Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2015 – Diputación Foral de Bizkaia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-397/12) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Kostruzzjoni – Għajnuna tal-awtoritajiet Spanjoli favur il-kumpannija Habidite – Ftehim konklużi bil-għan li tiġi stabbilita fabbrika ta’ manifattura ta’ moduli ta’ kostruzzjoni u li jiġu kkunsinnati abitazzjonijiet modulari prodotti minn din il-fabbrika – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern – Nuqqas ta’ notifika bil-quddiem – Drittijiet tad-difiża – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Diputación Foral de Bizkaia (rappreżentant: I. Sáenz-Cortabarría Fernández, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Afonso, É. Gippini Fournier u P. Němečková, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 4194 finali, tas-27 ta’ Ġunju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28356 (C 37/2009) (ex N 226/2009).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Diputación Foral de Bizkaia hija kkundannata għall-ispejjeż.