Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Ġunju 2012 - Hartmann vs UASI - Mölnlycke Health Care (MESILETTE)

(Kawża T-342/10) 

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali MESILETTE - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti MEDINETTE - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Paul Hartmann AG (Heidenheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Aicher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Mölnlycke Health Care AB (Göteborg, l-Isvezja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta' Mejju 2010, (fil-Każ R 1222/2009-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Paul Hartmann AG u Mölnlycke Health Care AB.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-20 ta' Mejju 2010, (Każ R 1222/2009-2) hija annullata.

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 288, 23.10.2010