Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2013 – Elmaghraby u El Gazaerly vs Il-Kunsill

(Kawża T-319/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ahmed Alaeldin Amin Abdelmaksoud Elmaghraby (il-Kajr, l-Eġittu) u Naglaa Abdallah El Gazaerly (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Pannick, QC, M. Lester, Barrister, u M. O’Kane, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/144/PESK, tal-21 ta’ Marzu 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 82, p. 54);

tħassar l-allegazzjonijiet li jgħidu li kull rikorrent huwa responsabbli għall-miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u huwa suġġett ta’ investigazzjoni ġudizzjarja fl-Eġittu; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill naqas milli jagħti motivazzjoni xierqa jew suffiċjenti għad-deċiżjoni tiegħu li jinkludi wieħed mir-rikorrenti fil-miżuri tal-2013.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill wettaq żball manifest meta kkunsidra li l-kriterju sabiex jinkludi wieħed mir-rikorrenti fil-miżuri kien issodisfatt, sa fejn l-lista tal-ismijiet tar-rikorrenti ma għandha l-ebda bażi legali jew fattwali.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-protezzjoni tad-data bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 1 u tad-Direttiva 95/46/KE 2 .

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill ma pproteġiex d-drittijiet għad-difiża tar-rikorrenti u lanqas d-dritt tagħhom għal rimedju ġudizzjarju effettiv.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser, mingħajr ġustifikazzjoni u b’mod sproporzjonat, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, inkluż id-dritt tagħhom għal protezzjoni tal-proprjetà tagħhom, tan-negozju tagħhom u tar-reputazzjoni tagħhom.

____________

1  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data.

2  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data.