Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-29 ta' Jannar 2013 - Cosepuri vs EFSA

(Kawżi magħquda T-339/10 u T-532/10) 

("Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Servizz ta' shuttle fl-Italja u fl-Ewropa - Ċaħda tal-offerta ta' offerent - Deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Offerta tal-offerent magħżul - Ċaħda ta' aċċess - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta' terz")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Cosepuri Soc. coop. pA (Bologna, l-Italja) (rappreżentant: F. Fiorenza, avukat)

Konvenuta: Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-ikel (EFSA) (rappreżentanti: D. Detken u S. Gabbi, aġenti, assistiti minn J. Stuyck u A.-M. Vandromme, avukati)

Suġġett

Talba għal annullament marbuta mal-proċedura ta' sejħa għal offerti CFT/EFSA/FIN/2010/01, dwar servizz ta' shuttle fl-Italja u fl-Ewropa (ĠU 2010/S 51-074689), u talba għad-danni (Kawża T-339/10) kif ukoll talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EFSA tal-15 ta' Settembru 2010 li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għall-offerta tal-offerent magħżul fil-kuntest tas-sejħa għal offerti inkwistjoni (Kawża T-532/10).

Dispożittiv

1)    Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)    Cosepuri Soc. Coop. pA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 288, 23.10.2010