Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2014 – ZZ vs SEAE

(Kawża F-129/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis, R. Metz, D. Verbeke, avukati)

Konvenut: SEAE

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-SEAE li permezz tagħha r-rikorrent tneħħa mill-post, mingħajr tnaqqis tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ Jannar 2014 tal-SEAE li permezz tagħha neħħa mill-post lir-rikorrent, mingħajr ma naqqas id-drittijiet tiegħu għall-pensjoni;

tikkundanna lil SEAE għall-ispejjeż.