Language of document : ECLI:EU:T:2014:175





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Marzu 2014 – Adorisio et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑321/13)

“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija lill-banek matul il-kriżi – Rikapitalizzazzjoni ta’ SNS Reaal u SNS Bank – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Esproprijazzjoni ta’ detenturi ta’ obbligi ssubordinati – Assenza ta’ interess ġuridiku – Assenza ta’ locus standi – Inammissibbiltà manifesta”

1.                     Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Neċessità ta’ interess reali u attwali – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-għajnuna mill-Istat, li tikkonsisti f’rikapitalizzazzjoni tal-banek, kompatibbbli mas-suq intern – Rikors ippreżentat mid-detenturi tal-obbligi ssubordinati li ġew esporprijati waqt in-nazzjonalizzazzjoni tal-banek – Assenza ta’ effett legali tal-annullament tad-deċiżjoni dwar l-esproprjazzjoni tad-drittijiet tar- rikorrenti – Nuqqas li jiġi stabbilit vantaġġ miksub permezz tal-annullament tad-deċiżjoni – Assenza ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà (Artikoli 107 TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14) (ara l-punti 20-30, 35)

2.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat – Impriża kompetitriċi tal-impriża benefiċjarja tal-għajnuna – Dritt għal azzjoni legali – Kundizzjonijiet – Stabbiliment ta’ rabta ta’ kompetizzjoni mill-impriża rikorrenti – Assenza – Nuqqas ta’ locus standi – Inammissibbiltà (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 38-49)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1053 finali, tat-22 ta’ Frar 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35382 (2013/N) – Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi – Salvataġġ ta’ SNS Reaal 2013.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Stefania Adorisio u t-363 rikorrent l-oħra li isimhom jidher fl-anness, huma kkundannati għall-ispejjeż.