Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2014 – DelSolar (Wujiang) vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-320/13)1
["“Dumping – Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkunsinnati miċ-Ċina – Dazju antidumping provviżorju – Ma hemm lok li tingħata deċiżjoni”]
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: DelSolar (Wujiang) Ltd (Il-Belt ta’ Wujiang, Iċ-Ċina) (rappreżentanti: inizjalment L. Catrain González, avukat, E. Wright u H. Zhu, barristers, sussegwentement L. Catrain González u E. Wright)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u T. Maxian Rusche, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru°513/2013, tal-4 ta’ Ġunju 2013, li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2013 li jagħmel dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fi jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 152, p. 5), sa fejn japplika għar-rikorrenti.DispożittivMa hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.