007

Kawża T-252/06 P

Marie-Yolande Beau

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Mard professjonali – Appell manifestament inammissibbli – Appell manifestament infondat”

Suġġett : Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta’ l-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2006, Beau vs Il-Kummissjoni (F-39/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u li jitlob l-annullament ta’ din is-sentenza.

Deċiżjoni : L-appell huwa miċħud. M.-Y. Beau għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.

Sommarju

1.      Uffiċjali – Sigurtà soċjali – Assikurazzjoni kontra inċidenti u mard minn fuq il-post tax-xogħol – Mard minn fuq il-post tax-xogħol – Kunċett

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 73 ; Leġiżlazzjoni dwar il-kopertura ta’ riskji ta’ inċidenti u ta’ mard minn fuq il-post tax-xogħol, Artikolu 3)

2.      Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ l-evalwazzjoni tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, Artikolu 11(1))

1.      Il-kunċett ta’ mard minn fuq il-post tax-xogħol mhuwiex limitat għall-każijiet fejn l-invalidità ta’ l-uffiċjal ikollha l-oriġini esklużiva tagħha fl-eżerċiżżju tal-funzjonijiet, iżda tista’ tapplika meta l-invalidità tirriżulta minn aggravament ta’ marda minn fuq il-post tax-xogħol li kienet ġà teżisti u li l-oriġini tagħha tinsab band’oħra. Fi kliem ieħor, jekk l-aggravament ta’ marda li kienet teżisti minn qabel ikkawżat mill-eżerċizzju ta’ funzjonijiet fi ħdan il-Komunità wassal sabiex uffiċjal ikun inadatt li jkompli jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu, l-invalidità għandha titqies li ġiet ikkawżata minn marda minn fuq il-post tax-xogħol.

Sabiex l-Awtorità tal-Ħatra tkun tista’ tilqa’ talba ta’ uffiċjal intiża għar-rikonoxximent bħala marda minn fuq il-post tax-xogħol ta’ l-aggravament ta’ l-assenjazzjoni, hija għandha neċessarjament, jekk ikun il-każ, abbażi tal-konklużjonijiet tal-kummissjoni medika, jekk il-każ ikun tressaq quddiemha, tikkonstata dan l-aggravament meta hija tevalwa l-mertu ta’ din it-talba. In-natura temporanja ta’ l-aggravament ta’ marda, peress li dan l-aggravament waqaf u għalhekk ma jistax aktar jiġi kkonstatat meta din l-awtorità tiddeċiedi fuq l-imsemmija talba ta’ rikonoxximent tal-marda minn fuq il-post tax-xogħol, mhijiex għalhekk, irrilevanti. Fil-fatt, fin-nuqqas li jista’ jiġi kkonstatat l-aggravament in kwistjoni fid-data meta hija tiddeċiedi, l-imsemmija awtorità ma tistax tirrikonoxxi li l-uffiċjal ikkonċernat huwa milqut minn marda minn fuq il-post tax-xogħol.

(ara l-punti 36, 41 u 42)

Referenza għal : Il-Qorti tal-Prim’Istanza, 26 ta’ Settembru 1990, F vs Il-Kummissjoni, T‑122/89, Ġabra p. II‑517, punt 14 ; Il-Qorti tal-Prim’Istanza, 23 ta’ Novembru 2004, O vs Il-Kummissjoni, T‑376/02, ĠabraSP p. I‑A‑349 u II‑1595, punti 68, 72 u 73

2.      Il-qorti ta’ l-ewwel istanza, f’dan il-każ it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, hija kompetenti biss, minn naħa, sabiex tikkonstata l-fatti, ħlief fil-każ ta’ ineżattezza materjali tal-konstatazzjonijiet tagħha li jirriżultaw minn dokumenti tal-proċess ippreżentati lilha, u, min naħa l-oħra, sabiex tevalwa dawn il-fatti. L-evalwazzjoni tal-fatti ma tikkostitwixxix għalhekk, salv għall-każ ta’ żnaturament tal-provi quddiem din il-qorti, kwistjoni ta’ dritt li hija suġġetta, bħala tali, għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Prim’Istanza, bħala qorti ta’ l-appell. Tali żnaturament għandu jidher b’mod ċar mid-dokumenti tal-proċess, mingħajr ma jkun meħtieġ li ssir evalwazzjoni ġdida tal-fatti u tal-provi.

(ara l-punti 45 sa 47)

Referenza għal: Il-Qorti tal-Ġustizzja, 28 ta’ Mejju 1998, New Holland Ford vs Il-Kummissjoni, C‑8/95 P, Ġabra p. I‑3175, punt 72 ; Il-Qorti tal-Ġustizzja, 6 ta’ April 2006, General Motors vs Il-Kummissjoni, C‑551/03 P, Ġabra p. I‑3173, punt 54 ; Il-Qorti tal-Ġustizzja, 21 ta’ Settembru 2006, JCB Service vs Il-Kummissjoni, C‑167/04 P, Ġabra p. I‑8935, punt 108