Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Settembru 2008 - Chassagne vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-253/06)1

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħlas lura tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali - Uffiċjal li joriġina minn dipartiment extra-Ewropew Franċiż (DOM) - Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Att konfermattiv - Stqarrija tas-salarju - Żnaturament tal-fatti - Żball ta' liġi")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Olivier Chassagne (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, u sussegwentement T. Bontinck, avukati)        

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u V. Joris, aġenti, assistiti minn F. Longfils, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tad-29 ta' Ġunju 2006, Chassagne vs Il-Kummissjoni (F-11/05, ĠabraSP p. I-A-1-65 u II-A-1-241), intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

Id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tad-29 ta' Ġunju 2006, Chassagne vs Il-Kummissjoni (F-11/05, ĠabraSP p. I-A-1-65 u II-A-1-241), huwa annullat.

Il-kawża hija rrinvjata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________

1 - ĠU C 281, 18.11.2006.