Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2024 – Qx World v EUIPO – Mandelay (EDUCTOR)
(Kawża T-103/24)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Qx World Kft. (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: Á. László u A. Cserny, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mandelay Magyarország Kereskedelmi Kft. (Mandelay Kft.) (Szigetszentmiklós, l-Ungerija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “EDUCTOR” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 043 296
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 9/2022-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tibgħat lura l-kawża quddiem il-Bordijiet tal-Appell tal-EUIPO;
tikkundanna lill-konvenut u lill-intervenjenti, jekk ikun il-każ, għall-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;
Ksur tal-Artikolu 60(1)(b) flimkien mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________