Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' Awwissu 2012 - MOL vs UASI - Banco Bilbao Vizcaya Argentaria (MOL Blue Card)

(Kawża T-367/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MOL Magyar Olaj- és Gázipari Nyrt. (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: K. Szamosi, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA (Bilbao, Spanja)

Talbiet

temenda d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Mejju 2012 fil-Każ R 2532/2011-2 u tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark kkontestata bħala trade mark Komunitarja għall-prodotti u s-servizzi kkonċernati kollha; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjez tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "MOL Blue Card", b'mod partikolari għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 35 u 36 - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru W01030440

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja "BLUE", irreġistrata taħt in-numru 8549172, b'mod partikolari għal servizzi fil-klassi 35; it-trade mark verbali Komunitarja "BLUE BBVA", irreġistrata taħt in-numru 2065621, b'mod partikolari għal servizzi fil-klassijiet 35 u 36; it-trade mark verbali Komunitarja "TARJETA BLUE BBVA", irreġistrata taħt in-numru 2277291, b'mod partikolari għal servizzi fil-klassi 36

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fit-totalità tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u applikazzjoni miċħuda għat-totalità tas-servizzi fil-klassijiet 35 u 36

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

____________