Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2015 – Frank Bold vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-19/13) 1

(“Ambjent – Direttiva 2003/87/KE – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Deċiżjoni li tagħti lir-Repubblika Ċeka l-għażla ta’ allokazzjoni tranżitorja ta’ kwoti mingħajr ħlas għall-immodernizzar tal-produzzjoni tal-elettriku – Talba għal eżami mill-ġdid intern tad-deċiżjoni, – Assenza ta’ miżura ta’ portata individwali – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara t-talba ta’ eżami mill-ġdid inammissibbli – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Frank Bold Society, li kienet Ekologický právní servis (Brnĕ, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: P. Černý, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn P. Oliver u L. Pignataro-Nolin, sussegwentement minn L. Pignataro-Nolin u J. Tomkin, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti : Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti : M. Smolek, T. Müller u D. Hadroušek, aġenti)SuġġettTalba għal annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 8382 finali tat-12 ta’ Novembru 2012, li tiċħad bħala inammissibbli t-talba ta’ eżami mill-ġdid intern tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 4576 finali tas-6 ta’ Lulju 2012, li tagħti lir-Repubblika Ċeka l-għażla ta’ allokazzjoni tranżitorja ta’ kwoti mingħajr ħlas għall-immodernizzar tal-produzzjoni tal-elettriku u, min-naħa l-oħra, ta’ din l-aħħar deċiżjoni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Frank Bold Society hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 79, 16.03.2013.