Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fit-30 ta’ Awwissu 2023 – NV vs Agentsia za darzhavna finansova inspektsia

(Kawża C-550/23, Agentsia za darzhavna finansova inspektsia)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: NV

Konvenut: Agentsia za darzhavna finansova inspektsia

Domanda preliminari

Hija permessa dispożizzjoni legali nazzjonali li tipprovdi li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE 1 , b’mod partikolari d-definizzjoni legali ta’ “korpi regolati mil-liġi pubblika” mogħtija fil-punt 4 tal-Artikolu 2 [ta’ din id-direttiva], għandhom japplikaw ukoll għall-kuntratti pubbliċi li l-valur stmat tagħhom mingħajr it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ikun inqas mil-limiti minimi previsti fl-Artikolu 4 tal-istess direttiva?

____________

1     ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68.