Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-25 ta' Settembru 2008 - Guido Strack vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-44/05)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta' post battal - Ċaħda ta' kandidatura - Rikors għal annullament u għad-danni - Ammissibbiltà - Interess ġuridiku - Irtirar - Bord tal-Għażla - Kompożizzjoni - Applikazzjoni fiż-żmien ta' dispożizzjonijiet ġodda - Indipendenza - Imparzjalità - Komunikazzjoni ta' deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Guido Strack (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentanti: irrappreżentat inizjalment minn J. Mosar, sussegwentement minn M. Wehrheim, u sussegwentement minn F. Gengler, u fl-aħħar minn P. Goergen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitjaiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u H. Kraemer, bħala aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent għall-pożizzjoni ta' kap ta' unità "Sejħiet għall-offerti u kuntratti" u li taħtar kandidat ieħor għall-imsemmija pożizzjoni kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għad-danni

Dispożittiv

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li taħtar lil A għall-pożizzjoni ta' kap ta' unità "Sejħiet għall-offerti u kuntratti" tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej hija miċħuda bħala inammissibbli.

Id-deċiżjoni li tiċħad il-kandidatura ta' G. Strack għall-pożizzjoni ta' kap ta' unità "Sejħiet għall-offerti u kuntratti" tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej hija annullata.

Il-Kummissjoni tal-Komunitjaiet Ewropej hija kkundannata tħallas lir-rikorrent l-ammont ta' EUR 2 000 bħala danni.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

G. Strack għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż ta' G. Strack.

____________

1 - ĠU C 205, 20.08.2005, p. 28 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej bin-numru T-225/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea permezz ta' digriet tal-15.12.2005).