Language of document : ECLI:EU:T:2010:546





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2010 – Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli vs UASI (forma ta’ fenek magħmul miċ-ċikkulata b’żigarella ħamra)

(Kawża T-336/08)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali – Forma ta’ fenek magħmul miċ-ċikkulata b’żigarella ħamra – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar Regolament (KE) Nru 207/2009] – Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(3) tar Regolament (KE) Nru 207/2009)”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv - Eċċezzjoni - Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu - Trade mark tridimensjonali (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b) u (3)) (ara l-punti 59, 67-71)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 1332/2005‑4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ fenek magħmul miċ-ċikkulata b’żigarella ħamra bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark tridimensjonali, li tirrapreżenta fenek magħmul miċ‑ċikkulata, għal prodotti tal-klassi 30 – Applikazzjoni Nru 3844446

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG hija kkundannata għall-ispejjeż.