Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Jannar 2013 - ANKO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-17/13)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li r-rikorrenti ma għandhiex tħallas lura, fir-rigward ta' ammonti mħallsa indebitament, l-ammont li l-Kummissjoni ħallsitilha għall-proġett POCEMON;

tiddikjara li r-rikorrenti ma għandhiex tħallas lill-Kummissjoni kumpens fil-forma ta' somma f'daqqa għall-proġett POCEMON

tiddikjara li l-Kummissjoni ma setgħetx tipproċedi leġittimament għall-kumpens tal-ammont li kellha tħallas lil ANKO, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti relatati mal-kawża

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors jirrigwarda r-responsabbiltà tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 272 TFUE, dwar il-kuntratt Nru 216088 għall-implementazzjoni tal-proġett "Point Of CarE MONitoring and Diagnostics for Autoimmune Diseases" (POCEMON). B'mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, minkejja li ssodisfat l-obbligi kuntrattwali tagħha, talbet ir-rimbors tal-ammonti mħallsa lill-ANKO bi ksur ta' dan il-kuntratt, tal-prinċipju ta' bona fide, tal-projbizzjoni ta' abbuż tad-dritt u tal-prinċipju tal-proporzjonalità. Barra minn hekk, il-Kummissjoni riedet tikkumpensa krediti li ma kinux ċerti, likwidi u dovuti.

-    Għal dawn ir-raġunijiet, ir-rikorrenti ssostni, l-ewwel nett, li ma hijiex obbligata tirrimborsa, peress li mħallas indebitament, l-ammont kollu li l-Kummissjoni ħallsitilha għall-proġett POCEMON. It-tieni nett, hija tqis li ma hijiex obbligata li tħallas lill-Kummissjoni kumpens fil-forma ta' somma f'daqqa (liquidated damages) għall-proġett POCEMON. It-tielet nett, hija tikkonkludi li l-Kummissjoni ma kinetx intitolata tipproċedi għall-kumpens tal-ammonti dovuti lir-rikorrenti li ma humiex ċerti, likwidi u dovuti.

____________